Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

FEBRUARY 2024 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Għeżież qarrejja,

L-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin huma kruċjali għall-UE hekk kif qed tiġġieled allarmiżmu Ewroxettiku u tal-lemin estrem. L-elezzjonijiet se jsawru l-pajsaġġ politiku tal-UE u se jiddefinixxu rwol attiv u inklużiv għaċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Read more in all languages

L-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin huma kruċjali għall-UE hekk kif qed tiġġieled allarmiżmu Ewroxettiku u tal-lemin estrem. L-elezzjonijiet se jsawru l-pajsaġġ politiku tal-UE u se jiddefinixxu rwol attiv u inklużiv għaċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

F’dan l-isfond, il-KESE, id-dar tas-soċjetà ċivili organizzata, se jorganizza l-ewwel Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tiegħu bejn l-4 u s-7 ta’ Marzu 2024 u t-tema se tkun Ilkoll Flimkien għad-Demokrazija!

Dan l-avveniment se jlaqqa’ individwi ta’ kull età u minn kull sfond, inklużi żgħażagħ, ġurnalisti mill-Istati Membri kollha tal-UE, rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partijiet ikkonċernati u istituzzjonijiet tal-UE, biex jipparteċipaw f’diskussjonijiet vivaċi li se jenfasizzaw il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-kwistjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi li jolqtu l-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Peress li d-demokrazija tibda bil-parteċipazzjoni, dan l-avveniment ewlieni tal-KESE se jgħaqqad ħames inizjattivi ewlenin:

  • il-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili, li matulhom in-nies se jesprimu l-aspettattivi tagħhom dwar kwistjonijiet kruċjali għad-demokraziji tagħna;
  • l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), il-laqgħa annwali ta’ livell għoli għall-organizzaturi futuri ta’ IĊE li matulha jiġu stabbiliti l-miri leġiżlattivi li jmiss;
  • L-Ewropa Tiegħek, Leħnek, avveniment uniku taż-żgħażagħ li jqarreb lill-UE lejn iż-żgħażagħ tal-Istati Membri kollha tal-UE u lil hinn, inklużi rappreżentanti taż-żgħażagħ mill-pajjiżi kandidati tal-UE u mir-Renju Unit;
  • il-Premju għas-Soċjetà Ċivili, li jippremja proġetti kreattivi u innovattivi mingħajr skop ta’ qligħ għall-appoġġ li joffru lil persuni b’kundizzjoni ta’ saħħa mentali;
  • u, l-aħħar iżda mhux l-inqas, is-Seminar għall-Ġurnalisti, li matulu ġurnalisti mill-Istati Membri kollha tal-UE se jesperjenzaw direttament kif jaħdem il-Kumitat u jirrapportaw lura lill-pajjiżi tagħhom.

Il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tagħna se tkun pjattaforma f’waqtha għas-soċjetà ċivili organizzata u ċ-ċittadini biex jesprimu fehmiethom dwar kwistjonijiet ewlenin għal-leġiżlatura l-ġdida tal-Ewropa. Fuq kollox, se tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-votanti u attitudni pro-Ewropea.

Il-kontribut li jipprovdu l-parteċipanti waqt il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili se jiġi integrat f’Riżoluzzjoni li twassal il-messaġġi ewlenin tas-soċjetà ċivili għal Ewropa aktar demokratika fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej. 

Nistidinkom tingħaqdu magħna f’dan l-isforz importanti: ikkontribwixxu għad-diskussjonijiet tagħna u ħeġġu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet biex jieħdu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej. Titilfux din l-opportunità! L-UE teħtieġ li ċ-ċittadini tagħha jitkellmu u jkunu preżenti.

Laurenţiu Plosceanu

Viċi President għall-Komunikazzjoni

Dati tad-Djarju

20 ta’ Frar 2024

Konferenza dwar Il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa – it-triq ’il quddiem?

23 ta’ Frar 2024

Iltaqa’ maċ-Champions tal-Eċċellenza

4-7 ta’ Marzu 2024

Il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili

8 ta’ Marzu 2024

Mard rari fl-UE: azzjoni konġunta biex jissawwar il-futur tal-ERNs

14 ta’ Marzu 2024

Protezzjoni legali effettiva u aċċess għall-ġustizzja

20-21 ta’ Marzu 2024

Sessjoni plenarja tal-KESE

Dritt għall-punt

Il-kittieb mistieden tagħna huwa l-membru tal-KESE Pietro Vittorio Barbieri li qasam magħna l-fehmiet tiegħu dwar l-importanza tad-djalogu ċivili u l-iżgurar li dan ikollu post adegwat fuq l-aġenda Ewropea.

Read more in all languages

Il-kittieb mistieden tagħna huwa l-membru tal-KESE Pietro Vittorio Barbieri li qasam magħna l-fehmiet tiegħu dwar l-importanza tad-djalogu ċivili u l-iżgurar li dan ikollu post adegwat fuq l-aġenda Ewropea.

Id-djalogu ċivili: wasal iż-żmien li jkun implimentat l-Artikolu 11 tat-TUE

Relatur: Pietro Vittorio Barbieri

L-adozzjoni ta’ Opinjoni dwar id-djalogu ċivili ma tistax tkun it-tmiem tal-proċess. Bla dubju hija pass fundamentali lejn il-progress, peress li tfasslet fuq talba tal-Presidenza Belġjana u għalhekk tista’ tiżdied mal-aġenda tal-Unjoni Ewropea.

Read more in all languages

Relatur: Pietro Vittorio Barbieri

L-adozzjoni ta’ Opinjoni dwar id-djalogu ċivili ma tistax tkun it-tmiem tal-proċess. Bla dubju hija pass fundamentali lejn il-progress, peress li tfasslet fuq talba tal-Presidenza Belġjana u għalhekk tista’ tiżdied mal-aġenda tal-Unjoni Ewropea.

Minflok ma tiġi deskritta l-Opinjoni, ikun aktar utli li wieħed jifhem il-proċess. Id-djalogu ċivili huwa l-ewwel u qabel kollox post fejn in-nies jistgħu jiddiskutu l-aġendi u l-objettivi tagħhom, fejn il-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u mhux istituzzjonali jiltaqgħu fuq l-istess livell.

Madankollu, id-demokrazija rappreżentattiva trid tiġi salvagwardjata minn tentattivi illiberali biex tiġi mminata. Diversi forom ta’ populiżmu huma kawża profonda ta’ tħassib peress li qed inaqqsu l-ispazju għall-parteċipazzjoni ċivika. Għal din ir-raġuni huwa essenzjali kif ukoll urġenti li jkun implimentat l-Artikolu 11 tat-TUE. Meta nkiteb dan l-Artikolu għall-ewwel darba, kien ċar li d-demokrazija liberali teħtieġ il-parteċipazzjoni ta’ korpi intermedjarji, bħall-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Dawn il-korpi jwasslu l-fehmiet tan-nies – intraprendituri li jmexxu kumpaniji kbar jew SMEs, ħaddiema, professjonisti, konsumaturi, minoranzi bħal migranti, persuni b’diżabilità u Rom, u kull min huwa involut f’assoċjazzjonijiet Ewropej u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. “Il-libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma fost il-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea. Dawn huma minquxa fit-Trattati tal-UE u jinsabu fil-qalba tal-identità tal-UE. Madankollu, dawn il-valuri spiċċaw taħt pressjoni kbira f’dawn l-aħħar snin. L-Ewropa ffaċċjat kriżijiet mingħajr preċedent, li amplifikaw l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u xeħtu dubju fuq il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet demokratiċi,” qal Oliver Röpke fid-diskors tiegħu ta’ inawgurazzjoni. Id-djalogu ċivili huwa essenzjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u kif indika l-President il-ġdid meta tkellem dwar il-KESE bħala istituzzjoni tal-UE, il-bibien tal-istituzzjonijiet tal-UE dejjem iridu jkunu miftuħa biex jinstema’ dak li jridu jgħidu n-nies.

Id-dibattitu fil-Grupp ta’ Studju li ħejja din l-Opinjoni kien eżempju tajjeb ta’ djalogu ċivili, fejn il-parteċipanti semgħu lil xulxin u nnegozjaw dwar il-kliem, il-kontenut u l-għanijiet.

Kien hemm qbil dwar xi talbiet li jiġu ppreżentati lill-istituzzjonijiet Ewropej bil-ħsieb li jissaħħaħ id-djalogu ċivili. L-għan kien li jintlaħaq ftehim interistituzzjonali, bażi għal strateġija u pjan ta’ azzjoni.

Dan huwa progress, pass ’il quddiem bħall-ħafna oħrajn li l-KESE wettaq mill-1999 permezz ta’ diskussjonijiet interni bejn l-entitajiet li jirrappreżenta. Madankollu, dan il-pass issa jrid jiġi implimentat u appoġġjat u jkompli fit-triq biex jiġi adottat mill-Unjoni Ewropea.

Mistoqsija lil…

Għall-kolonna tagħna “Mistoqsija lil ...” staqsejna lil Emilie Prouzet, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030”, x’inhu meħtieġ biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul fl-UE. L-Opinjoni hija ppjanata għall-adozzjoni fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu. 

Read more in all languages

Għall-kolonna tagħna “Mistoqsija lil ...” staqsejna lil Emilie Prouzet, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030”, x’inhu meħtieġ biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul fl-UE. L-Opinjoni hija ppjanata għall-adozzjoni fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu. 

