Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

MARCH 2022 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Il-paċi hija l-unika ġlieda ta’ min jiġġilidha

Il-gwerra fl-Ukrajna pprovditilna tfakkira brutali tal-iskop inizjali tal-ħolqien tal-UE – iż-żamma tal-paċi fit-tul fil-kontinent. Sfortunatament, irnexxielna ninsewh dal-iskop. F’ċertu punt, in-narrattiva Ewropea tal-paċi ma baqgħetx attraenti, speċjalment għall-ġenerazzjoni żagħżugħa. Issa, qed nitgħallmu għal darb’ oħra li, fi kliem Albert Camus, “il-paċi hija l-unika ġlieda ta’ min jiġġilidha” u li rridu nkomplu għaddejjin bl-isforzi tagħna biex inġibu bidla fejn hi meħtieġa.

Read more in all languages

Il-gwerra fl-Ukrajna pprovditilna tfakkira brutali tal-iskop inizjali tal-ħolqien tal-UE – iż-żamma tal-paċi fit-tul fil-kontinent. Sfortunatament, irnexxielna ninsewh dal-iskop. F’ċertu punt, in-narrattiva Ewropea tal-paċi ma baqgħetx attraenti, speċjalment għall-ġenerazzjoni żagħżugħa. Issa, qed nitgħallmu għal darb’ oħra li, fi kliem Albert Camus, “il-paċi hija l-unika ġlieda ta’ min jiġġilidha” u li rridu nkomplu għaddejjin bl-isforzi tagħna biex inġibu bidla fejn hi meħtieġa.

L-invażjoni Russa tal-Ukrajna ġabet lura l-agħar ħmar il-lejl tas-seklu għoxrin – il-gwerra fil-kontinent Ewropew. L-integrità territorjali ta’ pajjiż qed terġa’ tiġi ddubitata. Dan l-aġir iġib miegħu r-riskju ta’ karestija u ġenoċidju. L-aggressjoni Russa tmur kontra dak kollu li huwa “Ewropew” u dak kollu li huwa “demokratiku”, u l-Ewropa ma tistax u mhux se tittolleraha. Il-paċi hija l-pedament tal-Unjoni Ewropea. Din l-unjoni kienet imsejsa fuq il-poter tal-liġi mhux fuq il-liġi tal-poter.

Għaxar snin ilu, l-Unjoni Ewropea ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi bħala rikonoxximent għal aktar minn 60 sena ta’ paċi, rikonċiljazzjoni u demokrazija. L-UE għandha tkompli tkun gwardjana, u ssir saħansitra gwardjana aktar b’saħħitha, tal-paċi u d-demokrazija fuq art Ewropea u lil hinn.

L-akbar sfida għall-Ewropa issa hija l-gwerra u l-konsegwenzi tagħha – il-migrazzjoni, aktar inflazzjoni, prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew u l-ħtieġa għall-militarizzazzjoni. Madankollu, għad hemm sfidi li kienu jeżistu qabel, bħall-COVID-19, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jew il-bini tal-awtonomija strateġika tal-Ewropa. Jeħtieġ li nindirizzaw dan kollu u nibqgħu ngħinu lill-ġirien tagħna – il-poplu Ukren. F’dan il-kuntest, nilqa’ l-konklużjonijiet tas-summit informali tal-UE f’Versailles, li jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet tal-KESE biex titwaqqaf immedjatament l-azzjoni militari fuq l-art tal-Ukrajna, biex jiġu protetti n-nies fl-Ukrajna u r-refuġjati tal-pajjiż u biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-Ewropa, b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija.

Dawn mhumiex żminijiet faċli, speċjalment peress li għadna nħossu l-għeja ta’ wara l-COVID-19 u l-lockdowns riċenti. Madankollu, jeħtieġ li nżommu l-ispirtu attwali ta’ unità. Punt wieħed għalija huwa ċert: demokrazija reżiljenti tibni s-saħħa u l-vitalità tagħha minn dak li l-Griegi jsejħu “demos” – il-poplu, kemm impjegaturi, kemm ħaddiema jew ċittadini b’ mod ġenerali! Magħqudin biss nistgħu nibnu l-futur Ewropew tagħna.

Għadna kemm sibna r-rabta emozzjonali u s-sens ta’ sjieda tal-proġett Ewropew li dan l-aħħar ilna neqsin – IL-PAĊI.

Christa Schweng
President tal-KESE

Dati tad-Djarju

31 ta’ Marzu 2022 – 1 ta’ April 2022, Brussell (avveniment virtwali)

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! 2022

31 ta’ Marzu 2022, Brussell (avveniment virtwali)

L-isfidi tas-saħħa fl-UE fil-kuntest tal-pandemija

8 ta’ April 2022, Brussell

Impjieg ta’ żgħażagħ b’diżabbiltà

7 ta’ Mejju 2022, Brussell (avveniment virtwali)

Jum l-Ewropa 2022

Sławek Kaminski / GW

Mill-Ukrajna fit-triq lejn...

Nistgħu naraw l-istorja traġika tal-Ukrajna tiżvolġi quddiem għajnejna, bis-saħħa tal-ħidma bla heda u erojka tal-ġurnalisti, il-fotografi u l-operaturi tal-kameras li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna. Wieħed minn dawn, il-fotografu Pollakk Sławek Kaminski, bagħatilna r-ritratti tiegħu mill-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja, Rzeszów u Medyka-Shehyni.

Illum qed nippubblikaw l-ewwel wieħed minnhom mill-fruntiera Pollakka-Ukrajna. Grazzi tal-mumenti maqbuda fir-ritratt.

Read more in all languages

Nistgħu naraw l-istorja traġika tal-Ukrajna tiżvolġi quddiem għajnejna, bis-saħħa tal-ħidma bla heda u erojka tal-ġurnalisti, il-fotografi u l-operaturi tal-kameras li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna. Wieħed minn dawn, il-fotografu Pollakk Sławek Kaminski, bagħatilna r-ritratti tiegħu mill-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja, Rzeszów u Medyka-Shehyni.

Illum qed nippubblikaw l-ewwel wieħed minnhom mill-fruntiera Pollakka-Ukrajna. Grazzi tal-mumenti maqbuda fir-ritratt.

Sławek Kamiński: Fotoġurnalist għal Gazeta Wyborcza. Rebbieħ ta’ diversi premjijiet u distinzjonijiet f’kompetizzjonijiet prestiġjużi tal-fotografija tal-istampa. Rebbieħ tal-Gran Premju - Ritratt tas-Sena fil-kompetizzjoni Fotografika tal-2019 ta’ Grand Press Photo. L-arkivju tiegħu huwa rekord sħiħ tal-bidliet politiċi fil-Polonja matul dawn l-aħħar 30 sena. Xogħlu ġie ppubblikat fil-biċċa l-kbira tal-gazzetti Pollakki u ħafna titli u kotba tal-istampa barranin. Huwa ħa sehem ukoll fi proġetti ewlenin ta’ reklamar. Tistgħu taraw ir-ritratti tiegħu tal-aħbarijiet fuq Wyborcza.pl u Reuters.

Photo: @instagram slawekkaminski.pl

Il-Mistieden Sorpriża

Kull xahar, fil-kolonna tagħna “Il-Mistieden Sorpriża”, nintroduċu personalità li ħidmitha u l-impenn tagħha huma ta’ ispirazzjoni għal oħrajn. B’mod partikolari l-kuraġġ, il-karattru sod u d-determinazzjoni tagħhom biex jieħdu azzjoni huma eżemplari.

Read more in all languages

Kull xahar, fil-kolonna tagħna “Il-Mistieden Sorpriża”, nintroduċu personalità li ħidmitha u l-impenn tagħha huma ta’ ispirazzjoni għal oħrajn. B’mod partikolari l-kuraġġ, il-karattru sod u d-determinazzjoni tagħhom biex jieħdu azzjoni huma eżemplari.

Fil-KESE Info ta’ dax-xahar, nagħtu l-kelma lil Sławek Kamiński, fotografu għall-gazzetta Pollakka Gazeta Wyborcza, biex jaqsam magħna r-ritratti li ħa fil-fruntiera tal-Ukrajna mal-Polonja.

