Fid-29 ta’ Mejju, il-Viċi President Giulia Barbucci ħadet sehem fit-42 edizzjoni tal-ġirja ta’ 20 km ta’ Brussell f’isem il-KESE, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, inkluża Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew.

Fil-fehma tas-Sinjura Barbucci, dan l-avveniment huwa importanti ferm, speċjalment bħalissa. “Il-maratona ta’ suċċess ta’ 20 km ta’ Brussell, li fiha ħadu sehem 33 000 ċittadin Ewropew u rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, bagħtet messaġġ qawwi favur il-paċi u s-solidarjetà mal-Ukrajna” qalet.

Din is sena, fil-ġirja ħadu sehem ’il fuq minn 33 000 persuna minn 137 nazzjonalità differenti, kif ukoll 800 membru tal-persunal mit-tim “Running for Europe”. Hekk kif ġara fl-2021, il-maratona intrebħet mill-Belġjan Amaury Paquet, li ġera d-distanza ta’ 20 km f’siegħa u sekonda.

L-avveniment ta’ din is-sena kien iddedikat għat-turija ta’ għaqda tal-Unjoni Ewropea mal-Ukrajna. Il-fondi miġbura għal dan l-avveniment se jingħataw lill-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Iscouts tal-Ukrajna biex jipprovdu ikel, mediċina, sleeping bags u provvisti oħrajn meħtieġa, flimkien mal-koordinazzjoni tal-appoġġ psikoloġiku għan-nies u l-komunitajiet milquta mill-kunflitt. (ehp)