Emilie Prouzet: Kompetittività fit-tul, l-identifikazzjoni tal-fatturi u l-atturi biex nidentifikaw il-passi li jmiss

Fl-aħħar sena, il-kompetittività telgħet ’il fuq fl-iskala tal-prijoritajiet tal-UE fil-politika Ewropea u ħadd ma jista’ jinjora l-importanza tagħha għall-futur tal-UE.

Read more in all languages

Fl-aħħar sena, il-kompetittività telgħet ’il fuq fl-iskala tal-prijoritajiet tal-UE fil-politika Ewropea u ħadd ma jista’ jinjora l-importanza tagħha għall-futur tal-UE.

Il-kompetittività kienet tema ewlenija tad-diskors annwali li l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen tat lill-Parlament Ewropew f’Settembru tas-sena l-oħra dwar l-Istat tal-Unjoni. Von der Leyen wiegħdet li tagħmel dak li hemm bżonn biex tiddefendi l-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa.

Il-kumpaniji Ewropej qed jitħabtu biex jirreklutaw ħaddiema tas-sengħa, ir-regolamentazzjoni tas-setturi ewlenin hija aktar stretta milli fil-pajjiżi kompetituri l-oħra, jiġifieri l-Istati Uniti u ċ-Ċina, il-livell tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp huwa aktar baxx, u l-infrastruttura fiżika u diġitali qed iżżomm lura l-kummerċ u t-tkabbir ekonomiku. Dawn l-isfidi huma magħrufa sew u ġew dokumentati f’diversi studji.

Von der Leyen inkarigat ukoll lil Mario Draghi, eks kap tal-Bank Ċentrali Ewropew, biex iressaq proposti konkreti dwar kif tista’ tittejjeb il-kompetittività tal-UE. Dan jintlaqa’ tajjeb. Madankollu, is-suġġerimenti tajbin mhux se jkunu biżżejjed, irid ikun hemm ukoll ir-rieda politika u l-kapaċità biex jiġu implimentati.

L-UE stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li ssaħħaħ ir-reżiljenza u l-influwenza tagħha fid-dinja, iżda qed titlef il-kompetittività meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan. Is-sehem tal-UE fl-ekonomija dinjija huwa mbassar li jonqos b’mod kostanti minn kważi 15% għal 9% biss sal-2050.

Għalhekk, bilfors iridu jittejbu l-produttività u l-kompetittività tal-UE. Għal dan il-għan, l-UE trid tadotta aġenda tal-kompetittività, li, b’konformità mal-prinċipji tas-suq uniku u tal-ekonomija soċjali tas-suq, tħares ’il quddiem, tkun definita tajjeb u kkoordinata, u tippromovi l-prosperità tan-negozji u tal-ħaddiema, ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jinnovaw, jinvestu u jinnegozjaw u jikkompetu fis-suq globali għall-ġid komuni, kif ukoll tixpruna t-tranżizzjoni tagħna lejn in-newtralità klimatika. Dan huwa essenzjali mhux biss biex jiġu żgurati l-prosperità, l-innovazzjoni, l-investiment, il-kummerċ u t-tkabbir futuri, iżda wkoll biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità tajba u jogħlew l-istandards tal-għajxien.

Din hija r-raġuni għaliex il-kumpaniji tal-UE għandhom aspettattivi ċari b’dan il-momentum il-ġdid, u qed jitolbu pożizzjonament ġdid għall-kompetittività fi ħdan qafas ekonomiku u soċjetali usa’ fit-tul.

Il-KESE ilu jaħdem biex jidentifika l-fatturi u l-atturi li jinfluwenzaw il-kompetittività u l-produttività fit-tul u li jridu jiġu kkunsidrati f’viżjoni integrata.  Ħdimna dwar l-ekosistemi tal-kompetittività bl-ambizzjoni li nispjegaw lis-servizzi tal-Kummissjoni liema huma l-indikaturi li għandhom ikomplu jtejbu jew jikkomplementaw.

Għalhekk, l-approċċ ibbażat fuq il-pajjiż għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet u kif għandhom jissolvew jidher li huwa angolu kruċjali li l-Kummissjoni ma indirizzatx biżżejjed fiż-żewġ komunikazzjonijiet tagħha dwar il-kompetittività fit-tul.

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni fasslet lista ta’ 17-il fattur ta’ prestazzjoni li għandhom jiġu vvalutati kull sena għad-9 dimensjonijiet tal-kompetittività identifikat. Iżda jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jirrispettawhom bis-sħiħ u li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi adegwati ta’ infurzar biex tobbligahom jagħmlu dan. Dan huwa dak li qed nitolbu.

Dwar l-indikaturi, il-quċċata tal-lista tinkludi:

  1. Aċċess għall-finanzi, b’kost raġonevoli iżda mingħajr ma jiġu ppenalizzati l-ġenerazzjonijiet futuri.
  2. Fir-rigward tas-servizzi pubbliċi u l-infrastruttura kritika, jeħtieġ li ninvestu u nkejlu aħjar dawn l-investimenti. Nipproponu sitt parametri ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward.
  3. Dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni: żieda fil-kooperazzjoni hija essenzjali, sew jekk pubblika/privata, reġjonali, kif ukoll jekk globali.
  4. Dwar in-networks tad-data u l-enerġija, is-sigurtà, newtralità fil-prezzijiet u newtralità klimatika huma l-kliem ewlenin.
  5. F’termini ta’ ċirkolarità, ir-rwol tal-UE ma għandux għalfejn jintwera aktar, iżda jeħtieġ li nagħtu attenzjoni biex nibbilanċjaw il-kompetizzjoni bejn l-operaturi.
  6. Il-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar id-diġitalizzazzjoni huwa prekursur: konnettività, IA, data, eċċ. F’dan il-qafas leġiżlattiv, jeħtiġilna nilqgħu l-isfida li nibbilanċjaw l-aspetti umani mal-wegħdiet tat-teknoloġija diġitali.
  7. L-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jkunu kapaċi jindirizzaw l-isfidi demografiċi u soċjoloġiċi.
  8. F’termini ta’ awtonomija strateġika u kummerċ, id-dipendenzi tagħna huma d-dgħufijiet tagħna. In-negozji jeħtieġ li jorganizzaw lilhom infushom mill-ġdid u l-UE jeħtieġ li tipprovdi qafas abilitanti li jindirizza din l-isfida. 

Fl-aħħar nett, dwar is-suq uniku, aħna ntennu bis-sħiħ il-ħtieġa li l-Istati Membri jsegwu r-regoli tal-acquis communautaire u l-prinċipji tat-Trattati. It-tneħħija tal-ostakli u kontroll ġenwin. Ir-rieda politika tal-gvernijiet tal-UE biex jimplimentaw dak li jinnegozjaw fi Brussell, u l-kapaċità tal-Kummissjoni li taħdem f’servizzi interdipartimentali u mhux b’mod kompartimentalizzat li jikkontribwixxi għal aktar inkonsistenzi. Dan huwa dak li għandna bżonn.

Qatt mhu se ngħiduh biżżejjed.

U f’dan il-kuntest, ejjew inserrħu fuq Brussell għar-riżultati tal-kontrolli tal-kompetittività u nużaw ir-raggruppamenti industrijali reġjonali fil-livell nazzjonali. L-għodod hemm qegħdin, ejja nużawhom.

Il-mistiedna sorpriża

Il-mistiedna sorpriża tagħna hija Ana Gomes, diplomatiku u politiku Portugiża, u membru tal-Partit Soċjalista Portugiż. Hija tikteb dwar il-periklu tal-populiżmu, il-qawmien tal-partiti tal-lemin estrem, u l-ħtieġa li dan jiġi miġġieled u li jiġu difiżi l-valuri.

Read more in all languages

Il-mistiedna sorpriża tagħna hija Ana Gomes, diplomatiku u politiku Portugiża, u membru tal-Partit Soċjalista Portugiż. Hija tikteb dwar il-periklu tal-populiżmu, il-qawmien tal-partiti tal-lemin estrem, u l-ħtieġa li dan jiġi miġġieled u li jiġu difiżi l-valuri.

Għandha karriera fid-diplomazija li tmur lura sal-1980, u okkupat diversi karigi, inkluż fin-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra u f’New York. Fl-1999 kienet Kap tat-Taqsima tal-Interessi Portugiżi u mbagħad, sal-2003, Ambaxxatriċi f’Jakarta, fejn kellha rwol fil-proċess li wassal għall-indipendenza ta’ Timor-Leste u biex jiġu stabbiliti mill-ġdid ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn il-Portugall u l-Indoneżja. 

Bħala Membru tal-Parlament Ewropew mill-2004 sal-2019, kienet partikolarment attiva dwar ir-relazzjonijiet barranin, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà u d-difiża, l-iżvilupp internazzjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.

Fl-2021 ħarġet għall-elezzjoni presidenzjali f’isem is-Soċjalisti u kienet kandidata kontra Marcelo Rebelo de Sousa, il-president li kien se jtemm il-mandat tiegħu. Irnexxielha tiġi t-tieni, qabel il-kandidat tal-partit tal-lemin estrem, Chega.

Illum qed tkompli l-attiviżmu politiku tagħha f’kampanji għad-drittijiet tal-bniedem, l-integrità u t-trasparenza fil-ħajja pubblika, kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Għandha programm kummentarju ta’ kull ġimgħa fuq l-istazzjon televiżiv Portugiż SIC Notícias (L-Opinjoni ta’ Ana Gomes).