Qed iseħħu xeni simili f’postijiet oħra peress li l-Ukreni qed jaqsmu l-fruntieri lejn diversi pajjiżi Ewropej: il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja, ir-Rumanija u l-Moldova.

Għalkemm huwa fotografu tal-esperjenza li kemm il-darba ra traġedji umani, Sławek Kamiński qal li ħass dieqa f’qalbu meta ra lill-ommijiet u t-tfal Ukreni deħlin il-Polonja, f’Rzeszow, Przemyśl, u Medyka-Szeginie, u kellhom isellmu lill-irġiel u lill-missirijiethom li kellhom imorru lura pajjiżhom biex jiġġieldu.

Hekk kif l-istorja traġika tal-Ukrajna qed tiżvolġi quddiemna, huwa bis-saħħa tal-ħidma bla heda u erojka tal-ġurnalisti, il-fotografi u l-cameramen bħal Sławek Kaminski, li jmorru fejn aħna ma nistgħux, li nsiru nafu dwar x’qed jiġri fuq il-post u s-sitwazzjoni traġika tan-nies fi gwerra. Huwa bis-saħħa tagħhom li nibqgħu aġġornati u li nimmobilizzaw ruħna biex inkunu ta’ għajnuna.

Sławek Kaminski huwa r-rebbieħ ta’ bosta premji u unuri ta’ kompetizzjonijiet prestiġġjużi tal-fotografija għall-istampa. Rebaħ il-Premju l-Kbir – Ir-ritratt tas-Sena fil-kompetizzjoni Grand Press Photo tal-2019. Ilu aktar minn 30 sena jiddokumenta l-bidliet politiċi fil-Polonja permezz tal-kamera tiegħu. Ix-xogħol tiegħu ġie ppubblikat fil-biċċa l-kbira tal-mezzi u l-pubblikazzjonijiet tal-istampa Pollaki u f’ħafna barranin. Huwa ħa sehem ukoll fi proġetti ewlenin ta’ reklamar. Ir-ritratti tal-aħbarijiet tiegħu jidhru fuq Wyborcza.pl u Reuters. (ll/ehp)

Sławek Kaminski: Border

Is-Sibt 26 ta’ Frar 2022 fil-5 a.m., b’mod għal kollox spontanju, tlaqt lejn il-fruntiera flimkien ma’ kollega. L-invażjoni Russa tal-Ukrajna kienet ilha għaddejja jumejn.

Read more in all languages

Is-Sibt 26 ta’ Frar 2022 fil-5 a.m., b’mod għal kollox spontanju, tlaqt lejn il-fruntiera flimkien ma’ kollega. L-invażjoni Russa tal-Ukrajna kienet ilha għaddejja jumejn.

Vjaġġi bħal dawn huma l-ħobża ta’ kuljum għal kwalukwe fotografu ta’ esperjenza, iżda l-eċċitament qatt ma jitlaq. Qed insuqu fid-dlam, lejn Przemyśl. Fi triqtna jispiċċalna l-karburant, ħafna nies konfużi, daqsxejn ta’ paniku.

Jirnexxielna. L-ewwel il-punt ta’ qsim tal-fruntiera f’Medyka. Serbut twil ħafna ta’ karozzi, ħafna karozzi pparkjati. Ħafna nies miġbura jistennew qraba u ħbieb.

Dan huwa l-ewwel grupp. Rajt minn kollox f’ħajti iżda din ix-xena ħallietli għoqla f’griżmejja. Ommijiet żgħażagħ mexjin. Kull waħda qed timbotta pramm, tkaxkar bagalja jew iżżomm id tifel jew tifla. Qed jiġu megħjuna mill-gwardji tal-fruntiera Pollakki. Huma kommossi.

Kollox għandu xeħta daqsxejn differenti milli kellu fil-fruntiera l-oħra, mhux tant żmien ilu. Hawnhekk,dawk għadhom jaslu huma milqugħa b’ferħ, bid-dmugħ f’għajnejhom. Il-ħbieb jew il-familja jieħdu dawn in-nisa żgħażagħ fil-karozzi tagħhom stess. Issa huma sikuri. Mhux ‘il bogħod, fil-fatt fil-bieb biswit, hemm ġemgħa ċittadini Ukreni li jixtiequ jirritornaw lejn pajjiżhom. Fil-biċċa l-kbira huma rġiel. Se jiġġieldu kontra l-għadu.

Umbagħad nitlaq lejn il-punt ta’ qsim tal-fruntiera f’Korczowa. Filgħaxija, l-istazzjoni tal-ferrovija f’Przemyśl u l-punt ta’ riċeviment fil-hypermarket.

U nkomplu għal tlett ijiem.

Kull darba differenti. Aktar u aktar refuġjati u aktar u aktar nies li jixtiequ jgħinu. U qed jgħinu. Is-sitwazzjoni tidher li hija taħt kontroll. Il-ħwienet qed jaħdmu, hemm l-elettriku u, għalissa, tista’ ċċempel kullimkien. Il-munzelli ta’ ħwejjeġ u ta’ ikel qed jikbru. Kollox se jkun utli. Iżda l-aħbarijiet li qed jaslu mill-front dejjem qed jeħżienu.

Fi triqtna lura tgħaddina kolonna twila ta’ vetturi militari. Is-sitwazzjoni hija serja. Wara kollox, hemm gwerra vera ftit lil hinn mill-fruntiera.

Hemm iktar u iktar refuġjati mill-Ukrajna. Ilhom li qabżu l-miljun ruħ.

Il-biċċa l-kbira tagħhom qed jivvjaħħaw lejn bliet kbar. Hemmhekk jgħixu fi stazzjonijiet tal-ferrovija, stadji u ċentri tal-kura.

Mistoqsija lil...

Fir-rubrika tagħna “Mistoqsija lil ...”, il-membru al-KESE Javier Doz iwieġeb mistoqsija mill-KESE info dwar il-kompiti l-iżjed importanti fl-2022 għall-Grupp tas-Semestru Ewropew, li tiegħu huwa l-president.

KESE: Inti l-President tal-Grupp tas-Semestru Ewropew. Liema huma l-aktar kompiti importanti għall-Grupp din is-sena?

Read more in all languages

Fir-rubrika tagħna “Mistoqsija lil ...”, il-membru al-KESE Javier Doz iwieġeb mistoqsija mill-KESE info dwar il-kompiti l-iżjed importanti fl-2022 għall-Grupp tas-Semestru Ewropew, li tiegħu huwa l-president.

KESE: Inti l-President tal-Grupp tas-Semestru Ewropew. Liema huma l-aktar kompiti importanti għall-Grupp din is-sena?

Javier Doz: Il-ħidma tal-Grupp tas-Semestru Ewropew

Il-Grupp tas-Semestru Ewropew (GSE) jinkludi 42 membru, presidenza magħmula minn tliet persuni – b’Luca Jahier (Grupp III) u Gonçalo Lobo (Grupp I) bħala viċi presidenti – u segretarjat ta’ tliet persuni mmexxi minn Jakob Andersen bl-għajnuna ta’ trainee. L-istruttura tiegħu hija kompletata b’27 delegazzjoni nazzjonali tripartitika li jinkludu 39 membru ieħor.

Read more in all languages

Il-Grupp tas-Semestru Ewropew (GSE) jinkludi 42 membru, presidenza magħmula minn tliet persuni – b’Luca Jahier (Grupp III) u Gonçalo Lobo (Grupp I) bħala viċi presidenti – u segretarjat ta’ tliet persuni mmexxi minn Jakob Andersen bl-għajnuna ta’ trainee. L-istruttura tiegħu hija kompletata b’27 delegazzjoni nazzjonali tripartitika li jinkludu 39 membru ieħor.

