Jekk tinteressak l-arti Belġjana, titlifx il-wirja Before our very eyes, miftuħa sat-28 ta’ Ġunju fl-Atrium 6 tal-bini tal-KESE Jacques Delors, Rue Belliard 99.

Se tkun tista’ tammira x-xogħlijiet ta’ tliet artisti Belġjani ta’ talent: Luk Vander Plaetse, Hugues Legros u Thibault Choquel

Permezz tar-ritratti tagħhom, it-tliet artisti – fotografi, grafiċi u disinjaturi – juruna s-sbuħija tal-ħajja ta’ kuljum. Before our very eyes, tlissen poeżija umana selvaġġa u ġentili li fiha jitħalltu ġeneri u nies differenti”.

Il-wirja ġiet organizzata mill-membri Belġjani tal-KESE, bl-appoġġ ta’ tim ta’ koordinaturi, bħala parti mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE, li tasal fi tmiemha fl-1 ta’ Lulju 2024. L-organizzaturi jqisu l-presidenza bħala opportunità biex juru l-għarfien prattiku ta’ pajjiżhom u jippromovu l-kultura Belġjana fl-Ewropa u lil hinn minnha. (ll)