Il-Premjijiet tal-UE għas-Settur Organiku 2022: nafu min huma l-finalisti tal-KESE!

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa kburi jħabbar il-finalisti, skont il-kategorija, tal-ewwel Premijiet tal-UE għas-Settur Organiku, koorganizzati mal-Kummissjoni Ewropea u msieħba oħra biex tiġi ppremjata l-eċċellenza fil-katina ta’ valur organika Ewropea. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija se jitħabbru fit-23 ta’ Settembru, il-Jum Organiku tal-UE, f’ċerimonja speċjali mal-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura, Janusz Wojciechowski.

Inizjattivi ta’ ispirazzjoni fil-livell lokali juru li t-tranżizzjoni organika diġà qed isseħħ fl-Ewropa. L-ewwel pass tal-proċess ta’ evalwazzjoni issa ntemm, u wara valutazzjoni bir-reqqa tal-applikazzjonijiet kollha, il-finalisti fit-tliet kategoriji li ġejjin huma:

  • Għall-aħjar SME organika li tipproċessa prodotti tal-ikel:

Gino Girolomoni Cooperativa Agricola – Isola del Piano, Provinċja ta’ Pesaro u Urbino, l-Italja
Goodvenience.bio GmbH – Magdala, Thuringia, il-Ġermanja
Labonca Biohof GmbH – Burgau, Styria, l-Awstrija

  • Għall-aħjar bejjiegħ tal-ikel bl-imnut organiku:

Ecoveritas SA – Barċellona, Spanja
La ferme à l’arbre de Liège – Lantin, Liège, il-Belġju
BIO MERCATO, seiVital GmbH – Kempten, Bavarja, il-Ġermanja

  • Għall-aħjar restorant organiku:

Trattino – Lyon, Franza
Lilla Bjers HB – Visby, il-Gżira ta’ Gotland, l-Iżvezja
Luftburg – Kolarik im Prater – Vjenna, l-Awstrija

Aktar informazzjoni dwar il-kandidati, il-kriterji tal-għażla u l-premijiet b’mod ġenerali jinstabu fis-sit web tal-Premijiet tal-UE għas-Settur Organiku u fis-sit web tal-KESE.