Ġenerazzjoni ġdida ta’ artisti qed ipoġġu l-bijodiversità u n-natura fil-qalba tal-prattika artistika tagħhom. Il-wirja online dwar “Il-bijodiversità: l-artisti jieħdu azzjoni”, tenfasizza r-rabta bejn il-bnedmin u n-natura b’mod tassew uniku. B’mod konġunt mal-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, il-wirja se ssir mill-20 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 2022.

F’dan il-proġett tal-arti online, intgħażlu ħames artisti żgħażagħ emblematiċi mid-delegazzjoni Franċiża għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b’rikonoxximent għall-ħidma tagħhom biex dawn it-temi jersqu fiċ-ċentru tal-attenzjoni u fid-diskussjoni pubblika.

L-artisti intgħażlu minn fost 21 rebbieħ tal-premju Planète Art Solidaire, li ngħata fl-2021 mill-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Art of Change 21. Din il-wirja hija 100% virtwali u tinkludi biċċa xogħol minn kull artist, akkumpanjata minn spjegazzjoni mill-artist jew artista, kif ukoll filmat qasir li fih l-artisti jitkellmu dwar l-opra tal-arti tagħhom. (ck)