L-isem tal-Grupp jiddefinixxi sew il-mandat tiegħu: li janalizza l-governanza ekonomika tal-UE, il-proċeduri u l-kontenut tagħha, inklużi l-fażijiet li jseħħu fil-livell nazzjonali, u li jfassal Opinjonijiet f’dan ir-rigward. Mid-diversi dokumenti li jiffurmaw il-pakketti tas-Semestru tal-ħarifa u tar-rebbiegħa, il-GSE isegwi mill-qrib sew l-Istrateġija Annwali għal Żvilupp Sostenibbli u ż-żewġ Opinjonijiet (inizjali u addizzjonali) li l-Kumitat jadotta kull sena dwar l-Istrateġija. Il-Grupp jorganizza ħames laqgħat fis-sena, u laqgħa minnhom hija konferenza miftuħa li normalment issir f’Mejju jew Ġunju.

Il-mandat attwali tal-GSE beda waqt il-pandemija tal-COVID-19 u b’rispons tal-UE biex ikun hemm bidla fundamentali fil-mudell tal-politika ekonomika li ġie adottat fil-kriżi tal-2008-2012: taħlita ta’ politiki monetarji u fiskali espansjonarji u pjan ta’ rkupru ta’ EUR 750 000 biljun, iffinanzjat mid-dejn Ewropew. Il-ħidma tal-GSE minn dak iż-żmien ’il hawn iffukat fuq l-analiżi tan-NextGenerationEU u l-Pjani Nazzjonali relatati għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan saħħaħ ir-rwol tad-delegazzjonijiet nazzjonali tal-Grupp, li qed jaqdu rwol ewlieni fit-tfassil taż-żewġ Riżoluzzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-KESE dwar il-pjani ta’ rkupru. L-ewwel waħda, adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE fi Frar 2021, iffokat fuq il-valutazzjoni tal-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-abbozzar tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-opinjoni tad-delegazzjonijiet nazzjonali, miġbura permezz ta’ stħarriġ li kien jinkludi ħames mistoqsijiet, u fuq diversi dibattiti nazzjonali. Ir-Riżoluzzjoni kkritikat il-fatt li, minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kienet ġeneralment baxxa u ta’ kwalità baxxa.

Bħalissa, il-GSE u d-delegazzjonijiet nazzjonali tiegħu qed iħejju Riżoluzzjoni ġdida, li għandha tiġi diskussa fis-sessjoni plenarja ta’ Mejju, li tivvaluta l-kontenut tal-pjani, l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà u l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tagħhom. Din id-darba l-istħarriġ jinkludi 21 mistoqsija. Barra minn hekk, se jitqiesu wkoll il-konklużjonijiet tal-laqgħat ta’ diskussjoni li saru, bħaż-żewġ konferenzi nazzjonali organizzati b’mod konġunt mal-KES nazzjonali fiż-żewġ pajjiżi li se jirċievu ammont akbar ta’ fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Spanja u l-Italja. Bħala qafas ta’ referenza se jintużaw il-valutazzjonijiet ewlenin tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza li qed jitwettqu mill-gruppi ta’ riflessjoni Ewropej, kif ukoll id-data pprovduta minn Recover-EC.

Ladarba titlesta l-ħidma fuq it-tħejjija tat-tieni Riżoluzzjoni, il-ħidma tal-Grupp se tiffoka fuq ir-riforma tas-Semestru Ewropew u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u, b’mod partikolari, dawk meħtieġa għat-tranżizzjoni ġusta għal ekonomija ekoloġika b’newtralità klimatika fl-2050. Ir-riforma tal-proċeduri tas-Semestru Ewropew, marbuta mar-riforma tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, ser tkun is-suġġett ta’ diskussjoni fil-konferenza li jmiss tal-GSE li se ssir fit-3 ta’ Ġunju. Sabiex jiġu analizzati l-ħtiġijiet ta’ investiment tal-Patt Ekoloġiku, il-GSE ser jipproponi li s-Sezzjoni ECO, flimkien mas-Sezzjoni NAT, jorganizzaw konferenza fl-aħħar kwart tas-sena.

Se nikkonkludi billi ngħid li, fix-xhur li ġejjin, il-GSE żgur se jkollu jindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u tas-sanzjonijiet adottati mill-UE biex tindirizzahom. Se jkollu jħeġġeġ ukoll il-kisba mill-ġdid tas-sovranità tal-pajjiż ġar tagħna, parti mill-familja tagħna.

Javier Doz

Il-President tal-Grupp tas-Semestru Ewropew

New publications

Dritt għall-punt

Fir-rokna tagħna “Dritt għall-punt” nistaqsu lill-membri tal-KESE biex jenfasizzaw l-aspetti tal-Opinjoni li huma jqisu importanti. Din id-darba tlabna lil Ozlem Yildirim biex tispjegalna l-isfidi li jirriżultaw mir-rabtiet bejn il-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet fundamentali.

Read more in all languages

Fir-rokna tagħna “Dritt għall-punt” nistaqsu lill-membri tal-KESE biex jenfasizzaw l-aspetti tal-Opinjoni li huma jqisu importanti. Din id-darba tlabna lil Ozlem Yildirim biex tispjegalna l-isfidi li jirriżultaw mir-rabtiet bejn il-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet fundamentali.

Ozlem Yildirim: Ir-rikonoxximent tad-dritt għal ambjent san bħala dritt fundamentali

 Fid-dawl tal-fatt li d-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima għandhom impatt dirett u indirett fuq firxa ta’ drittijiet fundamentali (bħad-dritt għall-ħajja, id-dritt għas-saħħa jew id-dritt għall-edukazzjoni), il-KESE għall-ewwel darba indirizza din l-interkonnettività ċara fejn hemm il-periklu li teqred il-progress li sar f’dawn l-aħħar deċennji f’termini ta’ żvilupp, saħħa globali u tnaqqis tal-faqar.

Read more in all languages

 Fid-dawl tal-fatt li d-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima għandhom impatt dirett u indirett fuq firxa ta’ drittijiet fundamentali (bħad-dritt għall-ħajja, id-dritt għas-saħħa jew id-dritt għall-edukazzjoni), il-KESE għall-ewwel darba indirizza din l-interkonnettività ċara fejn hemm il-periklu li teqred il-progress li sar f’dawn l-aħħar deċennji f’termini ta’ żvilupp, saħħa globali u tnaqqis tal-faqar.

Ir-Rapport ta’ Informazzjoni dwar “Il-protezzjoni ambjentali bħala prerekwiżit għar-rispett tad-drittijiet fundamentali” ta l-opportunità li jiġu indirizzati kwistjonijiet kruċjali, b’mod partikolari d-dritt għal ambjent san bħala dritt fundamentali. Bħala l-awtur ta’ dan ir-rapport, nixtieq nenfasizza li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tqis it-tniġġis tal-arja bħala l-akbar riskju għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa. Dan it-tniġġis, li jipperikola serjament is-saħħa tal-bniedem, jinvolvi wkoll spejjeż ekonomiċi konsiderevoli peress li jwassal għal spejjeż mediċi ogħla, produttività aktar baxxa, b’mod partikolari minħabba ġranet ta’ xogħol mitlufa, u rendimenti agrikoli aktar baxxi. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, nilqgħu l-emerġenza ta’ dritt tal-bniedem ġdid: id-dritt għal ambjent san, sigur u sostenibbli.

Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), madwar 1,2 biljun impjieg (40 % tal-impjiegi globali) jiddependi minn ambjent b’saħħtu. L-istress mis-sħana se jnaqqas is-sigħat tax-xogħol fid-dinja bi 2 % fl-2030, li jirrappreżenta 72 miljun impjieg. It-tniġġis u d-degradazzjoni ambjentali se jkollhom impatt fuq il-produttività, is-saħħa, l-introjti u s-sigurtà tal-ikel tal-ħaddiema.

Huwa għalhekk li r-Rapport ta’ Informazzjoni juri li l-UE għandha taġixxi bħala msieħeb affidabbli fix-xena internazzjonali billi ssaħħaħ u timplimenta leġiżlazzjoni li tintegra approċċ olistiku bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-azzjoni klimatika u ambjentali biex tiggwida l-politiki u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, filwaqt li tipproteġi d-drittijiet ta’ kulħadd. B’mod speċjali, l-UE trid tkun konsistenti u tagħti aktar attenzjoni lill-ftehimiet kummerċjali.”