Ana Gomes: Negħlbu l-lemin estrem fl-Ewropa – il-kawżi u r-rimedji meħtieġa

L-Ewropa qed tinjora din il-battalja iebsa u mhux qed jirnexxielha tlaħħaq magħha. Li nreġġgħu lura l-progress tal-lemin estrem bħalissa qed jidher li huwa kompitu diffiċli. Meta fl-1945 ingħeleb in-Nażi-Faxxiżmu, kien maħsub li movimenti estremisti se jitilfu l-influwenza u l-ispazju tagħhom biex joperaw. Dan ma kienx il-każ. Il-mudell demokratiku ppermetta lil-lemin estrem biex jibqa’ attiv u jissaħħaħ permezz tar-riżentiment u l-frustrazzjoni tan-nies.

Read more in all languages

L-Ewropa qed tinjora din il-battalja iebsa u mhux qed jirnexxielha tlaħħaq magħha. Li nreġġgħu lura l-progress tal-lemin estrem bħalissa qed jidher li huwa kompitu diffiċli. Meta fl-1945 ingħeleb in-Nażi-Faxxiżmu, kien maħsub li movimenti estremisti se jitilfu l-influwenza u l-ispazju tagħhom biex joperaw. Dan ma kienx il-każ. Il-mudell demokratiku ppermetta lil-lemin estrem biex jibqa’ attiv u jissaħħaħ permezz tar-riżentiment u l-frustrazzjoni tan-nies. Il-lemin estrem ibbenefika minn tmenin sena ta’ tolleranza u kompjaċenza tad-demokraziji liberali Ewropej. Il-lemin estrem għamel ta’ bir-ruħu li qed jilgħab il-logħba demokratika, madankollu huwa qatt ma warrab l-ambizzjoni tiegħu li jeqred id-demokrazija minn ġewwa, ladarba jikseb il-poter li jagħmel dan.

U wasal qrib li jirnexxi; bħala parti minn qafas li huwa jsejjaħ “sovranità nazzjonali”, il-lemin estrem diġà kiseb is-setgħa fil-gvern f’diversi pajjiżi bħall-Ungerija ta’ Orban u s-Slovakkja ta’ Fico. Fil-Polonja huwa kien kien fil-poter għal tmien snin permezz tal-gvern PiS (Prawo i Sprawiedliwosc/Liġi u Ġustizzja) sal-elezzjonijiet reċenti ta’ Ottubru.

Fl-Unjoni Ewropea, il-lemin estrem qed jipprova wkoll inawwar id-demokrazija u jwassal għall-implożjoni tagħha. L-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni matul dawn l-aħħar tletin sena, permezz ta’ pjattaformi diġitali u l-media soċjali, żiedu b’mod drammatiku l-kapaċità tal-gruppi neo-Nażisti u neo-Faxxisti biex jinteraġixxu, u jiksbu viżibbiltà u setgħa fuq skala globali. Huma jużaw il-libertà tal-espressjoni tad-demokraziji biex jamplifikaw u jtennu l-ideoloġiji ksenofobiċi u razzisti tagħhom. Huma jikkoordinaw l-istrateġiji u jimmobilizzaw l-isfidi, f’ħin reali, għall-ordni ċiviku li jagħmlu parti minnu. Il-fatt huwa li d-demokrazija tipprovdi l-movimenti li qed jippruvaw jeqirduha b’kundizzjonijiet oġġettivi li jwasslu għall-iżvilupp u l-penetrazzjoni soċjali tagħhom – inkluż il-finanzjament mill-Istat.

Il-lemin estrem sab art fertili fejn jikber fl-Ewropa, peress li l-politiki neoliberali u l-kapitaliżmu finanzjarju ispirati minn Reaganomics ikkawżaw l-interruzzjoni tal-progress u l-benesseri soċjali tal-klassijiet medji – is-sinjali tal-bini tal-Ewropa u s-suċċess tagħha. In-neoliberaliżmu għamel deregolamentazzjoni u fixkel l-iżvilupp ekonomiku u soċjali; huwa naqqas l-introjtu reali mix-xogħol favur il-kapital; naqqas l-appoġġ soċjali u s-servizzi pubbliċi; u ħalla s-settur tal-akkomodazzjoni f’idejn l-ispekulazzjoni tal-proprjetà. Il-gvernijiet Ewropej qed jikkompetu b’mod perikoluż ma’ xulxin fil-bejgħ ta’ viżi tad-deheb lil kleptokrati u oligarki minn madwar id-dinja kollha. Il-kriżi tas-suq u d-dumping fiskali, li jagħmlu l-kompetizzjoni fis-suq intern inġusta, appoġġ dgħajjef minn Brussell u Frankfurt lill-SMEs, kif ukoll protezzjoni dgħajfa tal-impjiegi u kapaċità tal-akkwist dgħajfa, żiedu l-iskuntentizza fl-Ewropa matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena.

Huwa żball politiku traġiku li huwa responsabbli għal tnaqqis konsekuttiv fl-għadd ta’ persuni li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej u ż-żieda tal-lemin estrem fil-Parlament Ewropew. Il-qawmien mill-ġdid tal-ideoloġija Nażi-Faxxista hija r-riżultat tal-mudell ta’ awsterità użat fl-Ewropa. Dan il-mudell ipproteġa s-sistema finanzjarja iżda naqas milli jipproteġi l-ġustizzja ekonomika u fiskali u milli jwieġeb għall-problemi, ix-xewqat u l-aspettattivi taċ-ċittadini. Dan wassal għal propaganda antika ta’ ideoloġiji suprematisti u identitarji, li dejjem ikunu qed iħufu fl-isfond jistennew għall-opportunità li l-umanità tiddiġenera fil-livell taċ-ċivilizzazzjoni. Dan it-trawwim ta’ mibegħda kulturali u reliġjuża huwa preżenti f’ħajjitna llum, fuq l-iskrins tagħna, fuq il-midja soċjali tagħna, fid-diżinformazzjoni li tiġi promossa kull minuta. It-trawwim tal-biża’ u n-nuqqas ta’ sigurtà taċ-ċittadini, l-evokazzjoni tal-Iżlamizzazzjoni, it-tmiem tas-supremazija bajda jew tal-identità Ġudeo-Kristjana u d-demonizzazzjoni tal-komunità Rom bħala dipendenti fuq il-benefiċċji, huma strateġiji li storikament intużaw biex tiżdied il-popolarità ta’ dittaturi jew mexxejja awtoritarji.

Illum, il-gvernijiet Ewropej qed jippermettulhom jindikaw il-“periklu tal-immigrazzjoni” f’Ewropa li qed tixjieħ li assolutament teħtieġ li timporta parti mill-forza tax-xogħol tagħha sabiex issostni lilha nnifisha u tikber ekonomikament. Dan minkejja l-fatt li l-għadd ta’ refuġjati u migranti li jidħlu fl-UE llum huwa baxx – fil-fatt, huwa aktar baxx minn dak li jeħtieġu l-popolazzjoni u l-forza tax-xogħol Ewropej. Madankollu, ir-retorika ksenofobika u razzista tippersisti, f’Ewropa li għadha nieqsa minn qafas legali sikur u effiċjenti biex tilqa’ u tintegra lill-migranti, minflok tkompli tikkontribwixxi għall-mafja tat-traffikar tal-bnedmin. Il-ħaddiema migranti kienu essenzjali fir-rikostruzzjoni tal-Ewropa ta’ wara l-gwerra u fil-bini tal-UE. Il-kontribut tal-migranti se jibqa’ kruċjali għall-progress tal-Ewropa fid-deċennji li ġejjin. Il-lemin estrem huwa konxju ta’ dan – ħafna mill-finanzjaturi tagħha jużaw il-migranti fl-industriji u n-negozji tagħhom.

Iżda l-lemin estrem se jkompli jilgħab il-logħob tiegħu, joħloq biżgħat, u jimmanipula l-kuxjenza, kif ukoll il-kompjaċenza ta’ mexxejja nazzjonali u Ewropej dgħajfa u instabbli fir-rigward ta’ viżjoni strateġika, il-valuri tagħna u l-prinċipji tagħna. Jista’ jkun hemm rispons wieħed biss mid-demokraziji u l-Ewropej – li niġġieldu għall-valuri tagħna. Għad-demokrazija, għal-libertà, għad-dinjità u għall-paċi fl-Ewropa.

L-Ukrajna, wara sentejn

Tlabna lil Tetyana Ogarkova - ġurnalista Ukrena li tgħix fi Kiev - biex tieħu immaġni għalina li tissimbolizza l-Ukrajna llum, sentejn wara l-invażjoni tar-Russja fl-24 ta’ Frar 2022. Hija bagħtitilna ritratt li ħadet waqt li kienet qed tivvjaġġa fil-pajjiż u tgħin lit-truppi Ukreni. Dan huwa r-ritratt li s-Sinjura Ogarkova tixtieq taqsam mal-qarrejja tagħna, u l-istorja warajh.

Read more in all languages

Tlabna lil Tetyana Ogarkova - ġurnalista Ukrena li tgħix fi Kiev - biex tieħu immaġni għalina li tissimbolizza l-Ukrajna llum, sentejn wara l-invażjoni tar-Russja fl-24 ta’ Frar 2022. Hija bagħtitilna ritratt li ħadet waqt li kienet qed tivvjaġġa fil-pajjiż u tgħin lit-truppi Ukreni. Dan huwa r-ritratt li s-Sinjura Ogarkova tixtieq taqsam mal-qarrejja tagħna, u l-istorja warajh.

