L-applikazzjonijiet għal avvenimenti tal-imsieħba jiftħu bejn l-4 u s-17 ta’ Marzu, b’avvenimenti li se jsiru bejn d-29 ta’ Mejju u l-1 ta’ Settembru.

Kull sena, il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE tkun akkumpanjata minn mijiet ta’ avvenimenti tal-imsieħba madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, organizzati minn diversi istituzzjonijiet, NGOs, rappreżentanti tan-negozju, akkademiċi, skejjel, u amministrazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali, fost ħafna oħrajn.  

It-tema tal-avvenimenti tal-imsieħba fl-2024 se tkun ir-reżiljenza tal-ilma. L-objettiv huwa li tiġi stimulata konverżazzjoni madwar l-UE kollha dwar il-preżent u l-futur tal-ilma tal-UE, b’enfasi fuq it-trawwim tas-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet pożittivi u kollaborattivi.  

Kull tip ta’ avveniment merħba bih, minn workshops u diskussjonijiet pubbliċi għal wirjiet u avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni għall-familji. L-attivitajiet jistgħu jsiru fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew. Aktar informazzjoni u skeda ta’ żmien huma disponibbli hawnhekk

Peress li l-Patt Blu tal-UE huwa waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-KESE, l-għażla ta’ din it-tema għall-avvenimenti tal-imsieħba tippreżenta okkażjoni tajba biex jiġu kkomunikati l-proposti ppreżentati fid-Dikjarazzjoni dwar il-Patt Blu tal-UE ta’ Ottubru 2023, li tappella għal strateġija ġdida u ambizzjuża dwar l-ilma għall-Ewropa, fuq l-istess livell mal-Patt Ekoloġiku tal-UE.  (gb)