Fost sensiela sħiħa ta’ proposti mmirati biex jiżguraw li l-azzjonijiet tal-UE dwar il-klima jkunu ċċentrati fuq id-drittijiet fundamentali, dan ir-rapport jirrakkomanda b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ strateġija interdixxiplinarja preċiża u kkoordinata kif ukoll il-ħtieġa li titlesta l-proċedura ta’ adeżjoni tal-Unjoni mal-KEDB. Fl-aħħar nett, il-KESE jappella għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni Ewropea, magħrufa bħala l-“liġi kontra Kawża Strateġika Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika”, biex jiġu miġġielda proċeduri legali abbużivi mmirati biex isikktu lil whistleblowers, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet jew osservaturi oħra tal-ħajja pubblika sabiex jinkiseb livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni madwar l-Ewropa.

Ozlem Yildirim, membru tal-KESE u viċi president tal-Grupp dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt

Aħbarijiet tal-KESE

L-Ewropa mhijiex sikura mingħajr Ukrajna sikura u sigura

F’dibattitu spontanju mibdi mill-President tal-KESE Christa Schweng matul is-sessjoni plenarja ta’ Frar, il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ikkundannaw l-invażjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa. Il-membri tal-KESE esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-poplu Ukren u appellaw għal azzjonijiet sodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali fi spirtu ta’ unità f’dan iż-żmien drammatiku.

Read more in all languages

F’dibattitu spontanju mibdi mill-President tal-KESE Christa Schweng matul is-sessjoni plenarja ta’ Frar, il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ikkundannaw l-invażjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa. Il-membri tal-KESE esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-poplu Ukren u appellaw għal azzjonijiet sodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali fi spirtu ta’ unità f’dan iż-żmien drammatiku.

Hija u tiftaħ id-dibattitu, il-President Christa Schweng enfasizzat in-natura kritika ta’ din is-sitwazzjoni għall-Ewropa u qalet: “Illum rajna aggressjoni fuq l-għatba tal-UE. Mossa bħal din tikkostitwixxi ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali, inklużi l-Ftehimiet ta’ Minsk. F’dawn is-sigħat, il-ħsibijiet tagħna huma mal-Ukrajna u s-soċjetà ċivili tagħha, u man-nisa, l-irġiel u t-tfal innoċenti huma u jiffaċċjaw dan l-attakk mhux provokat u biża’ għal ħajjithom. L-Ewropa jeħtiġilha tappoġġja lill-Ukrajna u s-soċjetà ċivili tagħha!”, qalet il-President Schweng.

Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem, enfasizza li: “L-UE hija ċertament magħquda f’xewqa għal azzjoni soda. Jien kont hemm fil-Pjazza Maidan u ħaġa li niftakar b’mod ċar hija x-xewqa kbira tas-soċjetà ċivili li tkun parti mill-Ewropa, li tkun parti mill-UE. L-Ukrajna ma tistax tiġi abbandunata. Irridu nkunu lesti li nġarrbu l-prezz tal-isforzi u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu.”

Oliver Röpke, President tal-Grupp tal-Ħaddiema, żied jgħid ukoll li: “Issa huwa l-mument biex nesprimu l-oppożizzjoni tagħna u ngħidu b’mod ċar li l-Ewropa qatt mhi se tippermetti dan. Irridu nkunu magħqudin, insibu soluzzjoni għal din l-aggressjoni u nibqgħu spalla ma’ spalla f’solidarjetà sħiħa mal-poplu tal-Ukrajna”.

Fl-istess spirtu, Séamus Boland, President tal-Grupp Diversità Ewropa, esprima l-appoġġ tiegħu: “Qegħdin fix-xifer u rridu nilħqu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ukrajna. Fuq kollox, l-UE jeħtiġilha tibqa’ magħquda u turi solidarjetà mal-ġirien tagħna”.

Il-President tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE, Dimitris Dimitriadis, qal li l-KESE se jagħmel l-almu tiegħu biex ikompli jappoġġja lis-soċjetà ċivili Ukrena permezz tal-mezzi stabbiliti sew tagħna, bħall-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna, u permezz tal-kuntatti bilaterali tagħna. (at)

Politika industrijali: is-sostenibbiltà trid timxi id f’id mal-kompetittività u l-awtonomija strateġika

Jeħtieġ li l-UE tivvaluta mill-ġdid il-prijoritajiet tal-politika industrijali tagħha fid-dawl tal-pandemija u l-kunflitt fil-fruntiera tal-Lvant tal-Ewropa. Dan huwa l-messaġġ li ħareġ mill-konferenza dwar “Futur sostenibbli għall-industrija Ewropea” ospitata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-4 ta’ Marzu 2022, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Read more in all languages

Jeħtieġ li l-UE tivvaluta mill-ġdid il-prijoritajiet tal-politika industrijali tagħha fid-dawl tal-pandemija u l-kunflitt fil-fruntiera tal-Lvant tal-Ewropa. Dan huwa l-messaġġ li ħareġ mill-konferenza dwar “Futur sostenibbli għall-industrija Ewropea” ospitata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-4 ta’ Marzu 2022, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Waqt li fetħet il-Konferenza, il-President tal-KESE, Christa Schweng, enfasizzat il-ħtieġa għal approċċ kooperattiv għat-tfassil tal-politika industrijali tal-UE: “Irridu naħdmu fi sħubija mal-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi, u l-imsieħba soċjali meta nibnu futur sostenibbli għall-industrija tal-UE. F’dan il-proċess, ma rridu nħallu lil ħadd jibqa’ lura”.

Filwaqt li l-UE għadha qed tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, l-avvenimenti drammatiċi fl-Ukrajna xokkjaw il-kontinent. Il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, Margrethe Vestager, qalet li “l-industriji tal-Ewropa jridu jnaqqsu d-dipendenza unilaterali fuq l-oħrajn. Irridu inħarsu wkoll is-Suq Uniku minn influwenza esterna, kemm jekk fil-forma ta’ sussidji barranin distorsivi jew tentattivi ta’ koerċizzjoni minn gvernijiet barranin.”

Il-parti l-kbira tal-kelliema raw il-kunflitt bħala argument qawwi ieħor biex ikomplu jinsistu favur objettivi ekoloġiċi, għalkemm xi wħud ħassew li ċ-ċirkostanzi jiddettaw li l-għanijiet ekoloġiċi tagħna jerġgħu jiġu kkunsidrati, u saħansitra pprevedew ritorn għall-faħam fl-Ewropa. “Fatturi emerġenti ġodda, bħall-inflazzjoni, id-dejn, id-difiża, u l-enerġija, qed ibiddlu kompletament l-istrateġija industrijali li għandna bżonn insegwu. L-awtonomija strateġika u d-difiża għandhom ikunu l-imperattiv il-ġdid tagħna,” ħeġġeġ l-MEP Carlo Calenda.

Thomas Courbe, Direttur Ġenerali għall-Intrapriża fil-Ministeru Franċiż tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Irkupru, jemmen ukoll li t-tranżizzjoni lejn enerġija sostenibbli tirrappreżenta opportunità biex nimmodernizzaw il-pedament industrijali tal-Ewropa. It-tranżizzjoni doppja trid trawwem kundizzjonijiet ġusti, inklużi dawk soċjali, għall-ħolqien tal-impjiegi, f’konformità mal-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. “L-għan għandu jkun li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bl-inqas spiża soċjoekonomika possibbli,” żiedet tgħid Sandra Parthie, relatur tal-KESE dwar < style="color:blue">Aġġornament tal-istrateġija industrijali l-ġdida.

Fl-aħħar nett, Thierry Breton, il-Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern, tenna li fi żminijiet ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jikbru, huwa essenzjali li nħeġġu l-iżvilupp ta’ viżjoni koeżiva tal-Unjoni Ewropea u l-industriji tagħha. (gb/dm)

L-aggressjoni li qed tiżvolġi kontra l-Ukrajna tenfasizza l-ħtieġa għal tisħiħ ulterjuri tal-proġett tal-UE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) organizza konferenza bit-titolu Insawru l-Ewropa flimkien L-għan ta’ din il-konferenza, organizzata fid-dawl tal-konklużjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, kien li tikkonkludi l-ħidma li saret s’issa mill-Kumitat u tiddiskuti s-sitwazzjoni attwali, l-isfidi li ġejjin u l-ambizzjonijiet għall-futur.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) organizza konferenza bit-titolu Insawru l-Ewropa flimkien L-għan ta’ din il-konferenza, organizzata fid-dawl tal-konklużjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, kien li tikkonkludi l-ħidma li saret s’issa mill-Kumitat u tiddiskuti s-sitwazzjoni attwali, l-isfidi li ġejjin u l-ambizzjonijiet għall-futur.