Tetyana Ogarkova għandha dottorat fil-letteratura mill-Università ta’ Pariġi XII Val-de-Marne; hija lecturer fl-Università ta’ Mohyla fi Kiev, ġurnalista u Kap tas-Sensibilizzazzjoni Internazzjonali fi Crisis Media Center fl-Ukrajna. Hija tgħix fi Kiev.

© Tetyana Ogarkova

Darba waħda kien hemm dar...

Dar irvinata fir-raħal ta’ Vremivka, qrib Nova Novosilka, l-epiċentru tal-kontrooffensiva Ukrena fis-sajf tal-2023.

Read more in all languages

Dar irvinata fir-raħal ta’ Vremivka, qrib Nova Novosilka, l-epiċentru tal-kontrooffensiva Ukrena fis-sajf tal-2023.

Dawn l-irħula fl-isteppa Ukrena, fl-intersezzjoni ta’ tliet reġjuni (Donetsk, Dnipro u Zaporizhzhia) u ‘l bogħod ħafna mill-bliet il-kbar, ilhom popolati minn Griegi spostati mill-Krimea sa mis-seklu 18. Huma rreżistew l-offensiva Russa fl-2022 bir-riżultat li nqerdu kompletament mill-artillerija tal-għadu. Hawnhekk, f’dan il-post strateġiku li jista’ jkun iċ-ċavetta biex jinħelsu x-xtut tal-Baħar ta’ Azov, l-Ukrajna llum qed tirreżisti, sentejn wara l-invażjoni tar-Russja.

L-Elezzjonijiet Ewropej - 6-9 ta’ Ġunju 2024: Jien se nivvota. U inti?

Fil-kolonna l-ġdida tagħna Jien se nivvota. U inti? li se tibqa’ għaddejja sa Ġunju 2024, se nippreżentaw il-fehmiet tal-kelliema mistiedna tagħna dwar kif u għaliex għandna nipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Din id-darba, il-mistieden tagħna huwa Andrej Matišák, deputat kap tal-uffiċċju tal-affarijiet barranin tal-akbar gazzetta ta’ kuljum tas-Slovakkja, Pravda.

Read more in all languages

Fil-kolonna l-ġdida tagħna “Jien se nivvota. U inti?” li se tibqa’ għaddejja sa Ġunju 2024, se nippreżentaw il-fehmiet tal-kelliema mistiedna tagħna dwar kif u għaliex għandna nipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Din id-darba, il-mistieden tagħna huwa Andrej Matišák, deputat kap tal-uffiċċju tal-affarijiet barranin tal-akbar gazzetta ta’ kuljum tas-Slovakkja, Pravda.

Slovakxit mhuwiex fuq l-aġenda. Madanakollu ...

minn Andrej Matišák

Merħba fl-Islovakkja! Merħba fl-art tar-rekords Ewropej.

Le, mhux qed nitkellem dwar l-ammont eċċezzjonali ta’ kastelli, spas esklussivi jew muntanji sbieħ. Irrid infisser ir-rekords politiċi tal-Islovakkja. U sfortunatament, ninsabu l-aħħar fil-klassi.

L-Islovakki vvutaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-pajjiż tiegħi dejjem kellu l-inqas parteċipazzjoni. Dejjem.

Read more in all languages

minn Andrej Matišák

Merħba fl-Islovakkja! Merħba fl-art tar-rekords Ewropej.

Le, mhux qed nitkellem dwar l-ammont eċċezzjonali ta’ kastelli, spas esklussivi jew muntanji sbieħ. Irrid infisser ir-rekords politiċi tal-Islovakkja. U sfortunatament, ninsabu l-aħħar fil-klassi.

L-Islovakki vvutaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-pajjiż tiegħi dejjem kellu l-inqas parteċipazzjoni. Dejjem.

Fl-2014, din laħqet biss 13.05%. Dak iż-żmien, tant kont konvint li l-parteċipazzjoni kienet se tkun inqas minn 15% li kważi kkunsidrajt li nieħu self bankarju u li nifforma partit. Anke meta nħars lura, naħseb li kelli ċans li nsir Membru tal-Parlament Ewropew.

Madankollu, fuq nota aktar serja: illum, l-Islovakki kif jipperċepixxu l-Unjoni Ewropea? Bħala bank li minnu jistgħu jiġbdu l-flus? Ċertament, iżda l-problema hija li l-Islovakkja lanqas biss tista’ tuża l-fondi tal-UE b’mod effettiv. Aħna fost l-agħar f’dan il-qasam ukoll.

In-narrattiva li Brussell tiddetta kollox hija popolari. Bla dubju, tinzertaha kullimkien. Madankollu, il-politiċi Slovakki pperfezzjonawha. Jekk jiġri xi ħaġa tajba, jieħdu l-kreditu. Jekk tiġri xi ħaġa ħażina, “Brussell reġgħet falliet”, u ftit li xejn politiċi jirreżistu din in-narrattiva.

Madankollu, il-media tista’ titqies bħala problema wkoll. Il-mod kif ikopru s-suġġetti tal-UE spiss huwa superfiċjali. Il-ġurnalisti jevitaw aħbarijiet li jirrigwardaw l-UE għaliex jgħidu li huma tedjanti, bir-riżultat li meta jkopruhom jiffukaw primarjament fuq kwistjonijiet problematiċi, kemm jekk reali kif ukoll jekk ivvintati.

Ippermettuli ngħid ftit kelmiet dwar is-settur tan-negozju. L-intraprendituri rarament jitkellmu pubblikament dwar il-vantaġġi tal-UE. Anke huma jippreferu jilmentaw dwar ordnijiet u regolamenti minn Brussell.

Dawn il-fatturi kollha flimkien ifissru li, skont l-istħarriġ, l-Islovakki qed isiru dejjem aktar ewroxettiċi. Jekk inżidu ma’ dan id-diżinformazzjoni kollha, inkluż mir-Russja, li l-politiċi fil-gvern attwali jħobbu jużaw għall-finijiet tagħhom, nispiċċaw b’taħlita splussiva ta’ diżinteress u rabja.

Le, Slovakxit għad mhuwiex fuq l-aġenda. Iżda nistgħu nibdew nisimgħu aktar dwarha meta l-Islovakkja eventwalment issir pajjiż li m’għadux intitolat għall-fondi tal-UE.

Jekk irridu nevitaw xenarju mudlam, il-mexxejja politiċi fl-Islovakkja fl-aħħar iridu jħaddnu lill-UE bħala spazju li huwa essenzjali għall-funzjonament tal-pajjiż u jġibu ruħhom kif xieraq. Sfortunatament, diġà huwa ċar li parti konsiderevoli mir-rappreżentanza politika Slovakka attwali tippreferi tibda ġlieda mal-UE biex tipproteġi l-interessi tagħha irrispettivament minn kull konsiderazzjoni oħra.

Dan ifisser li l-votanti kollha li għandhom għal qalbhom l-UE jridu jitkellmu dwar l-importanza tagħha ma’ qrabathom, ħbiebhom u saħansitra ma’ stranġieri. Forsi qed nippretendi wisq u safejn se jwassal dan kollu għadu mhux ċar. Madankollu, kull alternattiva hija agħar.

Aħbarijiet tal-KESE

Il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE titlob l-appoġġ tal-KESE għall-prijoritajiet ewlenin tagħha

Il-kompetittività, l-SMEs u l-inklużjoni soċjali huma fil-qalba tal-programm tal-Presidenza Belġjana. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar ir-relazzjoni bejn il-governanza ekonomika, it-tkabbir inklużiv fit-tul u s-sigurtà sostenibbli, kif ukoll dwar is-setgħa tal-ekonomija soċjali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Read more in all languages

Il-kompetittività, l-SMEs u l-inklużjoni soċjali huma fil-qalba tal-programm tal-Presidenza Belġjana. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar ir-relazzjoni bejn il-governanza ekonomika, it-tkabbir inklużiv fit-tul u s-sigurtà sostenibbli, kif ukoll dwar is-setgħa tal-ekonomija soċjali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Fl-ewwel nofs tal-2024, il-Belġju għandu t-tlettax-il Presidenza tiegħu tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li l-prijoritajiet tagħha ġew diskussi matul żewġ dibattiti organizzati mill-KESE fis-sessjoni plenarja tiegħu f’Jannar.

