L-Ewropa teħtieġ il-kuraġġ politiku ta' Robert Schuman

70 sena wara, id-Dikjarazzjoni ta’ Robert Schuman tfakkarna dwar il-ħtieġa għal kuraġġ u viżjoni politika biex jiċċaqalqu l-affarijiet u jinbidel il-kors tal-istorja.

Ċerimonja għall-unur tal-missier fundatur tal-Ewropa magħquda saret fis-7 ta’ Lulju fil-KESE, fuq inizjattiva tas-segretarju ġenerali tiegħu, Gianluca Brunetti, u bil-parteċipazzjoni tal-President Luca Jahier, Jean Quatremer, speċjalista tal-affarijiet Ewropej u korrispondent tal-gazzetta Franċiża Libération, u Pierre Kroll, karikaturist mal-gazzetta Belġjana Le Soir.

Skont Jean Quatremer, li kieku Robert Schuman kellu jtenni s-sejħa tiegħu llum il-ġurnata, kien isejjes il-proġett tiegħu fuq il-bżonn ta’ solidarjetà bejn il-pajjiżi fqar u dawk għonja u fuq il-valuri Ewropej.

L-atturi Aurélie Vauthrin u Rachid Benbouchta qraw it-test tad-dikjarazzjoni b’interpretazzjoni moderna.