Il-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari (ECESP) 2022 u l-Jum Internazzjonali tan-Nisa ġew iċċelebrati permezz ta’ espressjonijiet kulturali differenti.

Fit-2 ta’ Marzu ġie organizzat avveniment mużikali mit-trio internazzjonali tal-perkussjoni TrashBeatz, grupp mużikali li joħloq mużika biż-żibel. Is-slogan tagħhom “riduzzjoni, riużu u riċiklaġġ taż-żibel tiegħek” qabel perfettament mas-suġġett tal-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari ta’ din is-sena. Jekk tlift dan l-avveniment xorta tista’ tarah online.

Il-KESE ospita spettaklu artistiku bl-isem “...għax jien mara?” mill-artista żagħżugħa Pollakka ta’ talent, Patrycja Alenkuć. Il-filmat kien fih spettaklu ta’ żfin ikkumplimentat mir-rakkontar tal-istejjer. Il-kunċett kien iffukat fuq l-enfasi ta’ kif in-nisa huma reżiljenti minkejja li ma ngħatawx biżżejjed appoġġ irrispettivament mill-età, il-klassi, il-pajjiż li jgħixu fih, il-professjoni tagħhom jew fatturi oħra. “... għax jien mara?” kien wieħed mill-punti ewlenin tal-Konferenza dwar in-Nisa fis-Suq tax-Xogħol, tal-KESE, bil-filmat li wassal l-avvenimenti tal-ġurnata għal konklużjoni artistika. (ck)