European Economic
and Social Committee
Breadcrumb
- Home
- Current: Il-mistieden/il-mistiedna sorpriża
Il-mistieden/il-mistiedna sorpriża
Kull xahar nippreżentawlkom mistieden/mistiedna sorpriża – personalità li tagħtina fehmietha dwar il-ġrajjiet attwali: ftit arja friska biex twessalna l-orizzonti, tispirana u tiġbdilna l-attenzjoni għad-dinja tal-lum. Għal din l-edizzjoni ta’ April, għandna l-pjaċir nilqgħu lil Aurélie Vauthrin-Ledent, attriċi, kittieba u direttriċi, li tgħidilna bl-appell tagħha biex tiġi salvata l-kultura, li hija essenzjali għal ħajjitna.
Aurélie Vauthrin-Ledent, Franċiża, tgħix u taħdem il-Belġju. Gradwata mill-Università ta’ Sorbonne (fl-arti tal-ispettaklu), mill-Konservatorju Nazzjonali tad-Drama ta’ Rouen (attwalment is-CRR) u mill-Konservatorju Rjali tad-Drama ta’ Brussell, hija attriċi, direttriċi, diżinjatriċi tal-palk, kantata-kompożitriċi, direttriċi artistika u programmatriċi tal-festival. Fit-teatru, hija ħadmet fi rwoli mir-repertorju klassiku u kontemporanju taħt id-direzzjoni ta’ Peggy Thomas, Alexis Van Stratum, Renaud de Putter, Jamal Youssfi, Audrey Marsin, Charlie Degotte u anke Thierry Robrechts.
Fl-2014, hija kitbet u ddireġiet “Cerise à l’eau-de-vie” fit-Théâtre de la Vie fi Brussell.
Fl-2016, fit-Théâtre Le Public, hija kellha r-rwol prinċipali f’“L’échange” ta’ Paul Claudel, taħt id-direzzjoni ta’ Peggy Thomas. Matul l-istaġun tal-2016/2017, hija żviluppat, ikoordinat u mexxiet il-workshop tal-kitba “Francophonirique II” fit-Théâtre des Doms f’Avignon, workshop maħluq mid-direttur Alain Cofino Gomez.
F’Jannar 2020, fit-Théâtre de la Vie, hija dderiġiet l-ispettaklu “Les Corbeaux”, ta’ Henry Bèque, fejn hija kellha rwol ukoll.
Mill-2016 ’l hawn, hija tikteb, tikkomponi u tkanta bl-isem ta’ “La Chouette et les Oiseaux de nuit”.
Fl-2016, hija ħolqot il-festival multidixxiplinari Tri-Marrant fit-Théâtre de la Vie fi Brussell, u tmexxi d-direzzjoni artistika u l-programm. Dan il-festival kellu suċċess kbir u mill-2018 jsir kull sentejn. It-tielet edizzjoni tiegħu, li kellha ssir f’Ġunju 2020, ġiet posposta għal Ġunju 2022 minħabba l-COVID-19.
F’April 2020, hija ħolqot “Les Oiseaux de Nuit”, kumpanija ġdida tal-pubblikazzjoni fil-Belġju għat-teatru frankofonu, li tagħha hija d-direttriċi editorjali, artistika u amministrattiva.