Il-KESE tradizzjonalment jiċċelebra Jum l-Ewropa billi jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku. Din is-sena, minħabba l-kriżi tal-COVID-19, iċ-ċittadini mill-Ewropa u d-dinja kollha huma mistiedna jiskopru Dar is-Soċjetà Ċivili b’mod sikur u virtwali.

Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju jfakkar id-data tad-Dikjarazzjoni Schuman, li kienet il-punt tat-tluq għall-Unjoni Ewropea tal-lum. Huwa opportunità biex nirriflettu fuq dak kollu li bniet is-solidarjetà u dak li nittamaw li niksbu fil-futur.

Huwa wkoll opportunità biex iċ-ċittadini tal-UE jħossuhom saħansitra aktar b'saħħithom li huma parti minn xi ħaġa akbar, kif espress fis-slogan ta’ Jum l-Ewropa, kondiviż mill-istituzzjonijiet Ewropej kollha, "Aktar b'saħħitna FLIMKIEN".

Kun parti minn Jum l-Ewropa u ...

  • Skopri x’jagħmel għalik il-KESE permezz ta’ żjara virtwali 3D ta’ 360 grad tal-KESE: skopri min aħna u x’nagħmlu, u tgħallem dwar il-valur miżjud tal-KESE u l-membri tiegħu.
  • Skopri x'jagħmlu l-membri tal-KESE f’pajjiżhom permezz ta’ stejjer mill-organizzazzjonijiet tal-membri tagħna fuq il-post, u ara x'qed jagħmlu l-membri tal-KESE fiż-żoni lokali tagħhom biex jgħinu lill-UE tirkupra mill-kriżi.
  • Żur ir-Rokna Kulturali tagħna u skopri d-diversi wirjiet virtwali tal-KESE b'mod interattiv u interessanti.
  • Ħu sehem fil-ħafna attivitajiet tagħna f’xandira diretta: Jum l-Ewropa huwa l-ewwel u qabel kollox ċelebrazzjoni tal-paċi u l-għaqda fl-Ewropa, għalhekk logħob u attivitajiet divertenti se jsiru online, inklużi żjarat virtwali tal-KESE, webinar dirett mal-membri tal-KESE, kabina tar-ritratt diġitali, u kompetizzjoni fotografika.

Żomm ruħek aġġornat!

Jum l-Ewropa 2021 | Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (europa.eu) (cl)