Fil-kolonna tagħna “Il-mistieden sorpriża”, nintroduċu nies li xogħolhom jispira lil ħaddieħor u li d-determinazzjoni u l-impenn tagħhom lejn dak li jagħmlu jistħoqqilhom rispett.

F’din l-edizzjoni ta’ KESE Info, il-mistiedna tagħna Olga Chaiko, ġurnalista Ukrena minn Kiev, taqsam l-istorja tagħha bħala ġurnalista waqt il-gwerra u l-isfidi li jiffaċċjaw hi u ġurnalisti Ukreni oħra.  Hija tiddeskrivi kif adattaw il-metodi ta’ ħidma tagħhom għaż-żminijiet perikolużi li għaddejjin minnhom, kif qed jaqdu lil pajjiżhom u kif jittrattaw l-aħbarijiet foloz u l-propaganda.