European Economic
and Social Committee
Konferenza dwar “It-tisħiħ tas-soċjetà ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem”
mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE
Fil-25 ta’ Marzu mis-14.30 sas-18.00 CET, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE ser jorganizza konferenza fi Brussell li se tesplora kif l-UE b’mod ġenerali u l-Istati Membri individwalment jistgħu jaħdmu għal djalogu ċivili sostenibbli effettiv u demokrazija parteċipattiva.
Il-kelliema mistiedna se jinkludu lil:
- Pedro Silva Pereira, Viċi President tal-Parlament Ewropew, li se jissostitwixxi lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola għal kuntatt mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw liċ-ċittadini, u
- L-eċċellenza Tiegħu Willem van de Voorde, Ambaxxatur Belġjan u Rappreżentant Permanenti tal-Belġju għall-UE.
Matul il-konferenza, se jiġu ppreżentati ż-żewġ inizjattivi reċenti li ġejjin:
- l-Opinjoni tal-KESE dwar “It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem” (SOC/782), mitluba mill-Presidenza Belġjana u adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE fil-15 ta’ Frar;
- ittra miftuħa, li rċeviet l-appoġġ ta’ 156 firmatarju minn 26 Stat Membru tal-UE fuq inizjattiva mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u mis-Soċjetà Ċivili Ewropa. L-ittra tistieden lill-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE jieħdu miżuri konkreti biex jimplimentaw djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma kollha ta’ politika.
Il-konferenza se tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u udjenza usa’ biex jirriflettu dwar metodi għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti minn dawn l-inizjattivi u oħrajn.
Il-konferenza hija miftuħa għall-pubbliku. Għall-parteċipazzjoni attiva fuq il-post jew mill-bogħod tkun meħtieġa reġistrazzjoni minn qabel. L-avveniment se jintwera f’xandira diretta
Għal aktar informazzjoni, l-abbozz tal-programm, ir-reġistrazzjoni u l-istreaming, jekk jogħġbok żur is-sit web tal-avveniment.