Il-President tal-KESE Christa Schweng fetħet id-dibattitu billi għamlet referenza għall-iżviluppi storiċi reċenti fl-Ukrajna u wieġbet għall-mistoqsija li saret fil-bidu dwar jekk huwiex il-mument opportun biex jiġi diskuss il-futur tal-Ewropa.

“L-aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-poplu tagħha turi l-ħtieġa urġenti għal tisħiħ ulterjuri tal-proġett Ewropew u tal-valuri fundamentali tal-Ewropa, bħall-paċi, il-libertà u d-demokrazija”, qalet is-Sinjura Schweng.

Hija enfasizzat l-importanza ta’ dan l-avveniment bħala okkażjoni biex nirriflettu dwar is-sitwazzjoni attwali u nevalwaw dak li seħħ f’dawn l-aħħar xhur.

Il-KESE wettaq inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex jiggarantixxi rappreżentanza ġusta, jinvolvi lil min iħaddem, lill-ħaddiema u lis-soċjetà ċivili organizzata kollha, u jwassal il-fehmiet tagħhom lill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-Kumitat adotta riżoluzzjoni dwar in-narattiva ġdida għall-Ewropa u ppubblika diversi ideat fuq il-pjattaforma online tal-Konferenza. 

Fid-diskors tal-għeluq, Clément Beaune, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropew fi ħdan il-Ministeru Franċiż għall-Affarijiet Ewropej u Barranin, qal: “Biex nimplimentaw il-proposti taċ-ċittadini jeħtieġ li jkollna dibattiti u deċiżjonijiet istituzzjonali, u l-KESE se jaġixxi bħala l-gwardjan biex jiżgura li dawn jissodisfaw l-aspettativi tagħkom”.

Il-KESE kellu rwol ferm attiv fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa permezz tal-grupp ad hoc tiegħu, bħala osservatur tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza, u bħala membru tal-plenarja. (ks)

Jeħtieġ li nimxu flimkien f’din it-triq twila lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Il-Konferenza dwar in-Nisa fis-Suq tax-Xogħol organizzata mill-KESE biex ifakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa saret fit-8 ta’ Marzu fid-dell tal-gwerra. Il-parteċipanti sellmu lin-nisa Ukreni rimarkabbli għas-saħħa, il-qlubija u r-reżiljenza tagħhom.

Read more in all languages

Il-Konferenza dwar in-Nisa fis-Suq tax-Xogħol organizzata mill-KESE biex ifakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa saret fit-8 ta’ Marzu fid-dell tal-gwerra. Il-parteċipanti sellmu lin-nisa Ukreni rimarkabbli għas-saħħa, il-qlubija u r-reżiljenza tagħhom.

Fid-diskors inawgurali tagħha, il-President tal-KESE Christa Schweng irreferiet għan-nisa u l-bniet Ukreni li qegħdin jiġu kostretti jitilqu minn pajjiżhom u dan jitfagħhom f’riskju ogħla ta’ vjolenza.

Bl-istess ħsieb, il-President tal-Grupp ad hoc dwar l-Ugwaljanza u membru tal-KESE, Maria Nikolopoulou, enfasizzat: “In-nisa, l-ommijiet, il-konjuġi jinsabu mwaħħlin f’żona ta’ gwerra, ħafna mnnhom qegħdin isiru suldati huma stess, oħrajn qegħdin jippruvaw jaħarbu mill-atroċitajiet tal-attakki. Nagħqdu leħinna mas-soċjetajiet ċivili li qegħdin jappellaw biex il-gwerra tieqaf, fil-pajjiżi kollha”.

Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet twessa’ d-disparità bejn il-ġeneri fl-impjiegi u kkontribwixxiet ukoll għal żieda fil-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol.

Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, ħabbret li l-Kummissjoni Ewropea ser tippreżenta proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika li għandha tkun vinkolanti fl-Istati Membri kollha.

Fir-rigward tas-settur tal-intelliġenza artifiċjali, in-nisa jikkostitwixxu biss 16 % tal-forza tax-xogħol, u dan ifisser li 84 % tal-irġiel jieħdu d-deċiżjonijiet kollha u t-tmexxija. “Jekk in-nisa jkunu assenti minn dawn is-setturi, dan ifisser li d-dinja l-ġdida kollha tagħna ser tissawwar mill-irġiel, bil-preġudizzju possibbli tagħhom”, qalet is-Sinjura Schweng.  (at)

EU organic awards

L-Ewwel Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika

Din is-sena 2022, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jorganizza b’mod konġunt l-ewwel Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika mal-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), COPA-COGECA u IFOAM Organics Europe, bil-għan li tiġi rikonoxxuta l-eċċellenza u jiġu ppremjati l-aħjar u l-aktar atturi innovattivi fil-katina tal-valur tal-produzzjoni organika tal-UE.

Read more in all languages

Din is-sena 2022, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jorganizza b’mod konġunt l-ewwel Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika mal-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), COPA-COGECA u IFOAM Organics Europe, bil-għan li tiġi rikonoxxuta l-eċċellenza u jiġu ppremjati l-aħjar u l-aktar atturi innovattivi fil-katina tal-valur tal-produzzjoni organika tal-UE.

Il-premjijiet #EUOrganic jinkludu 7 kategoriji u 8 premjijiet għall-aħjar produzzjoni organika:

  1. bidwi (femminil u maskil)
  2. reġjun
  3. belt
  4. bijodistrett
  5. intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju
  6. bejjiegħ bl-imnut
  7. ristorant

Il-KESE, li ilu snin jirrakkomanda politika dwar l-ikel aktar sostenibbli u komprensiva fl-UE, se jkun responsabbli għal tliet premjijiet: l-aħjar SME organika, l-aħjar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel organiku, u l-aħjar ristorant organiku. Il-formola ta’ applikazzjoni hija disponibbli hawnhekk. 

L-applikazzjonijiet online se jkunu miftuħa mill-25 ta’ Marzu sat-8 ta’ Ġunju 2022, u se jkunu disponibbli hawnhekk.

Se tiġi organizzata ċerimonja fil-Jum Organiku tal-UE fit-23 ta’ Settembru 2022, fejn ir-rebbieħa se jippreżentaw il-proġetti innovattivi tagħhom u jingħataw rikonoxximent mhux finanzjarju.

Sfond

Il-Kummissjoni ddefiniet mira ta’ 25 % tal-art agrikola tal-UE taħt biedja organika sal-2030. B’appoġġ għal dik il-mira, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp tal-Produzzjoni Organika f’Marzu 2021. Dan il-pjan ta’ azzjoni huwa bbażat fuq il-kunċett li, sabiex jiġu stimulati l-produzzjoni organika u l-konsum tal-prodotti organiċi, huwa kruċjali li l-pubbliku jsir aktar konxju tal-karatteristiċi u l-benefiċċji tagħhom. Għalhekk, il-pjan ta’ azzjoni jinkludi premjijiet annwali bħala waħda mill-istrateġiji biex jintlaħaq dan l-għan. (mr)

Plenarja tal-KESE: l-akbar theddida għat-tranżizzjoni klimatika hija li nibqgħu nistennew sakemm ikun tard wisq

Fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-24 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ippreżenta l-Opinjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %”: Nilħqu l-mira klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika. Il-KESE ressaq proposti konkreti biex jgħin ħalli jitħaffef il-pass tat-tranżizzjoni tal-enerġija, sabiex l-UE tkun tista’ tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030.

Read more in all languages

Fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-24 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ippreżenta l-Opinjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %”: Nilħqu l-mira klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika. Il-KESE ressaq proposti konkreti biex jgħin ħalli jitħaffef il-pass tat-tranżizzjoni tal-enerġija, sabiex l-UE tkun tista’ tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030.

