Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) laqa’ l-“Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel” il-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea, pjan direzzjonali ta’ riforma li għandu l-għan li jsaħħaħ il-pożizzjonijiet tal-bdiewa u jibni sistemi tal-ikel sostenibbli. Madankollu, il-KESE jħeġġeġ ambizzjoni akbar fil-Politika Agrikola Komuni (PAK).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) laqa’ l-“Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel” il-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea, pjan direzzjonali ta’ riforma li għandu l-għan li jsaħħaħ il-pożizzjonijiet tal-bdiewa u jibni sistemi tal-ikel sostenibbli. Madankollu, il-KESE jħeġġeġ ambizzjoni akbar fil-Politika Agrikola Komuni (PAK).

Il-viżjoni, diskussa fil-plenarja tal-KESE fis-27 ta’ Marzu, tinkludi miżuri biex jagħtu spinta lis-setgħa ta’ negozjar tal-bdiewa, iżidu t-trasparenza tal-katina tal-provvista, u jtejbu d-djalogu dwar il-politika tal-ikel. Il-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura, Christophe Hansen, iddeskriviha bħala “rispons immirat għal sejħiet għal settur agroalimentari kompetittiv, ġust u reżiljenti,” u enfasizza l-importanza ta’ ħidma mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluża s-soċjetà ċivili.

Il-President tal-KESE, Oliver Röpke, innota li l-viżjoni tirrifletti ħafna mill-prijoritajiet tal-KESE. Huwa qal li din “tirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-atturi agroalimentari kollha fl-iżgurar tas-sostenibbiltà u l-kompetittività”, u żied jgħid li r-rakkomandazzjonijiet tal-KESE, f’ċerti oqsma, marru lil hinn mill-proposti tal-Kummissjoni.

Il-membri tal-KESE laqgħu l-inizjattivi biex jissaħħu r-rwoli tal-produtturi fin-negozjar u l-kuntratti. “Kuntratti bil-miktub bi klawżoli ta’ negozjar mill-ġdid se jagħtu spinta lit-trasparenza u s-setgħa ta’ negozjar tal-bdiewa,” qal Stoyan Tchoukanov, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar Emenda għar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS) dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-produtturi fin-negozjar u l-konklużjoni tal-kuntratti.

Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li ssaħħaħ il-kooperazzjoni fis-sistema tal-ikel kollha, waqt li tippromovi produzzjoni sostenibbli u dieti aktar tajbin għas-saħħa. Emilie Prouzet, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar Regoli ġodda dwar l-infurzar transfruntier kontra prattiki kummerċjali inġusti, tqis dan bħala l-ewwel pass biex il-bdiewa jingħataw appoġġ u fl-istess waqt tiġi evitata l-inċertezza legali.

Il-viżjoni tinkludi impenn għal sistema ġdida ta’ ġestjoni tar-riskju u tal-kriżijiet fl-UE kollha, li tallinja mal-appelli tal-KESE għal għodod aktar b’saħħithom biex jindirizzaw ix-xokkijiet ambjentali, tas-suq u dawk relatati mal-klima. Hija mistennija wkoll strateġija futura għat-tiġdid ġenerazzjonali, li tappoġġja lill-bdiewa żgħażagħ fl-aċċess għall-art, il-ħiliet ta’ investiment u l-infrastruttura rurali.

Minkejja appoġġ wiesa’, għad hemm tħassib. Il-parteċipanti fid-dibattitu nnotaw l-isfidi fid-diskussjoni tar-riforma tal-PAK ta’ wara l-2027 fin-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-baġit tal-UE li jmiss. Il-KESE jappella wkoll għal infurzar aktar b’saħħtu tal-kundizzjonalitajiet soċjali, u jwissi li l-viżjoni ma tindirizzax bis-sħiħ kwistjonijiet bħall-konċentrazzjoni tas-suq u l-ispekulazzjoni finanzjarja li jaffettwaw il-prezzijiet tal-ikel.

Il-KESE afferma mill-ġdid ir-rwol tiegħu bħala msieħeb ewlieni biex il-viżjoni tal-Kummissjoni tiġi trasformata f’politika. Huwa wiegħed kollaborazzjoni kontinwa biex jiġi żgurat li l-interessi tal-bdiewa, tal-produtturi, tal-ħaddiema u tal-konsumaturi jiġu rispettati fit-tfassil tal-futur tal-agrikoltura tal-UE. (ks)

Il-piż tat-tisħiħ tal-koeżjoni għad-depolarizzazzjoni tas-soċjetajiet jaqa’ fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li għandhom is-saħħa u l-motivazzjoni biex jipproteġu l-ispazji ċiviċi u demokratiċi. Dan kien il-messaġġ ewlieni mill-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili, ospitata għat-tieni sena mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) biex tiġi diskussa x-xejra allarmanti ta’ polarizzazzjoni mifruxa madwar is-soċjetajiet tal-UE.

Il-piż tat-tisħiħ tal-koeżjoni għad-depolarizzazzjoni tas-soċjetajiet jaqa’ fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li għandhom is-saħħa u l-motivazzjoni biex jipproteġu l-ispazji ċiviċi u demokratiċi. Dan kien il-messaġġ ewlieni mill-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili, ospitata għat-tieni sena mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) biex tiġi diskussa x-xejra allarmanti ta’ polarizzazzjoni mifruxa madwar is-soċjetajiet tal-UE.

