European Economic
and Social Committee
Il-membru Rumen Aurel Laurenţiu Plosceanu huwa l-viċi president il-ġdid tal-KESE għall-komunikazzjoni
Bħala membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE, is-Sur Plosceanu huwa l-president tal-Assoċjazzjoni Rumena tal-Intraprendituri tal-Kostruzzjoni (ARACO) u viċi president tal-Unjoni Ġenerali tal-Industrijalisti Rumeni (UGIR).
Huwa ġie elett fis-sessjoni plenarja tat-tiġdid ta’ nofs it-terminu fis-26 ta’ April 2023.
“Ninsab kuntent ħafna nassumi din ir-responsabbiltà, li għaliha jien impenjat bis-sħiħ”, huwa qal. “Illum il-ġurnata qed niffaċċjaw sfidi multipli u rridu nkunu kapaċi nikkomunikaw b’mod effettiv dak li nagħmlu fil-livell tal-UE u nsemmgħu l-vuċi tas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE”.
Is-Sur Plosceanu, li ilu membru tal-KESE minn meta r-Rumanija ssieħbet fl-UE fl-2007, kien president tas-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC) għall-ewwel nofs tal-mandat attwali u huwa kopresident tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Serbja.
Huwa għandu kwalifiki fl-inġinerija teknika (Università Teknika tal-Inġinerija Ċivili ta’ Bukarest) u l-liġi (Università Nicolae Titulescu ta’ Bukarest), kif ukoll eMBA fl-ekonomija (INDE) u lawrja postgradwatorja fid-difiża (Kulleġġ tad-Difiża Nazzjonali Rumen). (mp)