Il-President tal-KESE, Oliver Röpke, faħħar lill-Presidenza talli inkludiet l-imsieħba soċjali fil-ħidma tagħha. Il-Presidenza Belġjana tikkonkludi ċ-ċiklu istituzzjonali tal-UE, li jirrikjedi li l-pajjiż jittratta kompromessi leġiżlattivi u jiggwida lill-Kunsill tal-UE matul il-kampanja u l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Il-Viċi Prim Ministru Belġjan, David Clarinval, ippreżenta l-fehmiet tal-Presidenza dwar ir-riforma tal-politika agrikola komuni, il-protezzjoni għall-persuni li jaħdmu għal rashom, u l-politika industrijali tal-UE. Permezz tat-talba tagħha għal 13-il Opinjoni konsultattiva mill-KESE, il-Presidenza qed timmira li tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet dwar l-Aġenda Strateġika 2024-2029. Dikjarazzjoni interistituzzjonali f’April ser tiffoka fuq l-aġenda soċjali futura tal-UE. II-prijoritajiet tal-Presidenza jinkludu tranżizzjoni ekoloġika u soċjali, li jindirizzaw il-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità. L-enfasi tagħha fuq il-mobbiltà ġusta tal-forza tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali sostenibbli hija fil-qalba tad-djalogu tal-imsieħba soċjali tal-KESE. It-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea, l-appoġġ għall-SMEs u l-promozzjoni ta’ politika kummerċjali bbilanċjata għall-Ewropa Globali se jkunu oqsma ta’ prijorità ewlenin. (tk)

Insawru l-futur tal-agrikoltura Ewropea: il-KESE jappella għar-reżiljenza u s-sostenibbiltà

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qed ifassal viżjoni għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) ta’ wara l-2027 biex jiġu żgurati r-reżiljenza u s-sostenibbiltà fl-agrikoltura Ewropea. Il-KESE ngħata l-kompitu mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE u abbozza Opinjoni, adottata f’Jannar, li fiha enfasizza l-ħtieġa għal qafas ta’ politika stabbli u fit-tul li jappoġġja l-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, l-awtonomija strateġika miftuħa, u l-iżvilupp rurali.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qed ifassal viżjoni għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) ta’ wara l-2027 biex jiġu żgurati r-reżiljenza u s-sostenibbiltà fl-agrikoltura Ewropea. Il-KESE ngħata l-kompitu mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE u abbozza Opinjoni, adottata f’Jannar, li fiha enfasizza l-ħtieġa għal qafas ta’ politika stabbli u fit-tul li jappoġġja l-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, l-awtonomija strateġika miftuħa, u l-iżvilupp rurali.

B’94.8 % tal-azjendi agrikoli fl-UE li huma proprjetà tal-familja, is-settur qed jiffaċċja sfidi bħal introjti aktar baxxi, tnaqqis fl-għadd ta’ azjendi agrikoli, diffikultajiet fit-tiġdid ġenerazzjonali, u ħruġ sinifikanti tal-forza tax-xogħol. Minkejja t-tnaqqis fl-allokazzjonijiet baġitarji għall-PAK (inqas minn 25 % tal-2021), il-KESE jappella għal finanzjament tal-PAK li jkun proporzjonat mal-għanijiet ta’ sostenibbiltà tagħha. Hija rakkomandata bidla minn appoġġ bażiku għall-introjtu għal inċentivi finanzjarji għal servizzi ambjentali u soċjali, li tippermetti flessibbiltà għal azjendi agrikoli żgħar tal-familja matul perjodu ta’ tranżizzjoni.

It-tħassib dwar standards tal-għajxien ġusti għall-bdiewa tal-UE, aggravat mill-inflazzjoni, il-volatilità tas-suq tal-enerġija u t-tibdil fil-klima, jenfasizza l-ħtieġa għal riformi tal-PAK. Il-KESE jixtieq jara li dawn l-isfidi jiġu indirizzati fil-PAK ta’ wara l-2027 li għandha tiffoka fuq kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, tippromovi dieti aktar tajbin għas-saħħa, tnaqqas il-ħela tal-ikel, u tirregola s-swieq tal-ikel. Qed jiġu proposti komponenti kontroċikliċi u appoġġ għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-interruzzjonijiet fil-provvista. L-iskemi tal-assigurazzjoni tas-sħubija pubblika-privata u l-investiment fl-innovazzjoni u fit-teknoloġiji diġitali huma miżuri ssuġġeriti biex jiġu miġġielda l-kundizzjonijiet klimatiċi estremi u l-bdiewa jiġu awtonomizzati.

Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-PAK tissawwar biex tissodisfa l-ħtiġijiet soċjetali u agrikoli li qed jevolvu.  Huwa jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-flessibbiltà għall-Istati Membri, u proċessi amministrattivi semplifikati fit-tfassil u l-adattament tal-pjani strateġiċi. Fl-aħħar nett, il-KESE jipprevedi PAK li ssib bilanċ bejn l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-benesseri tal-bdiewa Ewropej quddiem l-isfidi globali.(ks)

Jeħtieġ li l-UE tħaffef ir-riformi tal-kompetittività

L-Ewropa qed taqa’ lura fil-kompetittività u jeħtieġ li tindirizza n-nuqqasijiet tas-suq uniku tagħha b’mod urġenti, iżda b’mod li jkun ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-Ewropej.

Read more in all languages

L-Ewropa qed taqa’ lura fil-kompetittività u jeħtieġ li tindirizza n-nuqqasijiet tas-suq uniku tagħha b’mod urġenti, iżda b’mod li jkun ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-Ewropej.

Fil-plenarja ta’ Jannar tal-KESE ġie organizzat dibattitu dwar il-kompetittività Ewropea u l-futur tas-suq intern. L-Opinjoni tal-KESE fiċ-ċentru ta’ dan id-dibattitu ntalbet mill-Presidenza Belġjana tal-UE, li wiegħdet li tuża s-sitt xhur tagħha biex tiffoka fuq il-kompetittività u s-suq uniku. L-Opinjoni ser tgħin ukoll fit-tfassil tar-rapport ta’ livell għoli ta’ Enrico Letta dwar il-futur tas-suq uniku, li se jiġi ppreżentat lill-Kunsill Ewropew f’Marzu.

Fiha l-KESE jenfasizza li s-suq intern jeħtieġ li jlaħħaq mal-isfidi ta’ dinja differenti ħafna minn dik li nħoloq għaliha fis-snin disgħin tas-seklu l-ieħor. B’riżultat ta’ dan, l-UE qed tiffaċċja pressjonijiet multipli: li jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni filwaqt li jiġu sussidjati l-industrija tagħha sabiex tgħin fil-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika; li jinżammu l-impjiegi fl-Ewropa filwaqt li jiġi żgurat li n-negozji tal-UE jibqgħu kompetittivi; u li tiġi żgurata l-materja prima filwaqt li jitħarsu l-istandards tax-xogħol u dawk ambjentali.

Ir-relatur Sandra Parthie qalet: “Is-suq uniku għen sabiex l-UE ssir wieħed mill-aktar blokk kummerċjali b’saħħtu fid-dinja, madankollu, din il-pożizzjoni b’saħħitha qed tmajna. Fl-Opinjoni tagħna nipproponu li jkun hemm enfasi fuq l-iżvilupp ta’ politika industrijali Ewropea li ma tkunx ir-riżultat ta’ 28 politika industrijali nazzjonali, iżda pjuttost perspettiva verament Ewropea tal-potenzjal industrijali tagħna”.

Markus Beyrer, Direttur Ġenerali ta’ Business Europe, tkellem waqt id-dibattitu, u qal: “Għandna problema bil-kompetittività. Qed noqogħdu lura meta mqabbla mal-kompetituri globali tagħna, u s-suq uniku huwa wieħed mill-għodod disponibbli għalina biex dan jiġi rimedjat. L-għan huwa li nipproduċu l-marġni li għandna bżonn biex nalimentaw il-mudell Ewropew kif nafuh, inklużi l-aspetti soċjali”.

Ludovic Voet, Segretarju Konfederali tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC), enfasizza li l-kuntratt soċjali Ewropew huwa l-bażi tas-suq uniku u li dan il-kuntratt jeħtieġ li jissaħħaħ, u qal: “Fis-sistema kompetittiva tagħna, in-negozji jeħtieġ li jħallsu salarji ġusti, joffru impjiegi tajbin u ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. L-Ewropa trid iżżomm il-momentum għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta”.

L-Opinjoni tal-KESE tinkludi proposta biex jinħatar Kummissarju għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-Kummissjoni li jmiss, bi pjan ta’ ħames snin għall-iżvilupp ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali siguri, ta’ kwalità tajba u sostenibbli. Dawn jammontaw għal 25% tal-PDG tal-UE u 20% tal-impjiegi totali, u jkopru setturi ewlenin bħat-trasport, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet, l-aċċess għall-ilma u s-sanità. Madankollu, huma importanti ħafna wkoll fil-kura tas-saħħa u fis-servizzi soċjali. (dm)

L-UE jeħtiġilha ttejjeb il-konnessjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija tagħha bejn l-Istati Membri ġirien

Il-flussi transfruntiera tal-enerġija huma essenzjali għall-provvista tal-elettriku u l-gass lid-diversi Stati Membri tal-UE. Dan ifisser li l-infrastruttura tal-enerġija trid tiġi aġġornata permezz ta’ interkonnetturi bejn il-pajjiżi ġirien biex tiżdied il-kapaċità tal-enerġija sostenibbli tal-Unjoni.

Read more in all languages

Il-flussi transfruntiera tal-enerġija huma essenzjali għall-provvista tal-elettriku u l-gass lid-diversi Stati Membri tal-UE. Dan ifisser li l-infrastruttura tal-enerġija trid tiġi aġġornata permezz ta’ interkonnetturi bejn il-pajjiżi ġirien biex tiżdied il-kapaċità tal-enerġija sostenibbli tal-Unjoni.

Fl-Opinjoni li ntalab mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE u li adotta fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024, il-KESE ta messaġġ ċar dwar din il-kwistjoni.

L-UE għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-iżviluppi tal-grilja, u jrid isir investiment sostanzjali biex jistimola l-ekonomija Ewropea u joħloq impjiegi ta’ kwalità għolja li jirrispettaw l-ambjent.

“Aħna fil-KESE nemmnu li, sabiex jinkisbu t-tranżizzjoni ekoloġika u l-awtonomija strateġika tal-enerġija, huwa ta’ importanza fundamentali li nagħmlu bidla strutturali fis-sistema tal-enerġija tagħna,” qal il-President tal-KESE, Oliver Röpke, matul id-dibattitu li sar b’rabta mal-adozzjoni tal-Opinjoni.

