Minn Stefano Mallia (President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE), Gerardo Cuerva (Pesident ta’ CEPYME) u Petri Salminen (President ta’ SMEunited)

Matul dawn l-aħħar ftit snin, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) Ewropej iffaċċjaw l-akbar kriżi globali mit-tieni gwerra dinjija ’l hawn, iżda madankollu wrew reżiljenza. L-Ewropa ma tistax tippermetti li l-SMEs tagħha ma jlaħħqux mat-trasformazzjonijiet li għaddejjin bħalissa. Hawn taħt indikajna l-isfidi ewlenin għall-SMEs tal-Ewropa.

Il-piż regolatorju qed jiħass fuq l-SMEs. Din hija r-raġuni għaliex qed nistiednu lill-UE ssegwi l-impenn fir-rigward tal-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs biex tistabbilixxi miżuri li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tqis il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tan-negozji ż-żgħar.

Sfida oħra ewlenija għall-SMEs Ewropej hija l-aċċess għall-ħiliet. L-SMEs Ewropej jiffaċċjaw problemi enormi fir-reklutaġġ tal-persunal minħabba t-tibdil demografiku. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu implimentati miżuri fl-oqsma kollha.

L-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament huwa t-tielet sfida għas-snin li ġejjin. L-indirizzar ta’ din l-isfida tfisser li niffaċilitaw l-aċċess għall-SMEs Ewropej fir-rigward ta’ sistemi alternattivi ta’ finanzjament u swieq u li nistabbilixxu regolamenti li jħeġġu l-investiment fin-negozji ż-żgħar kif ukoll li nindirizzaw il-pjaga tal-pagamenti tard.

L-iffaċilitar tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali għan-negozji huwa sfida kbira u ma jistax jitwettaq mingħajr l-SMEs Ewropej. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jinvolvu l-SMEs f’dawn il-proċessi u jħeġġuhom jadottaw rwol ta’ tmexxija.

Qed nappellaw ukoll sabiex issir valutazzjoni mill-ġdid ta’ fejn ninsabu biex nilħqu l-miri stabbiliti mill-Patt Ekoloġiku. Aħna nħossu li dan l-eżerċizzju huwa meħtieġ biex niżguraw li l-miri stabbiliti jkunu jistgħu jintlaħqu tabilħaqq u, fejn dan ma jkunx possibbli, biex nidħlu f’diskussjonijiet ma’ intrapriżi privati biex jiġu stabbiliti miri ġodda b’perjodi ta’ żmien realistiċi.

L-ebda wieħed minn dawn ta’ hawn fuq mhu se jkun possibbli mingħajr qafas ekonomiku stabbli li joħloq ċertezza. Hekk kif il-bilanċi ekonomiċi u kummerċjali jkomplu jinbidlu, u l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi serji ta’ kompetittività, irridu noħolqu Suq Uniku li jippermetti lill-SMEs jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Aqra l-artiklu kollu HAWN.