Il-kultura f’xandira diretta fl-ewwel edizzjoni tal-KESE ta’ Art Talk għal din is-sena

Nhar it-Tnejn, 25 ta’ Jannar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew organizza l-ewwel edizzjoni online ta’ Art Talk għat-tnedija virtwali tal-wirja online “Hand in Hand” minn Maria Reis Rocha.

Saret diskussjoni f’xandira diretta mal-Viċi President għall-Komunikazzjoni tal-KESE Cillian Lohan, mal-membru tal-KESE Gonçalo Lobo Xavier u mal-artista Portugiża tax-xogħlijiet artistiċi, li permezz tagħha l-ispettaturi setgħu jaqbdu “vjaġġ kulturali” u ġejna mħeġġin ilkoll nirriflettu dwar l-isfidi soċjali permezz ta’ illustrazzjonijiet maħduma b’ħila impressjonanti.

Ma lħaqtx rajtha? Segwiha minn hawn: EESC Cultural webinar - Meeting Maria Reis Rocha - YouTube

Il-wirja virtwali "Hand in Hand" ittellgħet taħt l-awspiċji tal-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-UE u baqgħet għaddejja online sal-15 ta’ Frar 2021.

Tista’ żżur il-gallerija online u tiskopri aktar dwar ix-xogħlijiet tal-artista fuq: https://europa.eu/!WX93Qu (ck)