Renate Heinisch: Negħlbu s-solitudni flimkien

Bħala spiżjara, waqt il-pandemija tal-coronavirus, segwejt mill-qrib it-tema tal-mediċina tal-ġeneru. B’mod partikolari, id-differenzi bejn il-ġeneri fir-rigward tal-COVID-19 fil-qasam tas-saħħa mentali huma impressjonanti.

Jidher li l-irġiel, b’mod partikolari dawk żgħażagħ, jeħtieġu kura intensiva aktar ta’ spiss u għandhom probabbiltà ogħla li jmutu.

Mil-lockdown ’il hawn, in-nisa żgħażagħ qed jimirdu aktar ta’ spiss minħabba r-rwol ġdid tagħhom: impjieg prekarju, aktar xogħol part-time, żieda fil-kuntatt man-nies, anqas telexogħol, xogħol ta’ kura.

Jeħtieġ li nikkunsidraw mill-ġdid ir-rwol tan-nisa u tal-anzjani fil-familji, għax anke l-anzjani qed ikunu ddiskriminati. Se nkompli niddiskuti din il-kwistjoni regolarment.

Matul dan il-perjodu, poġġejt fuq il-bank barra l-ispiżerija tagħna u ddiskutejt dan mal-membri tal-familja, u kollha kienu sodisfatti dwar dawn id-djalogi.

Mort ukoll fit-triq quddiem id-dar tal-anjani u sellimtilhom waqt li kienu f’kamrithom, u anke kantajna lkoll flimkien.

Hemm bżonn li tingħeleb is-solitudni u li l-qraba jingħataw appoġġ. Dawk li jfasslu l-politika jridu jqisu dan meta jippromovu l-impjiegi f’dan il-qasam, iżda sakemm jinkiseb dan, kollha kemm aħna rridu nagħtu l-appoġġ tagħna.

Intervistajt ukoll lil xi ġenituri dwar l-edukazzjoni u organizzajt vidjokonferenzi mal-għalliema dwar il-litteriżmu medjatiku.