Aktar minn 800 persuna, inklużi rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, NGOs u gruppi taż-żgħażagħ, kif ukoll partijiet ikkonċernati u ġurnalisti, inġabru fil-KESE mis-17 sal-20 ta’ Marzu f’ġieħ il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom u jiddiskutu kif jistgħu jissaħħu l-koeżjoni u l-parteċipazzjoni f’soċjetajiet polarizzati.

Il-ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili ospitat 14-il sessjoni organizzati mill-membri tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE u l-imsieħba ta’ Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) , inkluża ċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili. Il-parteċipanti fasslu sett komprensiv ta’ passi azzjonabbli u talbiet ewlenin għal soċjetajiet aktar koeżivi, inkluż:

  • it-tisħiħ tal-koeżjoni permezz tal-edukazzjoni u l-kultura;
  • il-provvediment ta’ akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli;
  • it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni pubblika permezz tal-IĊE;
  • l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta inklużiva u tkabbir ekoloġiku blu;
  • il-bini ta’ strateġija Ewropea b’saħħitha għas-soċjetà ċivili;
  • it-tisħiħ tal-appoġġ u l-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
  • l-involviment taż-żgħażagħ fit-tiswir ta’ Ewropa aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti;
  • tingħata spinta lill-innovazzjoni u t-teknoloġija għall-ġid komuni.

Fis-sessjoni tal-għeluq, il-President tal-KESE Oliver Röpke qal: “Aħna u nikkonkludu din it-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili, ninsab ispirat profondament mill-enerġija, ir-reżiljenza u l-impenn tal-atturi tas-soċjetà ċivili minn madwar l-Ewropa. Din il-ġimgħa wriet li meta tinġabar flimkien is-soċjetà ċivili, nistgħu nsawru soluzzjonijiet li jsaħħu d-demokrazija tagħna, irawmu l-koeżjoni soċjali u jibnu Ewropa li verament taħdem għan-nies tagħha.”

Mill-Kummissjoni Ewropea, Henna Virkkunen, Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija, enfasizzat ir-rwol kruċjali li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom fin-navigazzjoni tas-soċjetajiet bl-użu tal-valuri Ewropej ewlenin.

Victor Negrescu, Viċi President tal-Parlament Ewropew, għamel sejħa qawwija għal azzjoni, u talab lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili juru s-saħħa tagħhom u jirreaġixxu għar-retorika aggressiva: “Neħtieġu soċjetà ċivili b’saħħitha u sħubija reali bejn is-soċjetà ċivili u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet sabiex nibnu b’mod konġunt fuq soċjetà konsistenti b’impatt reali fuq il-ħajja tan-nies.”

Rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili enfasizzaw li s-soċjetajiet ċivili huma aktar minn fornituri ta’ servizzi; huma parti essenzjali mid-demokrazija u l-parteċipazzjoni. Nataša Vučković, Segretarju Ġenerali fil-Fondazzjoni taċ-Ċentru għad-Demokrazija tas-Serbja, esprimiet l-ottimiżmu tagħha li s-soċjetà ċivili jista’ jkollha rwol vitali fil-ġlieda kontra l-kawżi ewlenin u t-tixrid ta’ narrattivi antidemokratiċi u anti-Ewropej, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi kandidati. Dan jista’ jsir billi l-Unjoni Ewropea tiġi dekodifikata u billi jiġi żgurat li l-benefiċċji tagħha jilħqu liċ-ċittadini kollha fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. (at)

Il-Premju ewlieni tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili sal-lum ingħata 15-il darba. Il-Premju jingħata lil proġetti li jieħdu approċċ partikolarment kreattiv u innovattiv għal kwistjonijiet li huma rilevanti ħafna għall-UE.

Il-Premju ewlieni tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili sal-lum ingħata 15-il darba. Il-Premju jingħata lil proġetti li jieħdu approċċ partikolarment kreattiv u innovattiv għal kwistjonijiet li huma rilevanti ħafna għall-UE.

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu minn kwalunkwe organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili rreġistrata uffiċjalment fl-Unjoni Ewropea u li taġixxi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew. Il-Premju huwa miftuħ ukoll għal individwi li jirrisjedu fl-UE, kif ukoll għal kumpaniji rreġistrati jew li joperaw fl-UE, dment li l-proġetti tagħhom ikunu strettament mingħajr skop ta’ qligħ.

L-inizjattivi u l-proġetti kollha eliġibbli jridu jitwettqu fl-UE. Dawn għandhom ikunu diġà ġew implimentati jew għadhom għaddejjin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.

L-għan tal-Premju huwa li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar il-kontribut eċċellenti tas-soċjetà ċivili għall-ħolqien ta’ identità u ċittadinanza Ewropej u għall-promozzjoni tal-valuri komuni li jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea.

Kull sena jintgħażel suġġett differenti. Fl-2023, il-Premju ingħata lil proġetti li jiffukaw fuq is-saħħa mentali. Fl-2022, il-KESE b’mod eċċezzjonali ppremja żewġ temi: iż-żgħażagħ u l-Ukrajna Fl-2021, il-Premju onora proġetti klimatiċi li jippromovu tranżizzjoni ġusta. Fl-2020, il-KESE ssostitwixxa l-Premju tiegħu għas-Soċjetà Ċivili bi Premju ta’ darba għas-Solidarjetà Ċivili, iddedikat għall-ġlieda kontra l-COVID-19. Temi oħrajn fil-passat inkludew l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, l-identitajiet Ewropej u l-wirt kulturali, u l-migrazzjoni.