Il-Ministru tal-Enerġija għall-Belġju, Tinne Van der Straeten, enfasizzat li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, li tirriżulta mill-ħtieġa tal-azzjoni klimatika, issa hija imperattiv ekonomiku u ta’ sigurtà, u li l-interkonnessjoni ħolqot sistema aktar flessibbli li tista’ tibbilanċja l-varjazzjonijiet ġeografiċi fil-ġenerazzjoni eolika u solari.

Hija qalet li “Il-livell tal-ambizzjonijiet tal-Ewropa għall-enerġija rinnovabbli bħalissa huwa ogħla mill-pjani tagħha f’termini ta’ infrastruttura, u għalhekk neħtieġu dawn l-infrastrutturi trans-Ewropej malajr. U jeħtieġ li jkunu kosteffiċjenti, siguri, sostenibbli u flessibbli”. (mp)

Il-KESE jappella għal kollaborazzjoni għal implimentazzjoni effettiva tas-sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali fl-Ewropa

Sabiex jissaħħaħ it-tkabbir tan-negozji ż-żgħar fl-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni dwar sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali. Fl-opinjoni konsultattiva tiegħu, il-KESE jirrakkomanda miżuri addizzjonali u jenfasizza l-ħtieġa għal kollaborazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) għal implimentazzjoni effettiva u biex jissensibilizzaw dwarha.

Read more in all languages

Sabiex jissaħħaħ it-tkabbir tan-negozji ż-żgħar fl-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni dwar sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali. Fl-opinjoni konsultattiva tiegħu, il-KESE jirrakkomanda miżuri addizzjonali u jenfasizza l-ħtieġa għal kollaborazzjoni aktar b’saħħitha fost il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) għal implimentazzjoni effettiva u biex jissensibilizzaw dwarha.

L-SMEs, li jikkostitwixxu 99.8 % tal-intrapriżi mhux finanzjarji fl-UE, jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjiegi (66.6 %) u għall-valur miżjud (56.8 %). Il-proposta tal-Kummissjoni għal sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali, parti mill-Pakkett usa’ ta’ Għajnuna għall-SMEs, għandha l-għan li ttaffi l-piżijiet regolatorji u tissemplifika l-proċeduri tat-taxxa għal dawn il-kumpaniji. Il-KESE jenfasizza l-urġenza li tiġi adottata l-proposta dwar sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali biex jiġi katalizzat it-tkabbir tal-MSMEs, billi jitpoġġew fil-mira l-SMEs awtonomi li joperaw fil-livell transfruntier. It-tnaqqis propost jallinja mal-għan tal-KESE li jitrawwem ambjent għall-PDG fit-tul u t-tkabbir fl-impjiegi.

Filwaqt li jappoġġja l-enfasi fuq l-MSMEs awtonomi fil-fażi inizjali, il-KESE jissuġġerixxi li tiġi evalwata l-possibbiltà li s-sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali tiġi estiża biex tinkludi sussidjarji f’valutazzjoni ex post wara ħames snin, u b’hekk tissaħħaħ l-inklużività. Il-KESE jirrikonoxxi l-komplementarjetà tas-sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali mal-proposta BEFIT iżda jenfasizza l-ħtieġa għal viġilanza biex jiġu evitati diskrepanzi fil-qafas legali. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri hija kruċjali għas-suċċess tas-sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali, u l-KESE jappella għal kollaborazzjoni biex jiġi żgurat li din tiġi implimentata sew, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jadattaw is-sistemi tal-IT bil-ħeffa kollha u jissensibilizzaw lill-MSMEs. (tk)

Il-konformità mal-impenji klimatiċi tippromovi l-paċi u s-sigurtà

Fis-sessjoni plenarja ta’ Jannar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) indirizza l-impatt tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali fuq il-paċi, is-sigurtà u d-difiża. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jsir investiment biex jiġu stabbiliti risposti reżiljenti għal dawn l-isfidi globali.

Read more in all languages

Fis-sessjoni plenarja ta’ Jannar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) indirizza l-impatt tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali fuq il-paċi, is-sigurtà u d-difiża. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jsir investiment biex jiġu stabbiliti risposti reżiljenti għal dawn l-isfidi globali.

Peress li l-missjoni fundamentali tal-proġett tal-UE hija li tippromovi u tippreserva l-paċi, jeħtieġ li l-Ewropa żżid l-isforzi tagħha għall-bini tal-paċi.

Fl-Opinjoni, il-KESE jenfasizza li l-promozzjoni tal-paċi hija marbuta b’mod inseparabbli mal-preservazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u d-demokrazija. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Kumitat hija li huwa essenzjali li r-rabta bejn il-klima u s-sigurtà tkompli tiġi integrata fil-politiki esterni tal-UE. Dan għandu jsir billi jinħolqu interfaċċi proattivi bejn l-istituzzjonijiet responsabbli għar-relazzjonijiet esterni, il-koeżjoni interna tal-UE u s-servizzi tas-sigurtà u d-difiża tal-Istati Membri. It-terminu “rabta bejn il-klima u s-sigurtà” jirreferi għall-impatti kemm tat-tibdil fil-klima kif ukoll tad-degradazzjoni ambjentali fuq il-paċi, is-sigurtà u d-difiża.

Ozlem Yildirim, membru tal-KESE u r-relatur għall-Opinjoni qal: “Il-KESE qed jipproponi wkoll miżuri speċifiċi biex jiġu antiċipati b’mod effettiv, b’mod partikolari billi jsir investiment f’risponsi reżiljenti, jitħejjew proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet b’rabta mat-tensjonijiet tal-ġejjieni u, fuq kollox, billi tinħoloq strateġija ġenwina dwar din il-kwistjoni fil-livell tal-UE. Il-konformità fil-pront u b’mod effettivamal-impenji klimatiċi mill-partijiet kollha hija wkoll lieva preventiva importanti!”

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tqis ir-rabta bejn il-klima u s-sigurtà. Madankollu, il-KESE jħoss li d-dokument ma jistabbilixxix parametri ġeografiċi, politiċi u militari, peress li ma jindirizzax in-natura dejjem tinbidel ta’ din ir-rabta, meta fil-fatt is-sitwazzjoni se tiddeterjora u tista’ twassal għal tensjonijiet serji bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jkollhom djalogu speċifiku permanenti dwar ir-rabta bejn il-klima u s-sigurtà. (at)

Europe's Water Opportunity: EU Blue Deal Gains Momentum ahead of EU elections

Is-sejħa tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għal Patt Blu tal-UE qed tikseb appoġġ minn dawk li jfasslu l-politika u mis-soċjetà ċivili. Dan il-momentum huwa xprunat minn rikonoxximent dejjem akbar tal-urġenza li tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-ilma, u l-potenzjal tal-Patt Blu li jipprovdi soluzzjoni komprensiva.

Read more in all languages

Is-sejħa tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għal Patt Blu tal-UE qed tikseb appoġġ minn dawk li jfasslu l-politika u mis-soċjetà ċivili. Dan il-momentum huwa xprunat minn rikonoxximent dejjem akbar tal-urġenza li tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-ilma, u l-potenzjal tal-Patt Blu li jipprovdi soluzzjoni komprensiva.

Avveniment reċenti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) laqqa’ flimkien partijiet ikkonċernati ewlenin biex jiddiskutu l-Patt Blu u l-potenzjal tiegħu li jittrasforma l-prattiki tal-ġestjoni tal-ilma madwar il-kontinent, b’enfasi fuq il-baċiri tax-xmajjar.

“Qed niffaċċjaw kriżi tal-ilma ta’ proporzjonijiet bla preċedent”, qal il-President tal-KESE Oliver Röpke. B’referenza għall-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin f’Ġunju, huwa nnota li l-ilma huwa suġġett li jikkonċerna lil kull ċittadin. “Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE kif se jindirizzaw il-kwistjoni tal-ilma u l-isfidi li għandna quddiemna? Wasal iż-żmien li nistaqsu dawn il-mistoqsijiet”.

L-MEP Pernille Weiss, fl-istess ħin li tenniet is-sejħiet għal soluzzjoni komprensiva, irrakkomandat fond iddedikat għat-tranżizzjoni tal-ilma biex jappoġġja lin-negozji u lill-komunitajiet fit-tranżizzjoni lejn prattiki tal-ilma sostenibbli. Ir-Rapporteur Speċjali tan-NU Pedro Arrojo-Agudo enfasizza li l-iskarsezza tal-ilma u t-tibdil fil-klima ma jagħfu bl-ebda fruntieri, u appella lill-UE biex tkun minn ta’ quddiem biex issib soluzzjoni globali għall-kriżi tal-ilma.

Is-sejħa tal-KESE għal Patt Blu tal-UE ntlaqgħet minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, fosthom il-Compagnie Nationale du Rhône (CNR), kumpanija Franċiża ta’ interess pubbliku li tamministra x-xmara Rhône. Id-Direttur tar-Riżorsi tal-Ilma tas-CNR, Eric Divet, wera r-riżultati pożittivi tal-kumpanija fil-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, inklużi l-isforzi li jiġu restawrati l-artijiet mistagħdra, li titjieb il-bijodiversità tax-xmajjar u li jsir adattament għat-tibdil fil-klima.

