Il-proċess tant twil ta’ adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent reġa’ qiegħed fuq l-aġenda tal-UE. Dan l-episodju ta’ The Grassroots View jiffoka fuq it-tkabbir tal-UE u l-Balkani tal-Punent, peress li mhux il-pajjiżi kollha jinsabu fl-istess stadju tal-vjaġġ tagħhom lejn is-sħubija fl-UE. 
 
Il-mistednin tagħna jid...Aktar

Il-proċess tant twil ta’ adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent reġa’ qiegħed fuq l-aġenda tal-UE. Dan l-episodju ta’ The Grassroots View jiffoka fuq it-tkabbir tal-UE u l-Balkani tal-Punent, peress li mhux il-pajjiżi kollha jinsabu fl-istess stadju tal-vjaġġ tagħhom lejn is-sħubija fl-UE. 

Il-mistednin tagħna jiddiskutu l-prinċipju tal-integrazzjoni gradwali u progressiva, il-prospetti tar-reġjun biex jingħaqad fil-familja tal-UE u jekk il-fatt li l-UE qed tiffoka aktar fuq l-Ukrajna hux se jaffettwa n-negozjati mal-Balkani tal-Punent.

Ionuţ Sibian, membru tal-KESE u President tal-Kumitat ta’ Segwitu tal-Balkani tal-Punent, li pajjiżu (ir-Rumanija) ingħaqad mal-UE fl-2007, jesprimi l-fehma tas-soċjetà ċivili dwar is-sitwazzjoni attwali fir-reġjun. 

Jarosław Pietras, eks uffiċjal anzjan tal-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-gvern Pollakk li kien involut fl-adeżjoni tal-Polonja fl-UE, jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu dwar il-mejda tan-negozjati, u jitkellem dwar is-similaritajiet u d-differenzi bejn it-tkabbir il-kbir tal-2004 u tal-lum.

Dafina Peci, Segretarju Ġenerali tal-Kungress Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Albanija, tesprimi l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-Albanija fil-kuntest ta’ futur Ewropew għall-pajjiż. 

Camille-Cerise Gessant, ġurnalista ma’ Agence Europe, u Erisa Zykaj, korrispondent tal-UE għall-midja tal-Balkani tal-Punent fi Brussell, jagħtuna l-perspettiva tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-midja fir-reġjun u l-idea tal-komunità politika Ewropea. (at)
 
Inqas