Żur il-KESE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa ħerqan li jilqa’ viżitaturi minn madwar id-dinja kollha u jispjegalhom ir-rwol u l-attivitajiet tiegħu.

Ħafna mill-viżitaturi tagħna huma membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew studenti li jispeċjalizzaw fl-affarijiet tal-UE, u ġejjin mill-Istati Membri kollha kif ukoll minn barra l-UE.

Kull grupp ta’ viżitaturi jintlaqa’ minn membru tat-tim tagħna u minn kelliem, li jispjega l-istruttura u l-attivitajiet tal-KESE u r-rwol tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-preżentazzjoni hija interattiva u tiġi segwita minn skambju ta’ fehmiet mal-parteċipanti.

Aħna norganizzaw ukoll żjarat virtwali fil-forma ta’ vidjokonferenzi li jippermettu lill-parteċipanti jkollhom kuntatt dirett mal-kelliem tagħna mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru Brussell. Iż-żjara ddum bejn siegħa u sagħtejn.

Kif tista’ tirriżerva żjara?

Biex torganizza żjara fil-post jew virtwali, jekk jogħġbok imla l-formola ta’ talba għal żjara jew indirizza t-talba tiegħek billi tibgħat email lil: VisitEESC. It-talbiet għandhom jintbagħtu tal-anqas tliet ġimgħat bil-quddiem. Jekk jogħġbok indika d-data mitluba, in-numru ta’ parteċipanti u l-lingwa uffiċjali tal-UE li tippreferi: : il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan, u l-Ungeriż.

Infurmana minn qabel jekk jogħġbok jekk il-grupp tiegħek jeħtieġ xi kelliem speċjalizzat f’xi suġġett partikolari.


Kif issibna?

Indirizz - (Kwartier Ewropew ta’ Brussell):
Rue Belliard 99-101
1040 Brussell

L-eqreb stazzjon tal-metrò huwa Maalbeek u hemm għadd ta’ karozzi tal-linja li jieqfu ħdejn is-sede tal-KESE. Ara: Tagħrif utli u links għat-tħejjija tal-vjaġġ tiegħek.

Meta?

Il-KESE jista’ jilqa’ gruppi ta’ viżitaturi mid-9 a.m. sal-5 p.m. (nhar ta’ Ġimgħa sas-1 p.m.). Ma jsirux żjarat fil-btajjel uffiċjali. Il-viżitaturi jistgħu jieklu fir-restorant tal-KESE.

Links oħra