Fit-taqsima tagħna “Mistoqsija lil ...”, staqsejna lil Sophie Wiegand twieġeb għal suġġett li ġibed l-attenzjoni tal-pubbliku, il-COP26 fi Glasgow.
“Is-Summit COP26 fi Glasgow laħaq l-aspettattivi tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, li b’mod attiv qed jitolbu soluzzjonijiet effettivi għall-ġlieda kontra t-tisħin globali?”

Sophia Wiegand kienet id-delegata żagħżugħa tal-KESE għall-COP26 u hija l-koordinatur tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Emerġenza Klimatika tal-Forum tal-Istudenti Ewropej (AEGEE), li għandu l-għan li jeduka liż-żgħażgħ dwar il-kriżi klimatika u jagħtihom is-setgħa jipprattikaw ċittadinanza attiva biex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ekoloġika. Hija tistudja r-Relazzjonijiet Internazzjonali f’Technische Universität Dresden u t-teżi tagħha tiffoka fuq il-bini tal-paċi ambjentali.