F’Ottubru 2024, il-KESE nieda l-15-il Premju tiegħu għas-Soċjetà Ċivili dwar il-ġlieda kontra l-polarizzazzjoni dannuża tas-soċjetà Ewropea.

It-tema tal-polarizzazzjoni hija aktar urġenti minn qatt qabel. Fost kriżijiet multipli li jikkoinċidu – fosthom il-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u l-instabbiltà soċjali u ekonomika mifruxa – kibret in-nuqqas ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet u fl-awtoritajiet pubbliċi, u dan wassal għal polarizzazzjoni dannuża.

Is-soċjetà ċivili għandha rwol ewlieni fil-ġlieda kontra dan in-nuqqas ta’ fiduċja u fil-monitoraġġ tal-punti minn fejn tinbet il-polarizzazzjoni online u offline, għat-titjib tal-koeżjoni soċjali u għaż-żamma tal-ideali demokratiċi. Flimkien mal-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili,hija tista’ tgħin biex tipproteġi d-demokrazija liberali minn xejriet awtoritarji.

Għal din ir-raġuni, il-KESE ddeċieda li jagħti l-15-il Premju tiegħu għas-Soċjetà Ċivili lil inizjattivi mingħajr skop ta’ qligħ li jintervjenu b’mod effettiv billi jimplimentaw miżuri preventivi, ta’ twissija bikrija u (fejn meħtieġ) ta’ tnaqqis ta’ tensjoni li jiżguraw li l-valuri demokratiċi jiġu rispettati, il-polarizzazzjoni ma ssirx ta’ ħsara u li narrattivi unilaterali ma jwasslux għal atti ta’ vjolenza.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) talab li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 – li jistabbilixxi l-prijoritajiet leġiżlattivi u ta’ politika tal-UE – jiffoka fuq ir-reżiljenza ekonomika, il-ġustizzja soċjali u s-sostenibbiltà. F’dibattitu plenarju mal-Kummissarju għall-Ekonomija u għall-Produttività, Valdis Dombrovskis, il-KESE – li jaqdi rwol kruċjali fit-tfassil tal-programm ta’ ħidma – afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jgħin fl-iżvilupp ta’ aġenda li tindirizza l-isfidi urġenti waqt li tibni Unjoni Ewropea aktar inklużiva u li tħares ’il quddiem.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) talab li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 – li jistabbilixxi l-prijoritajiet leġiżlattivi u ta’ politika tal-UE – jiffoka fuq ir-reżiljenza ekonomika, il-ġustizzja soċjali u s-sostenibbiltà. F’dibattitu plenarju mal-Kummissarju għall-Ekonomija u għall-Produttività, Valdis Dombrovskis, il-KESE – li jaqdi rwol kruċjali fit-tfassil tal-programm ta’ ħidma – afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jgħin fl-iżvilupp ta’ aġenda li tindirizza l-isfidi urġenti waqt li tibni Unjoni Ewropea aktar inklużiva u li tħares ’il quddiem.

F’Diċembru 2024, il-KESE ppreżenta l-kontribut għall-programm ta’ ħidma bit-tema Nimxu ’l quddiem flimkien: Unjoni aktar kuraġġuża, sempliċi u rapida. Din il-viżjoni tfittex li tindirizza l-isfidi ekonomiċi u ġeopolitiċi tal-UE b’mod dirett. Kull sena, permezz ta’ konsultazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet estensivi, il-KESE jirfina l-programm ta’ ħidma biex jiżgura li dan jaqdi bl-aħjar mod liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej.

Il-President tal-KESE Oliver Röpke laqa’ l-kollaborazzjoni qawwija mal-Kummissjoni Ewropea. Waqt li rrikonoxxa l-isforzi tal-Kummissjoni, huwa appella għal approċċ aktar ambizzjuż u inklużiv. Huwa qal, “Aħna nibqgħu impenjati li nsawru politiki li jippromovu l-istabbiltà ekonomika, l-ekwità soċjali u l-valuri demokratiċi.”

Is-Sur Dombrovskis afferma mill-ġdid li l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-ħames snin li ġejjin għandu l-għan li jagħti spinta lis-sigurtà u l-kompetittività ekonomika. Huwa qal, “Li nieħdu azzjoni biex innaqqsu l-burokrazija huwa element importanti fil-bini ta’ din l-Ewropa aktar kompetittiva. L-aġenda tagħna ta’ semplifikazzjoni hija li niżguraw li r-regoli tagħna jgħinu – u mhux jimpedixxu – l-għanijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u ta’ sigurtà tagħna.”

Prijoritajiet ewlenin għall-2025

Tkabbir ekonomiku u kompetittività

Il-programm ta’ ħidma jiffoka fuq ir-riformi strutturali, il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) il-ġdid u swieq kapitali aktar b’saħħithom. Il-KESE jirrakkomanda approċċ usa’ għar-reżiljenza ekonomika, l-indirizzar tat-tkabbir kajman, il-kriżi tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda fl-inċertezza ġeopolitika.

Regolamentazzjoni aktar intelliġenti, mhux sempliċement imnaqqsa

Il-KESE jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, imma jwissi li s-semplifikazzjoni regolatorja m’għandhiex issir a skapitu tal-protezzjoni soċjali jew tal-istandards ambjentali.

