Fil-kolonna “Immaġina l-Ukrajna”, nippubblikaw ritratti li juru l-gwerra fl-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha. Spiss ikunu ġurnalisti li jipprovdu evidenza bħal din peress li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna, biex jirrekordjaw l-avvenimenti u ma jħalluhomx jintilfu.

Dan ir-ritratt ittieħed, intgħażel u sar kumment fuqu minn Jowita Kiwnik Pargana, ġurnalista u korrisponenta Pollakka għall-UE u awtriċi ta’ diversi rapporti mill-Ukrajna.

Waqt li qed nagħżel dan ir-ritratt, ir-Russi qedin iwaddbu r-rokits fuq Kyiv, Lviv, Dnipro, Kharkiv u Zaporizhzhia. Hekk kif Putin jagħmel vendetta għall-Pont tal-Krimea, dan ir-ritratt sar sfortunatament kurrenti. Dak il-lejl is-sireni bdew idoqqu fis-2 a.m. Oleksiy Kolomyets, biatleta u eks Olimpjad fi żmien l-eks Unjoni Sovjetika li ġera bit-torċa Olimpika fl-Olimpjadi tal-1980 f’Moska, qajjem lil familtu. lill-familja tiegħu. Huma ġrew fix-xelter li Oleksiy kien irranġa fil-kantina tad-dar tiegħu. Hawnhekk niżżel twapet, kutri, duvets, sleeping bags u provvista ta’ ikel, u ħeba armi taħt saqqu. Il-mara ta’ Oleksiy, Lyudmila, u n-neputi tagħha raqdu mgeddsin fuq is-sufan. Oleksiy baqa’ mal-art għassa. Wara siegħa l-alarm intefa’. Filgħodu, is-sireni reġgħu daqqew u, bħalma sar jiġri ta’ spiss f’dawn l-aħħar ġranet, ħadu l-kollazjon fil-kantina. Wara l-24 ta’ Frar, ix-xelters tal-bombi saru realtà ta’ kuljum għall-Ukreni. Ħafna stazzjonijiet tal-metro, u l-kantini tal-isptarijiet, tat-teatri u tal-iskejjel inbidlu f’xelters. Xi Ukreni, bħal Oleksiy, ħolqu xelters fil-kantini ta’ djarhom.

Jowita Kiwnik Pargana, ġurnalista Pollakka, korrispondenta għad-Deutsche Welle fi Brussell, awtriċi ta’ diversi rapporti mill-Ukrajna okkupata.