Kull xahar, fil-kolonna tagħna “Il-mistieden sorpriża”, se nkunu qed nintroduċu personalità li ħidmitha u l-impenn tagħha huma ta’ ispirazzjoni għal oħrajn. Nammirawhom għall-kuraġġ, il-perseveranza u l-lealtà għall-ideali tagħhom.

Dawn huma persuni li jikkontribwixxu biex ibiddlu r-realtà li ngħixu fiha. Għall-edizzjoni ta’ Diċembru tal-KESE Info, stedinna lil Matthew Caruana Galizia, ġurnalist investigattiv u direttur tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia, fejn jaħdem fuq il-każ li jirrigwarda l-qtil ta’ ommu, Daphne Caruana Galizia, li ġiet assassinata fl-2017 b’segwitu għall-investigazzjonijiet tagħha dwar il-korruzzjoni f’Malta. Matthew u l-familja tiegħu ħadmu bla heda biex jindirizzaw l-impunità u biex jikxfu l-verità dwar il-mewt ta’ Daphne.