Nixprunaw l-innovazzjoni u l-investiment

B’enfasi qawwija fuq in-networks diġitali, l-IA u t-teknoloġiji kwantistiċi, il-programm ta’ ħidma jagħti prijorità lit-tmexxija teknoloġika tal-UE. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq kundizzjonijiet li jipprevjenu l-ħruġ ta’ kapital u li jrawmu l-investiment fit-tul fl-Ewropa.

Ewropa aktar ġusta u aktar ekoloġika

Il-programm ta’ ħidma għandu l-għan li jsaħħaħ is-sostenibbiltà soċjali u ambjentali waqt li jindirizza sfidi bħan-nuqqas ta’ ħiliet, is-sigurtà tal-ikel u l-finanzi sostenibbli. Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ politiki li jippromovu l-koeżjoni soċjali u tranżizzjoni diġitali ġusta.

Tħejjija għat-tkabbir u l-futur

Hekk kif l-UE qed titħejja għal tkabbir potenzjali wara l-2028, il-programm ta’ ħidma jiddeskrivi l-pjani għall-istabbiltà finanzjarja u politika. Il-KESE jinsisti li l-perspettivi tas-soċjetà ċivili jridu jiġu integrati biex jiġi żgurat li l-politiki jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha. (tk)

F’dibattitu ma’ Michael McGrath, Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-KESE wissa dwar it-tentattivi li għaddejjin biex isikktu, jiskreditaw u jdgħajfu lil dawk li jiddefendu d-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet fundamentali, u esprima r-rieda tiegħu li jingħaqad mal-Kummissjoni biex jipproteġi s-soċjetà ċivili tal-Ewropa u jiġġieled il-polarizzazzjoni.

F’dibattitu ma’ Michael McGrath, Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-KESE wissa dwar it-tentattivi li għaddejjin biex isikktu, jiskreditaw u jdgħajfu lil dawk li jiddefendu d-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet fundamentali, u esprima r-rieda tiegħu li jingħaqad mal-Kummissjoni biex jipproteġi s-soċjetà ċivili tal-Ewropa u jiġġieled il-polarizzazzjoni.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jinsab lest jaqdi rwol prattiku fl-Istrateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili futura, li l-Kummissjoni Ewropea qed tħejji biex issaħħaħ id-demokrazija u l-ispazju ċiviku u tgħaqqad komunitajiet mifrudin fl-UE kollha. L-attakki kontra l-gruppi tas-soċjetà ċivili u l-media indipendenti qegħdin dejjem jiżdiedu, u l-KESE ha l-impenn li jrażżanhom u jgħin fil-protezzjoni tal-pedamenti ta’ soċjetà ħielsa u miftuħa.

“Il-KESE jinsab sod fl-impenn tiegħu li jiddefendi, jipproteġi u jipprovdi l-mezzi lis-soċjetà ċivili. Bħala Dar is-Soċjetà Ċivili Ewropea, mhux se nkunu osservaturi passivi. Se nreġġgħu lura b’mod attiv it-tentattivi li jdgħajfu l-ispazju ċiviku. Ser nippromovu appoġġ aktar b’saħħtu, protezzjoni aħjar u rikonoxximent akbar tar-rwol tas-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tad-demokraziji tagħna,” enfasizza l-President tal-KESE Oliver Röpke fis-sessjoni plenarja tal-KESE fis-27 ta’ Marzu, li fiha sar dibattitu ta’ livell għoli mal-Kummissarju McGrath dwar id-depolarizzazzjoni tas-soċjetajiet.

Is-Sur Röpke qal li l-NGOs u l-movimenti fil-livell taċ-ċittadini qed jitħabtu dejjem aktar kontra rigress demokratiku, leġiżlazzjoni restrittiva, kampanji ta’ malafama u kawżi strateġiċi li huma maħsuba biex isikktu d-dissens u huma parti minn sforz usa’ biex jiskreditaw u jdgħajfu lil dawk li jippromovu d-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet fundamentali.

B’referenza għall-akkużi reċenti li saru minn ċerti MEPs kontra NGOs ambjentali, is-Sur Röpke wissa li huwa partikolarment allarmanti li l-attakki mhumiex ġejjin bissa minn barra l-istituzzjonijiet tagħna: f’ċerti każijiet, kienu ġejjin minn ġewwa.

Il-Kummissarju McGrath qal li l-KESE kien f’pożizzjoni unika biex jagħti kontribut siewi ħafna għall-isforzi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ id-demokrazija u tnaqqas il-firdiet fis-soċjetà. Huwa kien tal-fehma li l-aħjar mod biex tiġi indirizzata l-polarizzazzjoni kien billi l-Ewropej jingħataw il-mezzi u jħossuhom rappreżentati: “Jekk niksbu dan, jirnexxielna nqarrbu l-komunitajiet, is-soċjetajiet u l-Unjoni tagħna lejn xulxin. Aħna nafu li, nagħmlu x’nagħmlu, l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili se jibqa’ wieħed kruċjali.”

L-Istrateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili l-ġdida, imħabbra fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025, se tappoġġja, tipproteġi u tagħti l-mezzi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.

