The Grassroots View – S3 Episodu 20 – Il-Kriżi tal-Enerġija

Unità domestika waħda minn kull erbgħa fl-Unjoni Ewropea ma jaffordjawx issaħħnu, ikessħu jew jixgħelu darhom. Dan xi jfisser għaċ-ċittadini Ewropej, u speċjalment għal dawk li għandhom inqas riżorsi? Dan l-episodju ta’ The Grassroots View janalizza l-impatt tal-kriżi tal-enerġija fuq il-ħajja tagħna ta’ kuljum. Flimkien ma’ Elena Mastantuono (KESE), Sonja Van Renssen (Energy Monitor), Sabrina Iannazzone (Network Ewropew kontra l-Faqar) u Thomas Dorget (Confrontations Europe).

Lingwi Disponibbli:

Kollox jibda mill-enerġija

Għeżież qarrejja,

Il-gwerra fl-Ukrajna u l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżaw tensjonijiet soċjoekonomiċi sinifikanti fl-Ewropa u fid-dinja. Kważi seba’ xhur mill-bidu tal-gwerra, il-biża’ ta’ żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u n-nuqqas ta’ sigurtà tal-enerġija, flimkien mal-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel u l-inflazzjoni globali, qed jipperikolaw il-ħajja u l-benesseri tan-nies madwar id-dinja. Għalhekk, is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, bil-konsegwenzi fit-tul tagħha ta’ prezzijiet tal-enerġija dejjem jogħlew, se tkun fost is-suġġetti dominanti tal-ħidma tagħna fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fix-xhur li ġejjin.

Dati tad-Djarju

Dritt għall-punt

Fil-kolonna tagħna “Dritt għall-punt”, il-membri tal-KESE jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet importanti fuq l-aġenda Ewropea. Din id-darba, staqsejna dan li ġej lill-membru tal-KESE Judith Vorbach (relatur għas-sessjoni plenarja ta’ Settembru għall-Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar “Tassonomija soċjali – Sfidi u oppurtunitajiet”): Fil-livell Ewropew, x’perkorsi u sfidi għandna quddiemna għall-implimentazzjoni ta’ tassonomija soċjali matul in-negozjati dwar it-tassonomija ekoloġika?

Judith Vorbach: Tassonomija soċjali għal investiment sostenibbli

L-għan tat-tassonomija tal-UE huwa li tidderieġi l-investimenti lejn is-sostenibbiltà billi tipprovdi sistema ta’ klassifikazzjoni trasparenti għall-investituri u l-kumpaniji. Bħalissa, ir-Regolament tal-UE dwar it-Tassonomija u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu jiffukaw fuq l-għanijiet relatati mal-klima u dawk ambjentali, ikkomplementati minn salvagwardji soċjali minimi. Filwaqt li l-KESE jilqa’ l-għanijiet ekoloġiċi, huwa jappella għal kunċett ta’ sostenibbiltà olistika, sabiex it-tassonomija tinkludi s-sostenibbiltà ambjentali, kif ukoll dik soċjali.

Immaġina l-Ukrajna...

Fil-kolonna “Immaġina l-Ukrajna”, nippubblikaw ritratti li juru l-gwerra fl-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha. Spiss ikunu minn ġurnalisti li jressqu tali testimonjanzi, peress li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna, biex jirreġistraw it-traċċi u ma jħalluhomx jintilfu.

“Mistoqsija waħda lil...”

Mistoqsija lil ...

Fit-taqsima tagħna “Mistoqsija lil...”, nistaqsu lill-membri tal-KESE biex iwieġbu mistoqsija dwar suġġett jaħraq li huwa fuq quddiem fl-aġenda Ewropea. Fl-edizzjoni ta’ Settembru, tkellimna ma’ Lutz Ribbe, membru tal-KESE u President tal-Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli, dwar il-kriżi tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli. KESEInfo jistaqsi: Fid-dawl tal-kriżi tal-enerġija, kif jistgħu l-enerġiji rinnovabbli jilqgħu l-isfidi li jirrappreżentaw ix-xejriet għal ritorn għall-faħam u l-konverżjoni mill-ġdid nukleari jew għal dewmien biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku?

Lutz Ribbe: Il-kriżijiet tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli

Fi Frar 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-“pakkett tal-Unjoni tal-Enerġija” tagħha, “qafas strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika dwar il-bidla fil-klima li tħares ’il quddiem”. Kien hemm ħafna proposti tajbin; saru diversi wegħdiet, inkluż tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjoni, tiġi estiża b’mod konsistenti l-enerġija rinnovabbli, u li l-Ewropa ssir mexxejja dinjija fl-enerġija rinnovabbli. Ġie sostnut ukoll li ċ-ċittadini għandhom jitqiegħdu fil-qalba tal-politika...