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tiżvela l-inizjattiva tagħha dwar ir-reżiljenza tal-ilma fix-xhur li ġejjin. Il-KESE jinsab lest li jikkollabora mal-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati tal-UE biex jiżgura li l-proposti tiegħu għal Patt Blu tal-UE jkunu parti mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss. (gb)

Ix-xjenzati u s-soċjetà ċivili jappellaw għal għaxar azzjonijiet politiċi deċiżivi biex jiġu evitati punti kritiċi ambjentali u soċjali irriversibbli

Il-5 Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ewropa żvela li bir-ritmu attwali, l-UE mhix mistennija tilħaq terz tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) sal-2030. Ir-rapport, li tfassal b’mod konġunt mas-soċjetà ċivili, jenfasizza l-istaġnar u r-rigressjoni fl-għanijiet ambjentali u soċjali f’ħafna pajjiżi Ewropej, u li aggravaw bil-kriżijiet li seħħew wara l-2020. L-SDGs ikopru oqsma bħalma huma t-tnaqqis tal-faqar, l-ebda ġuħ, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-azzjoni klimatika, u l-ilma nadif.

Read more in all languages

Il-5 Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ewropa żvela li bir-ritmu attwali, l-UE mhix mistennija tilħaq terz tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) sal-2030. Ir-rapport, li tfassal b’mod konġunt mas-soċjetà ċivili, jenfasizza l-istaġnar u r-rigressjoni fl-għanijiet ambjentali u soċjali f’ħafna pajjiżi Ewropej, u li aggravaw bil-kriżijiet li seħħew wara l-2020. L-SDGs ikopru oqsma bħalma huma t-tnaqqis tal-faqar, l-ebda ġuħ, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-azzjoni klimatika, u l-ilma nadif.

Biex dan jiġi indirizzat, ġew proposti għaxar azzjonijiet politiċi deċiżivi biex jiġu evitati punti kritiċi ambjentali u soċjali irriversibbli. Din l-urġenza ġiet enfasizzata matul avveniment koospitat mis-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (NAT) tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDSN). Ir-rapport għandu l-għan li jiggwida lill-UE biex tagħti spinta lit-tmexxija tagħha rigward l-SDGs qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u s-Summit tal-Futur ta’ Settembru 2024 li tlaqqa’ mis-Segretarju Ġenerali tan-NU.

Fl-avveniment, il-kelliema enfasizzaw il-ħtieġa għal azzjoni minnufih qabel l-2030 biex jiġu evitati punti kritiċi irriversibbli. Camilla Brückner min-NU/UNDP, Zakia Khattabi, Ministru Federali Belġjan għall-Klima, u Petra Petan mill-Kummissjoni Ewropea, saħqu dwar l-importanza li nżommu l-impenn għall-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima.

Guillaume Lafortune, Viċi President tal-SDSN tan-NU, ippreżenta r-rapport u l-għaxar azzjonijiet prijoritarji mmirati lejn il-partiti politiċi, il-Parlament Ewropew li jmiss, il-Kummissjoni Ewropea li jmiss, il-Kunsill Ewropew, u l-Istati Membri. Is-sejħa għal azzjoni, iffirmata b’mod konġunt mill-KESE u l-SDSN, tħeġġeġ lill-mexxejja Ewropej jaħdmu flimkien għal Patt Ewropew għall-Futur li jkun ekoloġiku, soċjali u internazzjonali. Peter Schmidt, il-President tas-Sezzjoni NAT tal-KESE, enfasizza li s-sitt snin li ġejjin huma kruċjali biex jintlaħaq progress fl-Aġenda 2030, u enfasizza l-impenn tal-KESE li jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE favur l-SDGs u l-involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili. Is-sejħa għal azzjoni tinsab f’pożizzjoni li tiggwida lill-mexxejja Ewropej lejn patt Ewropew komprensiv allinjat mal-għanijiet ekoloġiċi u soċjali li l-KESE jippromovi. (ks)

© EU/EESC

#CivSocWeek se ssir bejn l-4 u s-7 ta’ Marzu

Bl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024 iwittu t-triq għall-futur tal-Ewropa, il-KESE, bħala msieħeb istituzzjonali tas-soċjetà ċivili, qed jorganizza l-ewwel Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tiegħu, bit-titolu Ilkoll Flimkien għad-Demokrazija!

Se tieħu sehem?

Read more in all languages

Bl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024 iwittu t-triq għall-futur tal-Ewropa, il-KESE, bħala msieħeb istituzzjonali tas-soċjetà ċivili, qed jorganizza l-ewwel Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tiegħu, bit-titolu Ilkoll Flimkien għad-Demokrazija!

Se tieħu sehem?

Se niġbru flimkien nies ta’ firxa ta’ etajiet u b’varjetà ta’ sfondi, fosthom żgħażagħ, ġurnalisti, u rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, biex jinvolvu ruħhom f’dibattitu mqanqal dwar kwistjonijiet li jaffettwaw il-ħajja tagħna ta’ kuljum u l-futur tal-Ewropa. Se nindirizzaw id-diversi theddidiet u sfidi għall-valuri demokratiċi, kif ukoll dak li s-soċjetà ċivili tistenna mill-mexxejja futuri tal-Ewropa. Il-proposti tagħna mbagħad jiġu inkorporati fir-Riżoluzzjoni tal-KESE għall-elezzjonijiet u proposti ta’ politika speċifiċi.

 #CivSocWeek se tiġbor flimkien ħames inizjattivi ewlenin tal-KESE:

  • Il-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili – avveniment annwali ewlieni li jenfasizza l-firxa wiesgħa ta’ kontributi mis-soċjetà ċivili organizzata għall-bini ta’ UE li hija aktar konformi mal-aspettattivi taċ-ċittadini dwar kwistjonijiet kruċjali għas-soċjetajiet demokratiċi tagħna. L-għan huwa li jiġi mħeġġeġ involviment akbar tas-soċjetà ċivili fil-proġett Ewropew fil-livelli kollha.
  • Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej – konferenza annwali ta’ livell għoli, li tipprovdi forum u pjattaforma fejn organizzaturi u partijiet ikkonċernati rreġistrati u futuri tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) jistgħu jiskambjaw informazzjoni u esperjenzi u jippreżentaw l-attivitajiet tagħhom relatati mal-IĊE lill-pubbliku.
  • L-Ewropa Tiegħek, Leħnek avveniment taż-żgħażagħ li jgħaqqad liż-żgħażagħ, mill-Istati Membri, mill-pajjiżi kandidati u mir-Renju Unit, mal-UE, u jispirahom jeżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom li jivvutaw. Permezz ta’ sessjonijiet ta’ konsultazzjoni dinamiċi, il-parteċipanti żgħażagħ se jinvolvu ruħhom f’dibattiti, irawmu l-kollaborazzjoni, u jilħqu kunsens.
  • Premju għas-Soċjetà Ċivili – premju annwali li jippremja proġetti effettivi, innovattivi u kreattivi mmexxija mis-soċjetà ċivili u l-individwi. Din is-sena l-premju se jingħata għal inizjattivi li jappoġġjaw il-benesseri mentali fl-Ewropa fuq bażi individwali jew kollettiva.
  • Seminar għall-Ġurnalisti se jlaqqa’ flimkien ġurnalisti mill-Istati Membri biex jingħaqdu fid-diskussjonijiet dwar l-istat tad-demokrazija fl-Unjoni u l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin u biex jesperjenzaw direttament kif jaħdem il-Kumitat.

Ingħaqad magħna u ispira ruħek mill-workshops tagħna mmexxija mill-esperti u mid-dibatitti ta’ livell għoli. Semma leħnek dwar kwistjonijiet ewlenin għaċ-ċiklu leġiżlattiv il-ġdid u għamel kuntatt mal-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ma’ dawk li jfasslu l-bidla minn madwar l-Ewropa kollha!

Ara l-paġna web #CivSocWeek u xerred il-kelma!

Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika 2024

L-applikazzjonijiet għat-tielet edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika jistgħu jitressqu mill-4 ta’ Marzu 2024.

Read more in all languages

L-applikazzjonijiet għat-tielet edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika jistgħu jitressqu mill-4 ta’ Marzu 2024.

Il-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-katina tal-valur organika kull sena. Din is-sena iċ-ċerimonja tal-premjazzzjoni se ssir fit-23 ta’ Settembru 2024: il-Jum Organiku tal-UE.

Total ta’ tmien premjijiet se jingħataw f’seba’ kategoriji. Huma jippremjaw lill-atturi tal-katina tal-valur organika għal proġetti eċċellenti, innovattivi, sostenibbli u ta’ ispirazzjoni li qed jipprovdu valur miżjud reali għall-produzzjoni u l-konsum organiku. L-L-ewwel edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika saret fl-2022. (ks)

L-applikazzjonijiet jiftħu fl-4 ta’ Marzu – Avvenimenti tal-Imsieħba għall-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE 2024 dwar ir-reżiljenza tal-ilma

L-applikazzjonijiet għal avvenimenti tal-imsieħba jiftħu bejn l-4 u s-17 ta’ Marzu, b’avvenimenti li se jsiru bejn d-29 ta’ Mejju u l-1 ta’ Settembru.

Read more in all languages

L-applikazzjonijiet għal avvenimenti tal-imsieħba jiftħu bejn l-4 u s-17 ta’ Marzu, b’avvenimenti li se jsiru bejn d-29 ta’ Mejju u l-1 ta’ Settembru.

Kull sena, il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE tkun akkumpanjata minn mijiet ta’ avvenimenti tal-imsieħba madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, organizzati minn diversi istituzzjonijiet, NGOs, rappreżentanti tan-negozju, akkademiċi, skejjel, u amministrazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali, fost ħafna oħrajn.  