Id-dibattitu fil-plenarja ppreżenta wkoll il-punti ewlenin mill-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025 tal-KESE, li saret taħt l-istrixxun “It-tisħiħ tal-koeżjoni u l-parteċipazzjoni f’soċjetajiet polarizzati”. Il-kelliema inkludew lil Brikena Xhomaqi, kopresident tal-Grupp ta’ Kuntatt li ppreżentat it-talbiet ewlenin tal-Ġimgħa, lir-rebbieħ tal-Premju għas-Soċjetà Ċivili Richard Vaško mill-Assoċjazzjoni tad-Dibattitu Slovakka, u lill-attivista taż-żgħażagħ Kristýna Bulvasová, li ppreżentat ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin mill-avveniment annwali taż-żgħażagħ tal-KESE, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek (YEYS).(ll)

Minn Antonio García Del Riego, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-Ewropa tinsab f’mument kritiku hekk kif qed tiffaċċja sfidi storiċi, mit-tranżizzjoni ekoloġika għall-gwerra fuq l-għatba tagħha kif ukoll kompetizzjoni globali dejjem aktar intensa. Biex jintlaħqu dawn l-isfidi id-dikjarazzjonijiet ta’ politika mhumiex biżżejjed. Hemm bżonn ammont ta’ flus u l-kapaċità li jiġi mobilizzat, iddireġiet u mmultiplikat. Fil-qosor, dan jeħtieġ sistema finanzjarja b’saħħitha, kompetittiva u awtonoma. Sfortunatament, mhuwiex dan li għandna.

Minn Antonio García Del Riego, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-Ewropa tinsab f’mument kritiku hekk kif qed tiffaċċja sfidi storiċi, mit-tranżizzjoni ekoloġika għall-gwerra fuq l-għatba tagħha kif ukoll kompetizzjoni globali dejjem aktar intensa. Biex jintlaħqu dawn l-isfidi id-dikjarazzjonijiet ta’ politika mhumiex biżżejjed. Hemm bżonn ammont ta’ flus u l-kapaċità li jiġi mobilizzat, iddireġiet u mmultiplikat. Fil-qosor, dan jeħtieġ sistema finanzjarja b’saħħitha, kompetittiva u awtonoma. Sfortunatament, mhuwiex dan li għandna.

Il-finanzi huma l-fluss ta’ poter ta’ kwalunkwe ekonomija moderna. Kull fabbrika ġdida, kull vettura elettrika ġdida, kull espansjoni ta’ sptar jew kull impriża start up ta’ teknoloġija nadifa jiddependu minn xi ħadd li jieħu r-riskju li jiffinanzjahom. U fl-Ewropa, dak ix-“xi ħadd” ta’ spiss ikun bank. L-SMEs, li jammontaw għal 99 % tal-kumpaniji tal-UE, jiddependu ħafna mill-kreditu bankarju biex jikbru, jinvestu u jesportaw. Madankollu, l-istituzzjonijiet infushom li jiffurmaw il-qalba tal-ekosistema ta’ finanzjament tagħna jinsabu f’riskju li jiġu megħluba u rregolati żżejjed.

L-Ewropa spiss titkellem dwar l-“awtonomija strateġika” fl-enerġija, id-difiża u l-infrastruttura diġitali, iżda l-awtonomija finanzjarja rarament tkun parti mill-konverżazzjoni. U din għandha tkun.

Illum, erba’ banek Amerikani biss huma responsabbli għal aktar minn 60 % tal-attivitajiet bankarji ta’ investiment fl-Ewropa. Ir-regoli futuri ta’ Basel IV se jiġu applikati bis-sħiħ fl-UE, iżda mhux fl-Istati Uniti, fir-Renju Unit, jew fil-Ġappun. Din l-asimmetrija tpoġġi l-banek Ewropej fi żvantaġġ kompetittiv. Jekk irridu li l-banek Ewropej jiffinanzjaw it-tranżizzjonijiet doppji u jappoġġaw setturi strateġiċi, dawn iridu jikkompetu fuq l-istess livell.

L-Unjoni tas-Swieq Kapitali trid tmur lil hinn mir-retorika u ssir suq uniku ġenwin għat-tfaddil u l-investimenti. Biex naslu hemm, neħtieġu regolamentazzjoni intelliġenti, proporzjonata u abilitanti li tipproteġi l-istabbiltà u l-konsumaturi, iżda li twassal ukoll għal tkabbir u kompetittività. Dan ifisser:

  • proporzjonalità;
  • newtralità teknoloġika; u
  • regoli bbażati fuq ir-riżultati.

L-Ewropa ma tistax tkun inġenwa. F’dinja msawra dejjem aktar mill-politika tal-poter u l-blokok ekonomiċi, is-saħħa finanzjarja hija s-sovranità. L-Istati Uniti u ċ-Ċina jifhmu dan il-kunċett. U aħna għandna nagħmlu l-istess.

“Aħna ngħallmu lill-istudenti li l-fatti jridu jiġu vverifikati, iżda l-opinjonijiet għandhom jiġu diskussi b’rispett. Il-ħsieb kritiku ta’ veru jirrispetta l-pluralità ta’ fehmiet ", jgħid Richard Vaško mill-Assoċjazzjoni Slovakka tad-Dibattiti (SDA), rebbieħ tal-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili dwar il-ġlieda kontra l-polarizzazzjoni bl-inizjattiva “Critical Thinking Olympiad”. Richard, li l-proġett tiegħu rebaħ l-ewwel premju, tkellem magħna dwar l-Olympiad u għaliex it-tagħlim tal-ħsieb kritiku huwa kruċjali fid-dinja polarizzata u xprunata mid-diżinformazzjoni tal-lum.

