Fir-rokna tagħna “Dritt għall-punt” nistaqsu lill-membri tal-KESE dwar opinjonijiet importanti tal-UE li għandhom impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum fl-UE.

Din id-darba se nagħtu l-kelma lil Stefan Back, relatur tal-Opinjoni dwar ir-reviżjoni tas-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, inklużi t-trasport marittimu u r-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.