European Economic
and Social Committee
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-UE27 jappellaw għal azzjoni klimatika immedjata mmexxija taħt il-patroċinju tagħhom
Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE
F’konferenza ġewwa Pariġi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn madwar l-Ewropa appellaw għal tranżizzjoni klimatika u tal-enerġija ġusta u inklużiva, li tinvolvi liċ-ċittadini, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, b’mod partikolari, liż-żgħażagħ.
Huma jikkunsidraw li d-djalogu, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni f’kull livell huma prerekwiżit għas-suċċess, flimkien ma’ investiment kbir fit-tħejjija ta’ pjani ta’ emerġenza u fl-adattament għat-tibdil fil-klima u għat-tranizzjoni tal-enerġija. Għandhom jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji sostenibbli, sostnuti minn impenji b’saħħithom mill-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini, u jeħtieġ li jiżdiedu wkoll l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġonevoli, imrawma domestikament u l-konsum effiċjenti.
Il-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE ospita l-konferenza ibrida dwar “It-Tibdil fil-Klima u t-Tranżizzjoni tal-Enerġija” fit-2 ta’ Marzu li saret fl-Académie du Climat. L-avveniment indirizza l-aspetti multidimensjonali u interrelatati tas-suġġett, inklużi d-dimensjonijiet soċjali u ġeopolitiċi, ir-rwol tar-reklamar u l-attitudnijiet taċ-ċittadini, kif ukoll l-azzjonijiet lokali, nazzjonali u Ewropej.
Séamus Boland, President tal-Grupp Diversità Ewropa, fetaħ il-konferenza billi enfasizza l-urġenza ta’ azzjoni immedjata u effiċjenti dwar it-tibdil fil-klima u t-tranizzjoni tal-enerġija, anke fid-dawl tar-rapport tal-Grupp IPCC fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima, li ġie ippreżentat fil-marġini tal-konferenza. “It-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni tal-enerġija huma suġġetti urġenti u li jikkonċernawna lkoll. Bħall-paċi, dan jinvolvi l-futur komuni tagħna. Jinvolvi wkoll il-valuri u l-umanità tagħna. U għal din ir-raġuni, għandna bżonn nindirizzaw dawn is-suġġetti, anke f’dan il-perjodu ta’ kriżi,” huwa qal.
Is-Sur Boland enfasizza r-rwol ewlieni tas-soċjetà ċivili biex tixpruna u żżomm il-momentum fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih fost il-komunitajiet u ċ-ċittadini. Huwa enfasizza li ...
Aktar qari: l-istqarrija għall-istampa sħiħa dwar il-konferenza tal-Grupp Diversità Ewropa hija disponibbli hawnhekk: L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-UE27 jappellaw għal azzjoni klimatika immedjata mmexxija taħt il-patroċinju tagħhom | Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (europa.eu)
Ara l-preżentazzjonijiet tal-kelliema mistiedna u r-ritratti hawnhekk: It-Tibdil fil-Klima u t-Tranżizzjoni tal-Enerġija | Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (europa.eu)