It-tilħiq tal-miri riveduti tal-2030, kif propost fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, se jkollu impatt mhux uniformi fuq ir-reġjuni, il-komunitajiet u l-individwi madwar l-Ewropa.

Sabiex jiġi indirizzat dan it-tħassib, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea twettaq immappjar granulari tal-impatt li t-tranżizzjoni se jkollha fuq l-impjieg u l-ħiliet fil-pajjiżi, ir-reġjuni u s-setturi differenti, inkluż fuq is-sottokuntratturi u l-ktajjen tal-valur downstream.

Jeħtieġ li nibdew mudell li jirriżulta f’ekonomija prospera, sostenibbli u kompetittiva. B’hekk, il-KESE qed jirrakkomanda li l-proposti leġiżlattivi kollha mressqa fil-qafas tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-kompetittività sabiex l-implikazzjonijiet sħaħ fuq l-intrapriżi jkunu mifhuma sew.

L-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet ewlenin tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti x’jaqdu u jridu jkunu involuti kemm fil-fażijiet tal-ippjanar kif ukoll f’dawk tal-implimentazzjoni tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”.

Għaldaqstant, “il-KESE jappoġġja l-istabbiliment tal-‘Kummissjonijiet ta’ Tranżizzjoni Ġusta’ tripartitiċi biex jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali, lill-imsieħba soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali u reġjonali ta’ tranżizzjoni ġusta”, enfasizza s-Sur Lohan.

L-indirizzar tat-tibdil fil-klima se jkollu implikazzjonijiet finanzjarji, soċjali u ambjentali enormi. “Din hija r-raġuni għaliex jeħtieġ li niżguraw li l-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” ikun pass importanti, aktar milli ostaklu, lejn ekonomija Ewropea newtrali f’termini ta’ emissjonijiet netti sal-2050,” indika s-Sur Mallia. (mr)

 

Il-miżuri għall-ġlieda kontra l-pandemija huma eċċezzjonali u ma jridux ikunu għad-detriment tal-valuri kondiviżi tal-UE

Miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi f’ċirkostanzi straordinarji għandhom dejjem ikunu strettament proporzjonati, limitati b’mod ċar fiż-żmien u sorveljati mill-qrib. Huma u jindirizzaw il-plenarja tal-KESE fit-23 ta’ Frar 2022, Christa Schweng, il-President tal-KESE u Věra Jourová, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza, ħadu pożizzjoni soda.

Read more in all languages

Miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi f’ċirkostanzi straordinarji għandhom dejjem ikunu strettament proporzjonati, limitati b’mod ċar fiż-żmien u sorveljati mill-qrib. Huma u jindirizzaw il-plenarja tal-KESE fit-23 ta’ Frar 2022, Christa Schweng, il-President tal-KESE u Věra Jourová, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza, ħadu pożizzjoni soda.

B’referenza għall-kriżi tal-COVID-19 u l-istat ta’ emerġenza ddikjarat minn ħafna Stati Membri tal-UE biex jipproteġu s-saħħa pubblika, li rriżultaw f’restrizzjonijiet fuq diversi drittijiet u libertajiet fundamentali, is-Sinjura Schweng qalet: “Il-pandemija hija test tal-istress għas-soċjetajiet tagħna u għad-demokraziji tagħna. Mill-perspettiva tad-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, il-KESE ħass li kien essenzjali li s-sitwazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib. Aħna smajna b’mod partikolari lill-atturi tas-soċjetà ċivili rigward il-konsegwenzi, l-isfidi u l-istrateġiji ta’ ħruġ relatati mal-kriżi. Jeħtieġ li l-UE toħroġ mill-kriżi tal-COVID-19 u ssaħħaħ il-valuri komuni tagħha.”

Is-Sinjura Jourová enfasizzat li l-pandemija tal-COVID-19 uriet bil-qawwa kemm id-drittijiet fundamentali u l-valuri demokratiċi tagħna kienu vitali għall-ħajja tagħna ta’ kuljum u kif dawn ma setgħux jittieħdu bħala fatt: “Tagħlima importanti mill-kriżi tas-saħħa kienet li l-miżuri meħtieġa għall-ġlieda kontra l-pandemija m’għandhomx jittieħdu għad-detriment tal-protezzjoni tal-valuri demokratiċi u d-drittijiet fundamentali. Jeħtieġ li nkunu viġilanti u niddefendu d-drittijiet fundamentali u l-valuri komuni tagħna, li għandhom ikunu ċentrali għar-rispons tagħna għall-COVID-19.”

Il-pożizzjoni tal-KESE dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt madwar l-UE u l-futur tad-demokrazija ġiet deskritta fl-Opinjoni ppreżentata mill-Grupp dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt tal-KESE, abbozzata minn José Antonio Moreno Díaz u Cristian Pîrvulescu. Fid-dokument, adottat mill-plenarja, il-Kumitat jirrimarka li l-miżuri speċjali biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19 għandhom jibqgħu eċċezzjonali u limitati fiż-żmien, u m’għandhomx imorru kontra l-istat tad-dritt jew jipperikolaw id-demokrazija, is-separazzjoni tas-setgħat u d-drittijiet fundamentali tal-abitanti Ewropej. (mp)

It-tranżizzjoni ekoloġika fit-trasport bl-ilma trid tqis is-saħħa tan-nies

L-ekoloġizzazzjoni tat-trasport marittimu u fl-ilmijiet navigabbli interni trid tqis is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjonijiet li jgħixu qrib il-kanali tan-navigazzjoni jew il-portijiet. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tal-Opinjoni tal-KESE li tfasslet minn Pierre Jean Coulon, u li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Frar tal-Kumitat.

Read more in all languages

L-ekoloġizzazzjoni tat-trasport marittimu u fl-ilmijiet navigabbli interni trid tqis is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjonijiet li jgħixu qrib il-kanali tan-navigazzjoni jew il-portijiet. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tal-Opinjoni tal-KESE li tfasslet minn Pierre Jean Coulon, u li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Frar tal-Kumitat.

Fl-Opinjoni, il-KESE jindirizza d-dimensjoni soċjali tal-kwistjonijiet marbuta mat-trasport marittimu lokali u reġjonali, u jagħmel rakkomandazzjonijiet li huma essenzjali għat-tisħiħ fil-futur tal-ekonomija l-blu, u li jikkomplementaw il-konklużjonijiet taż-żewġ Opinjonijiet li ġew adottati reċentement: FuelEU Maritime (TEN/751) u NAIADES III (TEN/752).

Waqt li kien qed jitkellem mill-marġni tas-sessjoni plenarja, is-Sur Coulon qal: “Neħtieġu approċċ innovattiv u sostenibbli li jikkombina l-objettivi ekoloġiċi u tas-saħħa. Fit-trasport marittimu, hemm bżonn ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha fir-raggruppament u l-katina tal-provvista biex jintlaħaq l-għan aħħari. Hija meħtieġa wkoll kooperazzjoni mill-qrib biex jiġu żgurati l-benefiċċji evidenti tal-ħolqien ta’ terminals intermodali, li jippermettu l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet u jikkontribwixxu għal kwalità tal-ħajja aħjar”.

It-trasport marittimu jammonta għal madwar 75% tat-trasport tal-merkanzija fl-UE. Għalhekk huwa ferm importanti li jinstab bilanċ bejn l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali permezz ta’ approċċ integrat. L-awtoritajiet tal-port u l-partijiet interessati fis-settur tat-trasport għandhom jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiġu kkunsidrati mill-ġdid ir-rabtiet bejn il-bliet, il-portijiet u l-modi ta’ trasport.

Tħassib ieħor li jeħtieġ li jiġi indirizzat huwa it-taħriġ tal-persunal, il-prospetti ta’ impjieg, it-trattament inugwali bejn l-irġiel u n-nisa, u l-bidliet profondi li ġabu magħhom id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi. (mp)

 

Il-KESE jgħid li l-UE teħtieġ li tibdel għal qafas ekonomiku orjentat lejn il-prosperità

Il-KESE u d-DĠ ECFIN organizzaw konferenza online dwar il-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE bħala parti mid-dibattitu pubbliku relatat. L-avveniment kellu l-għan li jinvolvi lis-soċjetà ċivili bil-ħsieb li jinbena kunsens dwar il-futur tal-qafas ta’ governanza ekonomika.

