Il-KESE jniedi l-EESC Online Talks (Taħdidiet online mal-KESE) bħala alternattiva għaż-żjarat fuq il-post.

Kull sena, is-servizz tal-viżitaturi tal-KESE jilqa’ eluf ta’ viżitaturi mill-Ewropa kollha u mill-bqija tad-dinja. Is-servizz tal-viżitaturi jippreżenta l-attivitajiet tal-Kumitat u l-funzjonament tal-Unjoni Ewropea lil udjenza varja ħafna.

Madankollu, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, il-KESE kellu jagħlaq temporanjament għall-viżitaturi esterni.

Għalhekk, il-KESE qiegħed iniedi l-EESC Online Talks bħala alternattiva għaż-żjarat tradizzjonali.

Matul dawn il-laqgħat virtwali, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aktar dwar il-funzjonament u r-rwol tal-KESE fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.

Jekk tixtieq tibbukkja EESC Online Talk għall-membri tal-organizzazzjoni tiegħek jew għal partijiet ikkonċernati rilevanti, jekk jogħġbok ibgħatilna posta elettronika fuq: visitEESC@eesc.europa.eu

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek! (cl)