“Aħna ngħallmu lill-istudenti li l-fatti jridu jiġu vverifikati, iżda l-opinjonijiet għandhom jiġu diskussi b’rispett. Il-ħsieb kritiku ta’ veru jirrispetta l-pluralità ta’ fehmiet ", jgħid Richard Vaško mill-Assoċjazzjoni Slovakka tad-Dibattiti (SDA), rebbieħ tal-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili dwar il-ġlieda kontra l-polarizzazzjoni bl-inizjattiva “Critical Thinking Olympiad”. Richard, li l-proġett tiegħu rebaħ l-ewwel premju, tkellem magħna dwar l-Olympiad u għaliex it-tagħlim tal-ħsieb kritiku huwa kruċjali fid-dinja polarizzata u xprunata mid-diżinformazzjoni tal-lum.

Tista’ tiddeskrivi logħba waħda jew round wieħed tal-Critical Thinking Olympiad? Tista’ tagħti eżempju ta’ kompitu jew mistoqsija?

Fiċ-ċikli skolastiċi u reġjonali tal-Critical Thinking Olympiad, l-istudenti jieħdu sehem f’testijiet ta’ minn siegħa sa sagħtejn, b’aċċess sħiħ għall-internet u għodod online ta’ verifika tal-fatti, li fihom isolvu sensiela ta’ kompiti. L-isfidi jiffukaw fuq il-litteriżmu medjatiku, id-detezzjoni tal-manipulazzjoni u l-preġudizzju, l-interpretazzjoni tad-data u tal-istudji, l-identifikazzjoni ta’ fallaċji tal-loġika u l-formulazzjoni tal-argumenti tagħhom stess.

Pereżempju, f’ċiklu reċenti, l-istudenti ntalbu jiktbu argument dwar jekk “il-kameras tas-sigurtà għandhomx jiġu installati fl-iskejjel biex tiżdied is-sikurezza” – kwistjoni f’waqtha fid-diskors pubbliku Slovakk. Kompitu ieħor kien jobbligahom janalizzaw vidjo virali ta’ TikTok li jippromovi teorija ta’ komplott dwar Taylor Swift u jidentifikaw karatteristiċi tipiċi tal-ħsieb konspiratorju. Fit-tielet sfida, kellhom jiddeċiedu liema miż-żewġ filmati kien iġġenerat bl-IA u liema kien awtentiku.

It-testijiet preċedenti kollha huma disponibbli għall-pubbliku bis-Slovakk fuq www.okm.sk.

X’qed tipprovaw tiksbu b’din l-inizjattiva? X’ħeġġiġkom tibdew il-proġett?

L-għan tagħna huwa li ngħinu lill-istudenti fl-età meta jibdew jużaw il-media soċjali u jikkunsmaw kontenut diġitali biex jiżviluppaw il-ħiliet sabiex jinnavigaw dan l-ispazju b’mod kritiku, responsabbli u bi ħsieb. Permezz ta’ feedback regolari wara kull ċiklu u permezz ta’ korsijiet ta’ tagħlim elettroniku disponibbli għat-tħejjija, l-istudenti jiksbu drawwiet u għodod trasferibbli li jistgħu japplikaw fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-aħħar mill-aħħar, għandna l-għan li nrawmu ġenerazzjoni ta’ żgħażagħ li huma infurmati, reżiljenti kontra d-diżinformazzjoni u kapaċi jmexxu djalogu kostruttiv u bbażat fuq il-fatti.

Nedejna dan il-proġett b’rispons għal lakuna kritika fis-sistema edukattiva tagħna: il-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku għadhom ferm sottorappreżentati fil-kurrikuli formali. Aktar minn nofs l-istudenti Slovakki qatt ma jitgħallmu kif jevalwaw jekk l-informazzjoni hijiex affidabbli. 16 % biss taż-żgħażagħ Slovakki jivverifikaw regolarment l-informazzjoni mill-midja. B’riżultat ta’ dan, 56 % tal-popolazzjoni għandha t-tendenza li temmen teoriji ta’ komplott jew gideb dirett. Ridna nibdlu dan billi nintroduċu azzjoni skalabbli u li tħalli impatt lill-iskejjel madwar il-pajjiż.

Għaliex taħseb li l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku huwa daqshekk importanti fil-kuntest attwali? Għandna ċans nirbħu l-gwerra kontra l-aħbarijiet foloz?

L-aħbarijiet foloz dejjem eżistew f’xi forma, iżda issa qed ngħixu f’era ta’ eċċess ta’ informazzjoni bla preċedent. Bil-midja soċjali bħala s-sors primarju ta’ informazzjoni għal ħafna żgħażagħ, kulħadd jista’ jxerred faċilment id-diżinformazzjoni, il-miżinformazzjoni jew id-diskors ta’ mibegħda. It-tagħlim dwar kif niffiltraw u nnavigaw dan ix-xenarju ta’ informazzjoni kaotika sar ħila kruċjali għall-ħajja.

Madankollu, qatt mhu se “nirbħu” bis-sħiħ il-gwerra kontra l-aħbarijiet foloz – din hija mira li tiċċaqlaq, kostantament tevolvi. Iżda dak li nistgħu nagħmlu huwa li ż-żgħażagħ jiġu mgħammra bl-għodod biex jorjentaw ruħhom aħjar f’dan l-ambjent, biex jistaqsu mistoqsijiet tajbin u biex jaħsbu qabel ma jixxerjaw informazzjoni.

Irċevejtu xi feedback dwar il-proġett tagħkom? Tista’ tagħti eżempju?