Read more in all languages

Il-KESE u d-DĠ ECFIN organizzaw konferenza online dwar il-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE bħala parti mid-dibattitu pubbliku relatat. L-avveniment kellu l-għan li jinvolvi lis-soċjetà ċivili bil-ħsieb li jinbena kunsens dwar il-futur tal-qafas ta’ governanza ekonomika.

Il-President tal-KESE Christa Schweng fetħet billi ddikjarat li “minflok ritorn għan-normal, aħna nirrakkomandaw bidla għal qafas ta’ governanza ekonomika rivedut u bilanċjat mill-ġdid orjentat lejn il-prosperità.” Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li jiġu involuti l-partijiet interessati ewlenin kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Imbagħad segwa l-Kummissarju għall-Ekonomija, Paolo Gentiloni, li ddikjara li “il-bini ta’ kunsens fil-ħin għall-2023 mhux se jkun biċċa xogħol faċli, iżda rridu naħtfu din l-opportunità unika biex nallinjaw ir-regoli fiskali tagħna mal-ambizzjoni tagħna għal tkabbir b’saħħtu, sostenibbli u inklużiv fl-Ewropa”. Il-Membru tal-Parlament Ewropew Margarida Marques imbagħad ippreżentat ir-rapport tal-PE dwar ir-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku, u kienet segwita minn diskussjoni tal-panel. L-aħħar parti kienet iddedikata għal kif qafas ta’ governanza ekonomika mġedded jista’ jsolvi l-isfida tad-diskrepanza fl-investiment sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni doppja. Ir-relatur tal-KESE Dominika Biegon ippreżentat l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tagħha dwar “Riforma tal-qafas fiskali tal-Unjoni Ewropea għal irkupru sostenibbli u tranżizzjoni ġusta”. (tk)

Direttur ġdid tal-KESE għall-Komunikazzjoni u r-Relazzjonijiet Interistituzzjonali

Alexander Kleinig huwa d-Direttur il-ġdid tal-KESE għall-Komunikazzjoni u r-Relazzjonijiet Interistituzzjonali. Is-Sur Kleinig beda l-karriera tiegħu fil-Parlament Ewropew fl-1996 bħala amministratur tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Fl-2005 ingħaqad mad-DĠ COMM tal-Parlament Ewropew bħala direttur ta’ proġett għaċ-ċentru tal-viżitaturi, fejn ħa ħsieb it-tnedija u l-ġestjoni tal-Parlamentarium bejn l-2011 u l-2018.

“Ninsab impressjonat bil-livell ta’ kwalità tad-dibattiti u l-professjonaliżmu tal-persunal tal-Kumitat. Kull fejn immur qed niltaqa’ ma’ kollegi li huma impenjati, kburin b’xogħolhom u entużjasti. Jiena wkoll emozzjonat b’mod sinċier mill-merħba amikevoli li rċevejt mill-persunal tad-Direttorat D. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-predeċessur tiegħi, is-Sinjura Eleonora Di Nicolantonio, li ħadet ħsieb tant tajjeb tal-ġestjoni tad-direttorat fil-passat.”

Read more in all languages

Alexander Kleinig huwa d-Direttur il-ġdid tal-KESE għall-Komunikazzjoni u r-Relazzjonijiet Interistituzzjonali. Is-Sur Kleinig beda l-karriera tiegħu fil-Parlament Ewropew fl-1996 bħala amministratur tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Fl-2005 ingħaqad mad-DĠ COMM tal-Parlament Ewropew bħala direttur ta’ proġett għaċ-ċentru tal-viżitaturi, fejn ħa ħsieb it-tnedija u l-ġestjoni tal-Parlamentarium bejn l-2011 u l-2018.

“Ninsab impressjonat bil-livell ta’ kwalità tad-dibattiti u l-professjonaliżmu tal-persunal tal-Kumitat. Kull fejn immur qed niltaqa’ ma’ kollegi li huma impenjati, kburin b’xogħolhom u entużjasti. Jiena wkoll emozzjonat b’mod sinċier mill-merħba amikevoli li rċevejt mill-persunal tad-Direttorat D. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-predeċessur tiegħi, is-Sinjura Eleonora Di Nicolantonio, li ħadet ħsieb tant tajjeb tal-ġestjoni tad-direttorat fil-passat.”

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-qawmien ta’ Ewropa ġdida

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

“Inkunu reqdin sakemm insiru nħobbu!” Leo Tolstoy jikteb dan b’mod brillanti fil-kapulavur etern tiegħu “Il-Gwerra u l-Paċi”.

Vladimir Putin messu qara bejn il-linji ta’ xogħol il-kompatrijott tiegħu biex jifhem li l-Ewropa jaf kienet rieqda meta r-Russja annessat il-Krimea, iżda li kontinent magħqud li esperjenza żewġ gwerer dinjija fuq artu ma setgħax jibqa’ rieqed għal dejjem.

Read more in all languages

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

“Inkunu reqdin sakemm insiru nħobbu!” Leo Tolstoy jikteb dan b’mod brillanti fil-kapulavur etern tiegħu “Il-Gwerra u l-Paċi”.

Vladimir Putin messu qara xogħol il-kompatrijott tiegħu biex jifhem li l-Ewropa jaf kienet rieqda meta r-Russja annessat il-Krimea, iżda li kontinent magħqud li esperjenza żewġ gwerer dinjija fuq artu ma setgħax jibqa’ rieqed għal dejjem.

U hekk ġara: l-Ewropa saret tħobb lill-Ukrajna u stenbħet. Dawn l-aħħar ġranet rajna kontinet li beda jsir iħobb pajjiż li qed jiġġieled kontra l-aggressjoni, jiġġieled għall-awtodeterminazzjoni, il-libertà u l-valuri demokratiċi tiegħu.

Eżatt wara l-bidu tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, l-UE għaddiet miżuri li kienu inkonċepibbli ftit xhur ilu. Il-gwerra fl-Ukrajna qed toħroġ fid-dieher l-umanità tal-UE u taċ-ċittadini tagħha, li qed ipoġġu l-libertà u l-paċi qabel l-interessi u l-kummerċ.

Mal-ħakka t’għajn, l-UE adottat l-akbar pakkett ta’ sanzjonijiet fl-istorja tal-Unjoni, li jolqot lis-sistema finanzjarja tar-Russja, l-industriji ta’ teknoloġija avvanzata u l-elit korrott tagħha. Dawn is-sanzjonijiet se jkollhom impatt qawwi fuq l-ekonomija Russa u fuq il-Kremlin. Se jkunu ta’ spiża wkoll għall-ekonomija Ewropea.

Il-qawmien tal-Ewropa jidher fl-ispettru politiku kollu. Jekk l-Ewropa trid tkompli tgħix fil-paċi, fl-aħħar trid tibni politika barranija b’saħħitha u politika ta’ difiża komuni. It-tabù għeb hekk kif erġajna rajna l-gwerra fil-kontinent tagħna.

L-UE kellha terġa’ tiskopri x-xewqa tagħha għall-paċi biex tkompli tibni l-viżjoni tagħha. Putin, aktar milli qasam l-Ewropa, għaqqadna lkoll fit-triq lejn din il-missjoni.

Aqra l-artikolu kollu f’https://timesofmalta.com/articles/view/the-awakening-of-a-new-europe-stefano-mallia.938838 (dv/kr)

 

Jum Internazzjonali tan-Nisa 2022

Minn Maria Nikolopoulou, membru tal-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-kommemorazzjoni ta’ din is-sena tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa ġiet affettwata mill-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna. Iż-żewġ avvenimenti jagħmluha ċara li d-drittijiet tan-nisa jisfaxxaw fi żminijiet ta’ instabbiltà politika, soċjali u ekonomika.

Read more in all languages

Minn Maria Nikolopoulou, membru tal-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-kommemorazzjoni ta’ din is-sena tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa ġiet affettwata mill-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna. Iż-żewġ avvenimenti jagħmluha ċara li d-drittijiet tan-nisa jisfaxxaw fi żminijiet ta’ instabbiltà politika, soċjali u ekonomika.