It-tema tal-avvenimenti tal-imsieħba fl-2024 se tkun ir-reżiljenza tal-ilma. L-objettiv huwa li tiġi stimulata konverżazzjoni madwar l-UE kollha dwar il-preżent u l-futur tal-ilma tal-UE, b’enfasi fuq it-trawwim tas-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet pożittivi u kollaborattivi.  

Kull tip ta’ avveniment merħba bih, minn workshops u diskussjonijiet pubbliċi għal wirjiet u avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni għall-familji. L-attivitajiet jistgħu jsiru fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew. Aktar informazzjoni u skeda ta’ żmien huma disponibbli hawnhekk. 

Peress li l-Patt Blu tal-UE huwa waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-KESE, l-għażla ta’ din it-tema għall-avvenimenti tal-imsieħba tippreżenta okkażjoni tajba biex jiġu kkomunikati l-proposti ppreżentati fid-Dikjarazzjoni dwar il-Patt Blu tal-UE ta’ Ottubru 2023, li tappella għal strateġija ġdida u ambizzjuża dwar l-ilma għall-Ewropa, fuq l-istess livell mal-Patt Ekoloġiku tal-UE.  (gb)

Aħbarijiet mill-Gruppi

Is-suq uniku tal-UE: il-ġenerazzjoni li jmiss

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Mill-istabbiliment tas-suq uniku Ewropew ’il hawn, l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-istandards ippermettew lill-kumpaniji jbigħu l-prodotti tagħhom f’suq ta’ aktar minn 450 miljun persuna. Is-suq uniku jirrappreżenta 61 % tal-kummerċ intra-UE mill-kumpaniji, u huwa l-bażi tal-prosperità ekonomika tal-Ewropa, u b’hekk jibbenefika liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lill-ħaddiema u lill-kumpaniji tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea tistma li 25 % tal-prodott domestiku gross tal-UE huwa ġġenerat mis-suq intern.

Read more in all languages

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Mill-istabbiliment tas-suq uniku Ewropew ’il hawn, l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-istandards ippermettew lill-kumpaniji jbigħu l-prodotti tagħhom f’suq ta’ aktar minn 450 miljun persuna. Is-suq uniku jirrappreżenta 61 % tal-kummerċ intra-UE mill-kumpaniji, u huwa l-bażi tal-prosperità ekonomika tal-Ewropa, u b’hekk jibbenefika liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lill-ħaddiema u lill-kumpaniji tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea tistma li 25 % tal-prodott domestiku gross tal-UE huwa ġġenerat mis-suq intern.

Madankollu, l-iżviluppi l-ġodda, bħat-trasformazzjoni diġitali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija inqas intensiva fil-karbonju u aktar sostenibbli, jeħtieġu aġġustamenti ġodda, kif jirrikjedu wkoll il-ħtiġijiet li qed jinbidlu tal-konsumaturi, l-impjegati u l-kumpaniji u l-kundizzjonijiet ġeopolitiċi l-ġodda.

Il-kontinwazzjoni b’suċċess tas-suq uniku teħtieġ titjib f’diversi oqsma – fost l-oħrajn fil-politika Ewropea dwar l-enerġija u l-industrija –, kif ukoll unjoni tal-enerġija, unjoni bankarja, qafas aktar favorevoli għan-negozji kbar u żgħar, aktar appoġġ pubbliku għall-proġett Ewropew, servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u infrastruttura mtejba għall-IT, l-enerġija u t-trasport.

Fid-dawl taż-żewġ rapporti storiċi mfassla mill-Eks Prim Ministri Taljani, Enrico Letta (“Il-Futur tas-Suq Uniku”) u Mario Draghi (dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea) u li se jiġu ppubblikati fl-ewwel nofs tal-2024, il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE ġabar fil-qosor il-messaġġi ewlenin tiegħu għall-futur ta’ suċċess tas-suq intern tal-UE f’dokument ta’ paġna waħda dwar “Is-suq uniku tal-UE: il-ġenerazzjoni li jmiss”.

Aqra l-pubblikazzjoni l-ġdida hawnhekk: europa.eu/!TVmdYg

Il-prijoritajiet tagħna għall-progress soċjali

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

It-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi għandu dejjem ikollu fil-qalba tiegħu l-preokkuppazzjonijiet u l-benessri taċ-ċittadini u tal-ħaddiema.

Read more in all languages

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

It-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi għandu dejjem ikollu fil-qalba tiegħu l-preokkuppazzjonijiet u l-benessri taċ-ċittadini u tal-ħaddiema. Dawn huma fatturi umani importanti li għandhom jitqiesu. Huwa l-uniku mod kif jiġu żgurati kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti. Permezz ta’ politiki li jiżguraw dawn il-kundizzjonijiet deċenti għal kulħadd, insaħħu l-fiduċja u l-aċċettazzjoni mifruxa ta’ miżuri politiċi attwali u futuri u nipprevjenu d-diżillużjoni popolari li tipprovdi art fertili għall-populiżmu u l-estremiżmu tal-lemin.

Dawn il-preokkuppazzjonijiet kienu l-pedament tal-prijoritajiet tal-Grupp tal-Ħaddiema għall-2023-2025, li jistabbilixxu talbiet ċari għall-mexxejja futuri tal-UE biex jibdew aġenda progressiva b’dimensjoni aktar soċjali u umana fil-qalba tagħha. Wara għexieren ta’ snin ta’ kriżijiet, li l-ispejjeż tagħhom iġġarrbu b’mod inekwivoku miċ-ċittadini u l-ħaddiema Ewropej, nittamaw li d-dibattitu tal-UE jista’ jerġa’ jxaqleb lejn dak li huwa verament importanti – il-progress soċjali.

Il-prijoritajiet tagħna jiddeskrivu l-viżjoni tal-Grupp tal-Ħaddiema ta’ Ewropa li mhijiex biss soċjali u sostenibbli iżda li tiddefendi wkoll l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-solidarjetà u d-diversità. Neħtieġu Ewropa li tipprijoritizza l-indirizzar tal-inugwaljanza, il-faqar u l-emerġenza klimatika, tiżgura tranżizzjoni ekoloġika u tranżizzjoni diġitali ġusti u tiżgura xogħol deċenti għal kulħadd. Huwa l-aħjar mod kif nawtomatizzaw id-demokrazija u s-soċjetà tagħna u lil kull individwu fiha. Nittamaw li din il-viżjoni tkun tista’ tiġi kkunsidrata.

L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jimplimentaw b’mod urġenti djalogu ċivili strutturat u jallinjaw ruħhom mal-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Fl-24 ta’ Jannar, is-soċjetà ċivili Ewropea bagħtet ittra miftuħa lill-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew, u lill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-firmatarji tal-ittra ħeġġew lit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea (UE) involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE biex jieħdu miżuri konkreti favur l-implimentazzjoni ta’ djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fl-oqsma kollha ta’ politika.

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

 

Fl-24 ta’ Jannar, is-soċjetà ċivili Ewropea bagħtet ittra miftuħa lill-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew, u lill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-firmatarji tal-ittra ħeġġew lit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea (UE) involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE biex jieħdu miżuri konkreti favur l-implimentazzjoni ta’ djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fl-oqsma kollha ta’ politika.

L-ittra miftuħa kienet proposta mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE u Civil Society Europe, u tinkludi proposti speċifiċi għall-implimentazzjoni. L-ittra kisbet l-appoġġ ta’ 156 firmatarju minn 26 Stat Membru. Il-firmatarji inkludew 39 network Ewropew, 85 organizzazzjoni nazzjonali u 60 membru tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE.

Id-djalogu ċivili għadu frammentat u mhux strutturat fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE, minkejja d-dispożizzjonijiet legali. Huwa għalhekk li l-firmatarji tal-ittra miftuħa #EUCivilDialogueNow qed jitolbu lill-istituzzjonijiet tal-UE biex:

  • jibdew proċess għal ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili;
  • jistabbilixxu f’kull istituzzjoni pożizzjonijiet ta’ tmexxija inkarigati mir-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili;
  • jinkoraġġixxu u jippromovu kooperazzjoni akbar bejn l-atturi ċivili u soċjali.

Dawn l-isforzi jridu jibnu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Bħala l-ewwel pass, il-firmatarji ssuġġerew Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tisħiħ tad-djalogu ċivili fil-livell tal-UE.

L-ittra miftuħa hija disponibbli b’24 lingwa hawnhekk: https://www.eesc.europa.eu/mt/agenda/our-events/events/eu-civil-dialogue-now/open-letter.

Aktar informazzjoni tista’ tinsab fl-istqarrija għall-istampa li tħabbar l-ittra miftuħa, disponibbli f’24 lingwa, hawnhekk: https://www.eesc.europa.eu/mt/agenda/our-events/events/eu-civil-dialogue-now.

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)
 

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Christian Weger (cw)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Agata Berdys '(ab)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Millie Tsoumani (mt)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

 

 

Indirizz

European Economic and Social Committee
Jacques Delors Building,
99 Rue Belliard,
B-1040 Brussels, Belgium
Tel. (+32 2) 546.94.76
Email: eescinfo@eesc.europa.eu

EESC info is published nine times a year during EESC plenary sessions. EESC info is available in 24 languages
EESC info is not an official record of the EESC’s proceedings; for this, please refer to the Official Journal of the European Union or to the Committee’s other publications.
Reproduction permitted if EESC info is mentioned as the source and a link  is sent to the editor.
 

February 2024
02/2024

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram