Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

Għall-mandat il-ġdid, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipproponu l-indirizzar tal-isfidi immedjati u fit-tul, l-implimentazzjoni adegwata tal-politiki eżistenti tal-UE u t-tisħiħ tal-valuri tal-UE. Djalogu ċivili strutturat u aġenda soċjali b’saħħitha qegħdin ukoll fuq il-lista tal-prijoritajiet tagħhom.

Fis-16 ta’ April, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE organizza konferenza dwar Nibnu Flimkien l-UE Li Rridu. L-avveniment laqqa’ flimkien rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u Ewropew li ddiskutew il-prijoritajiet politiċi tagħhom bi tħejjija għall-elezzjonijiet li ġejjin għall-Parlament Ewropew u l-iffirmar tad-dikjarazzjoni interistituzzjonali La Hulpe dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Waqt il-ftuħ tal-konferenza, Séamus Boland, president tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, iddeplora l-fatt li ħafna politiċi minn partiti nazzjonali prinċipali ma jridux jiddiskutu l-UE mal-votanti. B’konsegwenza ta’ dan, il-votanti ma jifhmux għaliex l-UE hija meħtieġa u l-politika tal-UE mhux dejjem tirrifletti dak li huwa importanti għalihom. Dan wassal għal skonnessjoni perikoluża bejn il-pubbliku ġenerali u l-UE u jista’ jirriżulta f’ħafna nies jivvutaw għal partiti estremisti. “Dak li huwa meħtieġ b’mod urġenti issa huwa li l-politiċi nazzjonali u Ewropej jinvolvu ruħhom man-nies f’dibattitu miftuħ dwar il-problemi li qed tiffaċċja l-UE u dwar x’għandu jsir biex dawn jiġu solvuti. B’hekk biss nistgħu nipperswaduhom li l-UE hija għall-ħafna u li tibqa’ toħloq opportunitajiet għal kulħadd.”

Aqra u aqsam il-konclużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konferenza, li jiffukaw fuq:

  • Għaliex l-elezzjonijiet tal-2024 għall-Parlament Ewropew huma importanti: l-UE f’punt ta’ bidla
  • Nibnu flimkien l-UE li rridu: UE demokratika u inklużiva ta’ ġustizzja u protezzjoni soċjali
  • Nibnu flimkien l-UE li rridu: ekonomija sostenibbli bbażata fuq tranżizzjonijiet ġusti u impjiegi ta’ kwalità
  • It-tqegħid tas-soċjetà ċivili, iċ-ċittadini u ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-Ewropa ta’ għada

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ser jikkontribwixxu għal riżoluzzjoni tal-KESE bi proposti ta’ politika għall-Parlament Ewropew il-ġdid u l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, li għandha tiġi adottata f’Lulju 2024.

Skopri iktar fl-istqarrija għall-istampa dwar il-konferenza. 

Jekk tinteressak l-arti Belġjana, titlifx il-wirja Before our very eyes, miftuħa sat-28 ta’ Ġunju fl-Atrium 6 tal-bini tal-KESE Jacques Delors, Rue Belliard 99.

Jekk tinteressak l-arti Belġjana, titlifx il-wirja Before our very eyes, miftuħa sat-28 ta’ Ġunju fl-Atrium 6 tal-bini tal-KESE Jacques Delors, Rue Belliard 99.

Se tkun tista’ tammira x-xogħlijiet ta’ tliet artisti Belġjani ta’ talent: Luk Vander Plaetse, Hugues Legros u Thibault Choquel

Permezz tar-ritratti tagħhom, it-tliet artisti – fotografi, grafiċi u disinjaturi – juruna s-sbuħija tal-ħajja ta’ kuljum. Before our very eyes, tlissen poeżija umana selvaġġa u ġentili li fiha jitħalltu ġeneri u nies differenti”.

Il-wirja ġiet organizzata mill-membri Belġjani tal-KESE, bl-appoġġ ta’ tim ta’ koordinaturi, bħala parti mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE, li tasal fi tmiemha fl-1 ta’ Lulju 2024. L-organizzaturi jqisu l-presidenza bħala opportunità biex juru l-għarfien prattiku ta’ pajjiżhom u jippromovu l-kultura Belġjana fl-Ewropa u lil hinn minnha. (ll)

  • Nagħmlu l-elezzjonijiet Ewropej mudell ta’ votazzjoni aċċessibbli: din id-darba huwa tard wisq
  • It-tkabbir: l-għodda ta’ politika tal-UE l-aktar b’saħħitha u li l-aktar tirnexxi, minn Pat Cox
  • L-adeżjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq mal-UE: sfidi, wegħdiet u t-triq ’il quddiem
  • Jaroslaw Pietras: 20 sena mill-akbar tkabbir tal-UE
Grupp dwar l-Ugwaljanza
Reference number
19/2024

Id-demokrazija madwar id-dinja qed tiddgħajjef, id-diżinformazzjoni qed tinxtered dejjem iktar u ċ-ċittadini mhumiex kuntenti bl-inflazzjoni li qed tiżdied u t-theddida dejjem tikber tal-gwerra. F’dan ix-xenarju, il-votazzjoni għall-Parlament Ewropew il-ġdid hija ta’ importanza kbira.

Silta minn intervista mill-ġurnal tal-Federazzjoni tal-Intrapriżi Finlandiżi Yrittäjä mal-President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem Stefano Mallia

Qegħdin fuq l-għatba tal-elezzjonijiet Ewropej. F’Ġunju, iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE se jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament Ewropew, li se jkunu fil-poter għall-ħames snin li ġejjin. Meta Stefano Mallia, il-President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE, jiġi mistoqsi dwar l-akbar sfida li se jiffaċċjaw l-intraprendituri Ewropej fil-ħames snin li ġejjin, it-tweġiba tiġih minnufih.

– It-tranżizzjoni ekoloġika, huwa jgħid.

Skont Mallia, huwa importanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija u tkabbir aktar ambjentalment sostenibbli li jiġi żgurat li n-negozji jkunu jistgħu jirnexxu.

– It-tranżizzjoni ekoloġika trid titwettaq b’tali mod li n-negozji jkunu jistgħu jiġu stabbiliti u jikbru Meta n-negozji jmorru tajjeb, is-soċjetà kollha tmur tajjeb ukoll. In-negozji joħolqu l-impjiegi u jiġġeneraw dħul mit-taxxa għas-soċjetà.

Tnaqqis ta’ burokrazija

Wieħed mill-kompiti ewlenin tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE f’dawn l-aħħar snin kien li jgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv b’mod sinifikanti għan-negozji. Mallia jinnota li kien importanti għall-Kummissjoni li tifhem, fost affarijiet oħra, li l-obbligi estensivi ta’ rappurtar għall-SMEs għandhom jitneħħew.

– Kull meta tkun qed titfassal leġiżlazzjoni ġdida, huwa essenzjali li titqies il-kompetittività tan-negozju. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li n-negozju jkun jista’ jikber.

L-importanza tal-vot fl-elezzjonijiet Ewropej

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja l-isfidi u l-problemi tagħha stess, Mallia jemmen li l-UE kollha kemm hi kisbet ħafna.

– L-intraprendituri għandhom jivvutaw sabiex ikun hemm nies fil-Parlament li jipproteġu n-negozji u l-intraprendituri. Jekk ma tivvutax, tgħaddi s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet lil oħrajn. Il-vot fl-elezzjonijiet Ewropej jista’ jipprevjeni wkoll lill-estremisti milli jiksbu l-poter.

Aqra l-intervista sħiħa hawnhekk: https://www.yrittajat.fi/uutiset/eu-vaikuttaja-stefano-mallia-vihrea-siirtyma-toteutettava-niin-etta-samaan-aikaan-yrityksia-voidaan-perustaa-ja-ne-voivat-kasvaa/

Kważi xahrejn ’l bogħod mill-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, id-diżinformazzjoni qed issir ta’ importanza dejjem akbar fil-ħajja politika Ewropea minħabba l-influwenza ħażina li jista’ jkollha fuq ir-riżultati tal-elezzjoni.

Għal snin sħaħ il-konsegwenzi dannużi tad-diżinformazzjoni kienu kwistjoni ta’ tħassib għall-pubbliku inġenerali, u għall-politiċi b’mod partikolari. Is-soċjetà demokratika u l-istil ta’ ħajja kosmopolitan tagħna qed jiġu kontestati. Il-forzi tal-lemin estrem u forzi Ewropej estremisti oħra u reġimi awtokratiċi f’pajjiżi terzi qed isawru alleanzi biex iwettqu kampanji ta’ diżinformazzjoni li qed jimminaw il-proġett Ewropew, u qed jużaw il-media soċjali u l-algoritmi biex jagħmlu dan. Qed jużaw it-teknoloġija bħala l-għodda ewlenija tagħhom għal din il-kampanja malizzjuża.

Hija meħtieġa strateġija b’diversi fatturi biex tiġi protetta d-demokrazija u nirbħu kontra d-diżinformazzjoni, u t-teknoloġija eżistenti tista’ tgħinna niġġielduha b’suċċess. Huwa kruċjali li t-tliet oqsma tal-ġlieda diġitali – id-diżinformazzjoni, it-theddid ibridu u ċ-ċibersigurtà – jingħaqdu b’mod effettiv, u li jinħolqu sinerġiji u tissaħħaħ is-sigurtà, filwaqt li jiġi rrispettat l-istat tad-dritt.

Bl-istess mod, huwa essenzjali li jiġu rregolati l-ħolqien u t-tħaddim tal-algoritmi sabiex in-nies ikunu jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw jew jirrifjutaw ċerti karatteristiċi algoritmiċi, u jsibu l-bilanċ it-tajjeb bejn id-drittijiet fundamentali tan-nies minn naħa, u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-kumpaniji min-naħa l-oħra. Madankollu, mhuwiex aċċettabbli li l-kumpaniji tat-teknoloġija jittrasformaw il-manipulazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda fi profitt. L-interessi privati ma jistgħux jipprevalu fuq l-interess pubbliku.

Huwa essenzjali li informazzjoni pubblika, pluralistika u indipendenti fil-lingwi kollha tal-UE twassal fatti inkontestabbli relatati mal-promozzjoni ta’ informazzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri.

Fuq l-aġenda hemm il-ħolqien ta’ kanal tal-aħbarijiet pubbliku Ewropew, disponibbli fuq pjattaformi differenti, b’impenn serju għall-indipendenza editorjali, li jippermetti lill-Ewropej jaċċessaw l-informazzjoni li jeħtieġu sabiex jagħmlu għażliet infurmati. Il-klassifikazzjoni tal-ġurnaliżmu bħala ġid pubbliku Ewropew, kif propost mill-UNESCO, u t-tisħiħ tal-modi kif jiġu difiżi l-ġurnalisti, huma passi li jeħtieġ li jittieħdu.

Dwar il-litteriżmu u l-għoti tas-setgħa lill-pubbliku ġenerali, huwa essenzjali li jiġi segwit l-eżempju eċċellenti tal-Finlandja fil-promozzjoni tal-ħsieb kreattiv tan-nies. Dan jirrikjedi miżuri li jipprovdu għodod li jippromovu l-litteriżmu medjatiku, kulturali u demokratiku fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, u li jindirizzaw il-gruppi tal-etajiet u l-minoranzi kollha.

Id-demokrazija hija l-gvern tal-poplu mill-poplu, u l-aħjar mod biex tiġi protetta d-demokrazija huwa li n-nies jesprimu x-xewqa qawwija tagħhom li jgħixu f’demokrazija!

Il-mudell soċjali Ewropew – permezz tal-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali u reġjonali, l-ugwaljanza u s-solidarjetà – huwa l-aktar mod effettiv (u l-aktar razzjonali) biex in-nies iħossu li l-benesseri ġenerali tagħhom jimxi id f’id mad-demokrazija, u għalhekk iħossu l-ħeġġa li jiġġieldu d-diżinformazzjoni.

Sabiex tiġi protetta d-demokrazija hemm ħtieġa urġenti għal approċċ aktar fil-fond, strateġija olistika u regolamentazzjoni Ewropea aħjar tal-bosta dimensjonijiet ta’ dan il-fenomenu. Dan kollu huwa indirizzat fl-Opinjoni TEN/830.

Carlos Trindade, membru tal-KESE

  • Danuta Hübner: il-vot jgħodd
  • Oħorġu vvutaw f’Ġunju 2024: il-KESE qed jappella lill-Ewropej biex jivvutaw għal Ewropa magħquda u demokratika
  • Régis Genté: Id-diżinformazzjoni tirbaħ jekk lil min qed tindirizza huwa dgħajjef
  • Kriżi tal-akkomodazzjoni – il-KESE jappella lill-UE taġixxi

Fil-kolonna tagħna “Jien se nivvota. U inti?” qed nippubblikaw l-artiklu ta’ Mihály Hardy, ġurnalist Ungeriż u kap editur ta’ Klubrádió, li jagħtina idea tal-klima ta’ qabel l-elezzjoni fl-Ungerija. Klubrádió huwa l-aħħar stazzjon tar-radju indipendenti ewlieni tal-pajjiż li l-ħin kollu jxandar l-aħbarijiet u jagħti analiżi tal-isfond dwar il-ġrajjiet kurrenti u l-kultura. L-awtorità statali tal-media neħħiet il-frekwenza tal-istazzjon tar-radju, iżda rnexxielu jissopravivi minħabba l-popolarità u l-finanzjament kollettiv tiegħu. 

4 ta’ Mejju 2024

Iċċelebra Jum l-Ewropa u tgħallem dwar il-KESE: Jum għall-Pubbliku fl-4 ta’ Mejju

30-31 ta’ Mejju 2024

Sessjoni plenarja tal-KESE

6-9 ta’ Ġunju 2024

Elezzjonijiet Ewropej 2024

4 ta’ Mejju 2024

Iċċelebra Jum l-Ewropa u tgħallem dwar il-KESE: Jum għall-Pubbliku fl-4 ta’ Mejju

30-31 ta’ Mejju 2024

Sessjoni plenarja tal-KESE

6-9 ta’ Ġunju 2024

Elezzjonijiet Ewropej 2024