Rajna li l-ħaddiema nisa sofrew aktar minħabba t-telf tal-impjiegi tagħhom waqt il-pandemija, u minħabba li, waqt it-telexogħol, ma ġewx affettwati bl-istess mod bħall-irġiel rigward il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, u l-vjolenza domestika żdiedet waqt il-lockdowns. L-inugwaljanzi strutturali ta’ qabel il-pandemija ġew aggravati.

Il-gwerra tibdel il-prijoritajiet u l-ġlieda għas-sopravivenza għandha tiġi l-ewwel. In-nisa fir-rwoli differenti tagħhom – ommijiet, persuni li jindukraw lil oħrajn, ħaddiema, ġellieda, refuġjati – se jkunu qed isofru kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament, u l-unika għażla tagħhom hija li jirreżistu u jimxu ’l quddiem.

Il-moviment tat-Trade Unions u l-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE huma lesti u fid-dmir li juru solidarjetà man-nisa kollha li s-sopravivenza u d-drittijiet tagħhom jinsabu taħt attakk bħalissa. Nisa minn kull rokna tad-dinja, ingħaqdu biex nerġgħu nistabbilixxu l-paċi u nibnu futur ġust u prosperu għal kulħadd!  

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-UE27 jappellaw għal azzjoni klimatika immedjata mmexxija taħt il-patroċinju tagħhom

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

F’konferenza ġewwa Pariġi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn madwar l-Ewropa appellaw għal tranżizzjoni klimatika u tal-enerġija ġusta u inklużiva, li tinvolvi liċ-ċittadini, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, b’mod partikolari, liż-żgħażagħ.

Read more in all languages

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

F’konferenza ġewwa Pariġi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn madwar l-Ewropa appellaw għal tranżizzjoni klimatika u tal-enerġija ġusta u inklużiva, li tinvolvi liċ-ċittadini, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, b’mod partikolari, liż-żgħażagħ.

Huma jikkunsidraw li d-djalogu, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni f’kull livell huma prerekwiżit għas-suċċess, flimkien ma’ investiment kbir fit-tħejjija ta’ pjani ta’ emerġenza u fl-adattament għat-tibdil fil-klima u għat-tranizzjoni tal-enerġija. Għandhom jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji sostenibbli, sostnuti minn impenji b’saħħithom mill-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini, u jeħtieġ li jiżdiedu wkoll l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġonevoli, imrawma domestikament u l-konsum effiċjenti.

Il-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE ospita l-konferenza ibrida dwar “It-Tibdil fil-Klima u t-Tranżizzjoni tal-Enerġija” fit-2 ta’ Marzu li saret fl-Académie du Climat. L-avveniment indirizza l-aspetti multidimensjonali u interrelatati tas-suġġett, inklużi d-dimensjonijiet soċjali u ġeopolitiċi, ir-rwol tar-reklamar u l-attitudnijiet taċ-ċittadini, kif ukoll l-azzjonijiet lokali, nazzjonali u Ewropej.  

Séamus Boland, President tal-Grupp Diversità Ewropa, fetaħ il-konferenza billi enfasizza l-urġenza ta’ azzjoni immedjata u effiċjenti dwar it-tibdil fil-klima u t-tranizzjoni tal-enerġija, anke fid-dawl tar-rapport tal-Grupp IPCC fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima, li ġie ippreżentat fil-marġini tal-konferenza. “It-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni tal-enerġija huma suġġetti urġenti u li jikkonċernawna lkoll. Bħall-paċi, dan jinvolvi l-futur komuni tagħna. Jinvolvi wkoll il-valuri u l-umanità tagħna. U għal din ir-raġuni, għandna bżonn nindirizzaw dawn is-suġġetti, anke f’dan il-perjodu ta’ kriżi,” huwa qal.

Is-Sur Boland enfasizza r-rwol ewlieni tas-soċjetà ċivili biex tixpruna u żżomm il-momentum fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih fost il-komunitajiet u ċ-ċittadini. Huwa enfasizza li ...

Aktar qari: l-istqarrija għall-istampa sħiħa dwar il-konferenza tal-Grupp Diversità Ewropa hija disponibbli hawnhekk: L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-UE27 jappellaw għal azzjoni klimatika immedjata mmexxija taħt il-patroċinju tagħhom | Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (europa.eu)

Ara l-preżentazzjonijiet tal-kelliema mistiedna u r-ritratti hawnhekk: It-Tibdil fil-Klima u t-Tranżizzjoni tal-Enerġija | Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (europa.eu)

Soon in the EESC/Cultural events

L-avvenimenti kulturali tal-KESE

Il-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari (ECESP) 2022 u l-Jum Internazzjonali tan-Nisa ġew iċċelebrati permezz ta’ espressjonijiet kulturali differenti.

Read more in all languages

Il-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari (ECESP) 2022 u l-Jum Internazzjonali tan-Nisa ġew iċċelebrati permezz ta’ espressjonijiet kulturali differenti.

Fit-2 ta’ Marzu ġie organizzat avveniment mużikali mit-trio internazzjonali tal-perkussjoni TrashBeatz, grupp mużikali li joħloq mużika biż-żibel. Is-slogan tagħhom “riduzzjoni, riużu u riċiklaġġ taż-żibel tiegħek” qabel perfettament mas-suġġett tal-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari ta’ din is-sena. Jekk tlift dan l-avveniment xorta tista’ tarah online.

Il-KESE ospita spettaklu artistiku bl-isem “...għax jien mara?” mill-artista żagħżugħa Pollakka ta’ talent, Patrycja Alenkuć. Il-filmat kien fih spettaklu ta’ żfin ikkumplimentat mir-rakkontar tal-istejjer. Il-kunċett kien iffukat fuq l-enfasi ta’ kif in-nisa huma reżiljenti minkejja li ma ngħatawx biżżejjed appoġġ irrispettivament mill-età, il-klassi, il-pajjiż li jgħixu fih, il-professjoni tagħhom jew fatturi oħra. “... għax jien mara?” kien wieħed mill-punti ewlenin tal-Konferenza dwar in-Nisa fis-Suq tax-Xogħol, tal-KESE, bil-filmat li wassal l-avvenimenti tal-ġurnata għal konklużjoni artistika. (ck)

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2022!

L-avveniment taż-żgħażagħ ‘L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2022!’ se jsir kompletament online fil-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2022. “Il-verità dwar il-gideb. Iż-żgħażagħ kontra l-isfida tad-diżinformazzjoni” huwa s-suġġett li l-istudenti tal-iskola se jiddibattu dwaru.

Read more in all languages

L-avveniment taż-żgħażagħ ‘L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2022!’ se jsir kompletament mill-bogħod fil-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2022. “Il-verità dwar il-gideb. Iż-żgħażagħ kontra l-isfida tad-diżinformazzjoni” huwa s-suġġett li l-istudenti tal-iskola se jiddibattu dwaru.

Iż-żjarat mill-membri tal-KESE f’għadd ta’ skejjel nazzjonali magħżulin xorta se jsiru fil-25 ta’ Marzu. Sadattant, l-istudenti qed jistennew bil-ħerqa li jipparteċipaw fil-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April. Il-Viċi President Eżekuttiv u Kummissarju Jourova se tindirizza lid-99 student matul is-sessjoni tal-għeluq tal-plenarja taż-żgħażagħ biex tilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-assemblea taż-żgħażagħ u tirreaġixxi għat-talbiet ta’ politika. Tinsewx issegwu l-kontijiet tal-media soċjali tal-avveniment ‘L-Ewropa Tiegħek, Leħnek’ biex tiksbu aktar feedback billi tagħfsu l-link: https://www.facebook.com/youreuropeyoursay.

Il-programm huwa disponibbli online. (ck)

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma


Amalia Tsoumani (at)
Chrysanthi Kokkini (ck)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Jasmin Kloetzing (jk)
Karen Serafini (ks)
Katharina Radler (kr)
Katerina Serifi (ks)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

 

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Katerina Serifi (ks)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
 

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

March 2022
04/2022

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram