Kemm hija Ewropea l-Ukrajna? Għalfejn sfat attakkata? Għandha bżonn riforma? Kif u fejn tara l-futur tagħha? - dawn kienu l-mistoqsijiet li l-NGO tagħna “Promote Ukraine” twaqqfet biex tindirizzahom lura fl-2014.

Illum, dawn il-mistoqsijiet huma rilevanti daqs qatt qabel, għalkemm it-tweġiba hija ħafna aktar ċara. Flimkien mal-kollegi tas-soċjetà ċivili, it-tim tagħna ta’ aktar minn 150 persuni voluntieri jaħdem bla serħan, kemm biex jamplifika l-messaġġ dwar l-Ukrajna - li għaddejja minn tbatija mill-iktar ħarxa fi triqtha lejn l-Ewropa - kif ukoll biex juri kif l-UE u l-Istati Membri tagħha jinsabu magħqudin mal-Ukrajna. Għalhekk, aħna naraw lilna nfusna bħala ċentru ta’ promozzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-midja, li jaġixxi bħala pont li jqarreb lill-UE u lill-Ukrajna lejn xulxin.

Biex nilħqu dan l-għan, il-ħidma tagħna hija maqsuma f’10 gruppi ta’ ħidma. Il-progress u r-riżultati huma kkomunikati fuq is-sit web, fir-rivista u fil-podcast tagħna. Biex insaħħu s-sħubijiet tagħna, aħna noperaw helpdesk internazzjonali bla ħlas għall-organizzazzjonijiet, in-negozji u l-gruppi ta’ inizjattiva li qed joffru jew ifittxu għajnuna fl-Ukrajna. t-tim tagħna fi Brussell huwa mifrux fi tliet postijiet: l-ispazju ta’ ħidma offrut għad-disponibbiltà tagħna mill-President tal-KESE u l-bini ta’ Station Europe offrut mill-President tal-PE, li bejniethom iservu bħala tip ta’ ċentru għas-soċjetà ċivili Ukrena, u bħala ċentru kulturali.

Matul dawn is-sitt xhur ta’ gwerra, aħna:

  • kellha aktar minn 50 laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ diversi pajjiżi Ewropej u Asjatiċi, istituzzjonijiet Ewropej u n-NATO, li fihom irrakkomandajna l-għeluq tal-ispazju tal-ajru Ukren, sanzjonijiet kontra r-Russja, l-għoti ta’ armi lill-Ukrajna, l-għoti ta’ status ta’ kandidat tal-UE lill-Ukrajna, l-iżblokk tal-portijiet tal-Baħar l-Iswed sabiex l-oġġetti tal-ikel ikunu jistgħu jiġu esportati, eċċ. 
  • organizzajna aktar minn 55 dimostrazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, in-NATO u r-rappreżentanzi tar-Russja u ċerti Stati Membri tal-UE, li l-akbar minnhom attendew għalihom 8 000 persuna, kif ukoll bojkotts ta’ kull ġimgħa ta’ Lukoil
  • bgħatna għajnuna umanitarja b’valur ta’ aktar minn EUR 170 000 fuq talba minn unitajiet militari, inklużi ambulanzi, karozzi għall-evakwazzjoni tal-midrubin, tagħmir protettiv personali, apparat ta’ komunikazzjoni u kits individwali għall-ewwel għajnuna
  • mexxejna l-operat ta’ żewġ imħażen fi Brussell li jipprovdu ikel, prodotti tal-iġjene u ħwejjeġ lil persuni spostati temporanjament mill-Ukrajna, u servejna aktar minn 1 000 persuna kull ġimgħa
  • offrejna assistenza lir-refuġjati, fil-forma ta’ appoġġ psikoloġiku u amministrattiv, fieri tal-impjiegi, distribuzzjoni ta’ kompjuters u roti, terapija taż-żfin, klassijiet ta’ pittura, eċċ.
  • ġbarna fondi għall-Forzi Armati Ukreni permezz tal-kampanja #UkraineNeedsYou

Aħna fi “Promote Ukraine” napprezzaw u niddependu mill-appoġġ bla heda tal-UE, u nippjanaw li nkomplu navvanzaw mhux biss lejn ir-rebħa tal-Ukrajna, iżda wkoll lejn is-sħubija tagħha fl-UE.

Filwaqt li nħaddnu l-valuri tagħna, aħna nkomplu “Nippromovu, Nikkollegaw u Nikkondividu”. Ingħaqad magħna!

Membri tal-NGO "Promote Ukraine":

Marta Barandiy, president fundatriċi ta’ Promote Ukraine
Maryna Yaroshevych, l-Ukrajna
Olga Vegera, l-Ukrajna
Liza Bezvershenko, l-Ukrajna
Lyuba Karpachova, l-Ukrajna
Vasyl Kushmuns, l-Ukrajna
Oksana Terletska, l-Ukrajna
José Aynat, Spanja
Yuliia Chervona, l-Ukrajna
Iryna Nohai, l-Ukrajna
Pieter Goossens, il-Belġju
Kateryna Polyakova, l-Ukrajna
Oksana Bulda, l-Ukrajna
Olena Kuzhym, l-Ukrajna
Bohdan Yeromenko, l-Ukrajna
Olga Gusarova, l-Ukrajna
Anna Melenchuk, l-Ukrajna
Andrea Castagna, l-Italja
Natalia Maksymenko, l-Ukrajna
Lesya Magas, l-Ukrajna
Ivanna Malchevska, l-Ukrajna
Artem Shostak, l-Ukrajna
Filip Haugland, l-Iżvezja

Is-siti web tagħna:
https://www.promoteukraine.org/
https://www.ukrainianhub.eu/