Aħna niġbru feedback dettaljat wara kull ċiklu, u t-tweġibiet huma fil-biċċa l-kbira pożittivi. Pereżempju, 93 % tal-għalliema li l-istudenti tagħhom ipparteċipaw fl-Olympiad qalu li dan jgħin biex tinbena r-reżiljenza tal-istudenti tagħhom kontra d-diżinformazzjoni u r-rapporti foloz. Barra minn hekk, il-Punteġġ tal-Promotur Nett tagħna – metrika ewlenija tas-sodisfazzjon tal-utenti – laħaq +76 fl-aħħar ċiklu, li huwa meqjus eċċellenti.

X’parir tagħtu lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra dwar il-kisba ta’ riżultati minn attivitajiet jew programmi bħal dawn?

Kull pajjiż u kuntest huma differenti, u l-organizzazzjonijiet lokali jafu x'inhu li jaħdem l-aħjar għall-komunitajiet tagħhom. Iżda dawn li ġejjin huma ftit prinċipji li ħadmu tajjeb għalina:

L-ewwel u l-aktar importanti, ma nistgħux ngħidu liż-żgħażagħ x’għandhom jaħsbu. Il-ħsieb kritiku ta’ veru jirrispetta pluralità ta’ fehmiet. Jekk l-istudenti jħossu li l-opinjonijiet tagħhom qed jiġu miċħuda jew iddettati lilhom, huma jiddiżinvolvu ruħhom. Aħna ngħallmuhom li l-fatti jridu jiġu vverifikati, iżda li l-opinjonijiet għandhom jiġu diskussi b’rispett.

It-tieni, l-aċċessibbiltà u l-inklużività huma kruċjali. Sakemm ma “nifqgħux il-bużżieqa” u nilħqu lil hinn mill-iskejjel tal-ogħla livell, mhux se jkollna impatt reali. Il-programm tagħna huwa bla ħlas, kompletament online, b’ostakli baxxi u disponibbli wkoll bil-lingwa tal-akbar minoranza etnika tagħna. Din is-sena, 53 % tal-parteċipanti ġew minn skejjel sekondarji vokazzjonali.

It-tielet, li naħsbu dwar l-iskalabbiltà mill-bidu u li ningranaw teknoloġija ġdida biex din tinkiseb. Nużaw l-IA biex nagħtu marka lil tweġibijiet miftuħin, li tippermettilna nżommu esperjenza edukattiva ta’ kwalità għolja mingħajr ma nirrikorru għal ittestjar b’għażla multipla. Filwaqt li l-era diġitali ġabet magħha sfidi serji, tipprovdilna wkoll għodod b’saħħithom biex nindirizzawhom.

Richard Vaško ilu mal-Assoċjazzjoni Slovakka tad-Dibattiti (SDA) minn meta kellu-il 12 sena. Huwa rebaħ il-Lega Slovakka tad-Dibattiti Nazzjonali fl-iskola sekondarja u rrappreżenta lis-Slovakkja fil-Kampjonati tad-Dibattiti tal-Iskejjel Dinjija. Huwa ggradwa u ġie minn tal-ewwel mill-klassi tiegħu fil-Liġi, il-Politika u l-Filosofija fl-Università ta’ Warwick, ir-Renju Unit, u issa qed jistudja għal MPhil fl-Edukazzjoni (Għarfien, Poter, Politika) fl-Università ta’ Cambridge.

Richard ilu mill-2021 jaħdem fl-SDA, fejn waqqaf, u issa jikkoordina, il-Critical Thinking Olympiad. Huwa ħadem ukoll mat-tim tal-Komunikazzjoni Strateġika (StratCom) tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Slovakk u kiteb, b’mod konġunt, manwali għat-taħriġ tal-għalliema dwar il-litteriżmu medjatiku għall-Istitut Nazzjonali tal-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ. Huwa jwettaq riċerka u jorganizza skola tas-sajf multietnika għat-tfal żvantaġġati mal-Istitut Mathias Bel, NGO ffukata fuq minoranzi etniċi u komunitajiet Rom emarġinati fis-Slovakkja.

F’din il-ħarġa:

  • Emilie Prouzet, membru tal-KESE, dwar il-kriżi tal-għoli tal-ħajja: Il-prezz ta’ suq uniku maqsum huwa għoli wisq
  • Tetyana Ogarkova, ġurnalista Ukrena: Ewropa tad-difiża, tellieqa kontra l-ħin
  • Edizzjoni speċjali għall-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili:
    • Dijanjożi għall-Ewropa: Il-prekarjetà u n-nuqqas ta’ sigurtà huma n-normalità l-ġdida
    • L-IĊE My Voice, My Choice: Aktar minn 1,2 miljun persuna jappoġġjaw id-dritt għall-abort
    • Il-15-il edizzjoni tal-Premju għas-Soċjetà Ċivili: Iltaqa’ mar-rebbieħa

Skadenzi għall-applikazzjoni u għar-rapportar/CSRD u CSDDD

Document Type
PAC

Bil-bumbardamenti fuq rashom għaddejjin kuljum, meta l-għan ewlieni tagħhom huwa li jibqgħu ħajjin, iż-żgħażagħ Ukreni ma jaffordjawx jaħsbu dwar il-futur imbiegħed, tgħid Yevheniia Senyk ta’ 18-il sena, parteċipanta tal-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2025 u attivista żgħażugħa mill-Ukrajna. Hija taqsam magħna kif il-gwerra affettwat l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f’pajjiżha u għaliex huwa importanti li jingħataw vuċi fix-xena Ewropea.