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistieden sorpriża

Fil-kolonna “Il-mistieden sorpriża” sssib fehmiet u opinjonijiet ta’ persuni li l-attitudnijiet, l-azzjonijiet u l-impenji tagħhom huma mudelli għal oħrajn. F’din il-ħarġa, qed nippubblikaw artiklu miktub minn Olga Vegera u Vasyl Kushmuns – membri tal-NGO Promote Ukraine – dwar l-attivitajiet tagħhom bħala organizzazzjoni mhux governattiva fi Brussell li taħdem għal Ukrajna ħielsa.

Olga Vegera u Vasyl Kushmuns: “Promote Ukraine" bħala vuċi tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Ewropa

Kemm hija Ewropea l-Ukrajna? Għalfejn sfat attakkata? Għandha bżonn riforma? Kif u fejn tara l-futur tagħha? - dawn kienu l-mistoqsijiet li l-NGO tagħna “Promote Ukraine” twaqqfet biex tindirizzahom lura fl-2014.

Aħbarijiet tal-KESE

Is-soċjetà ċivili organizzata tal-Ewropa mhux se tirrinunzja għall-Ukrajna

Fid-19 ta’ Lulju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) organizza konferenza ta’ livell għoli fi Kraków dwar l-għajnuna u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, li fiha wiegħed l-appoġġ sħiħ tiegħu fuq il-fronti kollha għall-pajjiż mifni bil-gwerra.

Il-Premjijiet tal-UE għas-Settur Organiku 2022: nafu min huma l-finalisti tal-KESE!

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa kburi jħabbar il-finalisti, skont il-kategorija, tal-ewwel Premijiet tal-UE għas-Settur Organiku, koorganizzati mal-Kummissjoni Ewropea u msieħba oħra biex tiġi ppremjata l-eċċellenza fil-katina ta’ valur organika Ewropea. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija se jitħabbru fit-23 ta’ Settembru, il-Jum Organiku tal-UE, f’ċerimonja speċjali mal-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura, Janusz Wojciechowski.

Il-Presidenza Ċeka tal-UE se tirrieżamina, tibni mill-ġdid u ssaħħaħ lill-Ewropa

“L-Ewropa bħala missjoni”. Dan huwa l-motto uffiċjali tal-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [bl-Ingliż: “Europe as a Task: Rethink, Rebuild, Repower”], li bdiet fl-1 ta’ Lulju 2022 b’enfasi fuq il-ġestjoni tal-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, it-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika tal-Ewropa u t-tisħiħ tal-awtonomija strateġika futura tagħha.

Il-Presidenti tal-KESE u tal-KtR jiddiskutu l-isfidi komuni għall-futur tal-Ewropa

Fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), il-President, Christa Schweng, u l-President li għadu kif ġie elett tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), Vasco Alves Cordeiro, iddiskutew il-prospetti l-ġodda għal azzjoni konġunta u kooperazzjoni bejn iż-żewġ kumitati.

Wasal iż-żmien li l-Balkani tal-Punent jinvestu fiż-żgħażagħ tagħhom

Sabiex jiġi żgurat ġejjieni aktar prosperuż għaċ-ċittadini tagħhom, il-gvernijiet tal-Balkani tal-Punent iridu jindirizzaw il-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ, li huma l-muftieħ ta’ dan il-futur. Allokazzjonijiet baġitarji suffiċjenti u trasparenti għall-iżvilupp ta’ politika taż-żgħażagħ u l-inklużjoni taż-żgħażagħ fil-proċess ta’ adeżjoni fl-UE huma prerekwiżiti għall-faċilitar ta’ bidliet pożittivi u t-titjib tas-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fir-reġjun.

Il-vjolenza kontra n-nisa trid tiġi rikonoxxuta bħala reat tal-UE

Matul il-plenarja tiegħu ta’ Lulju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iddiskuta l-abbozz ta’ direttiva tal-Kummissjoni li jindirizza l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma’ Cristina Fabre mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri.

Id-dimensjoni soċjali trid tiġi inkluża f’regoli ġodda dwar prodotti sostenibbli

Fil-plenarja tiegħu ta’ Lulju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) stieden lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ l-aspetti soċjali tal-proposti ewlenin biex tallinja r-regoli tal-UE dwar prodotti sostenibbli, l-ekodisinn u tessuti sostenibbli.

Pjan direzzjonali tal-UE dwar is-sigurtà u d-difiża: il-KESE jistieden lill-Istati Membri jaġixxu b’unità u ċertezza

F’Opinjoni ġdida, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja bis-sħiħ l-objettivi tal-Pjan direzzjonali Ewropew dwar it-teknoloġiji kritiċi għas-sigurtà u d-difiża, li huwa partikolarment f’waqtu fid-dawl tal-gwerra fl-Ukrajna. 

Il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti jeħtieġlu jaħtaf il-momentum biex ikun minn ta’ quddiem fil-kummerċ, it-teknoloġija u l-innovazzjoni

Fil-plenarja tiegħu ta’ Lulju, il-KESE sostna li l-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija l-ġdid jista’ jsir għodda innovattiva kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Uniti biex jaħdmu flimkien lejn dinja aktar sikura u aktar għanja, ibbażata fuq il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u l-valuri demokratiċi. Il-Kunsill huwa mfassal biex ikun proċess parteċipattiv u, għaldaqstant, jeħtieġ li juri trasparenza u jinvolvi ruħu bis-sħiħ mas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati.

Suq intern aktar b’saħħtu permezz ta’ tassazzjoni diġitali uniformi

F’Opinjoni esploratorja, il-KESE jinsisti fuq l-importanza ta’ leġiżlazzjoni Ewropea kkoordinata li tistabbilixxi rati tat-taxxa għall-kumpaniji tas-servizzi diġitali. Dan se jiżgura ambjent tan-negozju li jiffavorixxi t-tkabbir u jkun ta’ benefiċċju għas-suq intern, filwaqt li jevita l-lakuni li jinħolqu minn inizjattivi nazzjonali separati.

Ir-regoli tat-tassazzjoni dwar it-telexogħol transfruntier iridu jiġu aġġornati u ssemplifikati

Kif għandhom jiġu ntaxxati l-pagi u l-profitti tal-kumpaniji b’mod li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ambjent tax-xogħol tal-lum? F’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju, il-KESE jindirizza din l-isfida, u fl-istess ħin jilqa’ u jħeġġeġ iż-żieda fit-telexogħol.

It-tranżizzjoni diġitali trid tkun ġusta: id-drittijiet tal-bniedem u l-kontroll mill-bniedem iridu jibqgħu elementi ċentrali

Ħafna Ewropej għadhom mhux diġitalment litterati u l-biċċa l-kbira tal-amministrazzjonijiet nazzjonali għadhom ma implimentawx soluzzjonijiet diġitali. Jekk l-aċċess tan-nies għal xi servizzi ta’ interess ġenerali jkun kundizzjonali fuq li wieħed ikollu identità diġitali, dan jista’ jirriżulta f’sitwazzjoni fejn kulħadd jitlef: għadd sinifikanti ta’ Ewropej jistgħu jaraw id-dritt tagħhom li jaċċessaw dawn is-servizzi mċaħħad.

Aħbarijiet mill-Gruppi

Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva: Mostru burokratiku jew għodda sinifikanti?

minn Antje Gerstein, Membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fit-23 ta’ Frar, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proposta tagħha għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva, li tistabbilixxi l-qafas obbligatorju għall-kumpaniji biex jidentifikaw u jaġixxu fir-rigward ta’ impatti negattivi ambjentali u dawk marbuta mad-drittijiet tal-bniedem fl-organizzazzjonijiet tagħhom stess – u tul il-katina tal-valura kollha tagħhom.

Ix-xitwa, il-gass u t-tisħin

Mill-Grupp tal-Ħaddiema

Wara ħafna snin ta’ negliġenza u ottimiżmu inġustifikat dwar kwistjonijiet relatati mal-enerġija, l-Ewropa issa tinsab f’sitwazzjoni diffiċli. Iggravata mill-għeluq ta’ faċilitajiet nukleari li fil-biċċa l-kbira ġew sostitwiti bil-gass jew bil-faħam (li wassal għal għexieren oħra ta’ eluf ta’ mwiet qabel iż-żmien kull sena), minn dipendenza fuq il-gass naturali bħala alternattiva faċli u rħisa (u dan l-aħħar, ukoll ekoloġika), u minn suq tal-enerġija mfassal ħażin għall-kriżijiet jew biex jipprovdi sehem għoli ta’ sorsi rinnovabbli, il-kesħa din ix-xitwa tidher partikolarment li se tkun theddida.

Il-voluntieri: atturi essenzjali fis-soċjetajiet Ewropej

Mill-Grupp tal-KESE tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

L-attivitajiet ta’ volontarjat informali u formali mwettqa matul il-pandemija tal-COVID-19 u l-assistenza mogħtija lir-refuġjati Ukreni għal darb’ oħra wrew il-kontribut essenzjali u olistiku li l-volontarjat joffri lis-soċjetà. Il-volontarjat għandu rwol ċentrali fil-bini tal-kapital soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni. Huwa wkoll sors importanti ta’ awtożvilupp u l-aktar eżempju ċar ta’ impenn ċiviku u ċittadinanza attiva.