Bil-bumbardamenti fuq rashom għaddejjin kuljum, meta l-għan ewlieni tagħhom huwa li jibqgħu ħajjin, iż-żgħażagħ Ukreni ma jaffordjawx jaħsbu dwar il-futur imbiegħed, tgħid Yevheniia Senyk ta’ 18-il sena, parteċipanta tal-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2025 u attivista żgħażugħa mill-Ukrajna. Hija taqsam magħna kif il-gwerra affettwat l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f’pajjiżha u għaliex huwa importanti li jingħataw vuċi fix-xena Ewropea.

Kif taħseb li l-organizzazzjoni tiegħek ġiet affettwata f’dawn l-aħħar tliet snin mill-gwerra fl-Ukrajna, u kif inbidlu l-operazzjonijiet tiegħek?

Iffurmata fl-2013, l-għan ta’ SD Platform huwa li nipproteġu valuri bħal-libertà, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja minħabba li nemmnu li dawn huma l-aktar valuri importanti biex jinħoloq futur progressiv fl-Ukrajna. Għandna wkoll bosta fergħat barranin biex jinżamm l-involviment taż-żgħażagħ Ukreni li jinsabu barra mill-pajjiż li kienu mġiegħla jitilqu minn djarhom. 

L-ewwel nett, il-gwerra kellha impatt fuq il-ħidma tal-fergħat reġjonali peress li bosta mill-fergħat li għandna, pereżempju, f’Odessa u f’Zaporizhzhia, jinsabu qrib ħafna taż-żoni l-aktar esposti u n-nies hemmhekk jesperjenzaw il-bumbardamenti tal-bombi kuljum. Huwa diffiċli għalihom li jaħsbu dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti meta l-għan ewlieni tagħhom huwa li jibqgħu ħajjin. Il-bumbardamenti ta’ kuljum jaffettwaw liż-żgħażagħ fil-pajjiż kollu għaliex ma tistax taħseb dwar il-futur imbiegħed jekk lanqas biss taf x’se jiġri għada jew saħansitra f’temp ta’ sagħtejn.

Barra minn hekk, minħabba l-gwerra, is-sitwazzjoni finanzjarja fl-Ukrajna hija instabbli, u dan jirriżulta f’nuqqas ta’ impjieg għaż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ iridu jsibu impjieg fl-istess ħin li qed jippruvaw jistudjaw u jkunu involuti fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; dan huwa bilanċ diffiċli biex jinkiseb.

Wara l-invażjoni fuq skala sħiħa, ħafna żgħażagħ bdew jiġġieldu kontra l-aggressjoni Russa b’armi f’idejhom minflok permezz ta’ kunsilli taż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. B’riżultat ta’ dan, iż-żgħażagħ ma għandhomx esperjenza politika. Fil-futur se jkun diffiċli li jiġi żgurat li kulħadd ikun jista’ jipparteċipa b’mod adegwat fil-politika.

Fuq SD Platform aħna nipprovdu edukazzjoni politika, bla ħlas u mhux formali biex niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jafu kif jistgħu jinfluwenzaw il-politika fil-livelli reġjonali u nazzjonali.

Għaliex taħseb li huwa importanti li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jew ir-rappreżentanti ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jiġu f’avvenimenti bħall-Ewropa Tiegħek, Leħnek?

L-ewwel nett, dawn l-avvenimenti internazzjonali juru lill-Ukreni li l-Ewropa ma nesitniex. Huwa importanti għalina li nkunu hawn, li jkollna vuċi, li nistaqsu lill-oħrajn dwar l-esperjenzi tagħhom u li nġibu lura ideat ġodda f’pajjiżna.

Barra minn hekk, dan juri li aħna kapaċi, u aħna impenjati li nsiru parti mill-Unjoni Ewropea għaliex jekk ninsabu hawn, iż-żgħażagħ Ewropej jistgħu jisimgħuna u nistgħu nisimgħuhom. Din hija bħal sħubija bejnietna lkoll.

X’taħseb li jeħtieġu ż-żgħażagħ bħala appoġġ, bħala għajnuna, biex iħeġġuhom jibqgħu involuti fil-ħidma fost iż-żgħażagħ u fl-attiviżmu taż-żgħażagħ?

Naħseb li huwa importanti ħafna li l-Unjoni Ewropea tikkonsulta maż-żgħażagħ Ukreni. Naħseb li jekk l-Unjoni Ewropea tkompli tipprovdilna dawn l-opportunitajiet biex ikollna vuċi fit-tfassil tal-politika tal-UE, se nilħqu konklużjonijiet komuni li se jkunu ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat għaliex aħna parti mill-Ewropa, għalhekk trid tkun konklużjoni komuni fl-oqsma kollha ta’ politika. Barra minn hekk, jekk l-Unjoni Ewropea tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju liż-żgħażagħ Ukreni biex jipparteċipaw f’avvenimenti bħal dan, se tħeġġiġhom jibqgħu involuti fil-politika peress li l-piż finanzjarju mhux se joħloq ostaklu daqshekk kbir għall-parteċipazzjoni.

Yevheniia Senyk hija attivista żgħażugħa ma’ SD Platform, organizzazzjoni membru tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Ukrajna. Hija studenta tar-relazzjonijiet internazzjonali fl-Università Nazzjonali Politeknika ta’ Lviv.