Tnediet it-13-il edizzjoni ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek

L-avveniment annwali taż-żgħażagħ tal-KESE se jsir mill-bogħod fil-31 ta' Marzu u l-1 ta' April 2022. L-iskejjel magħżula minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-ħames pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE se jiddiskutu s-suġġett "Il-verità dwar il-gideb:

Iż-żgħażagħ jisfidaw id-diżinformazzjoni”. Ir-reġistrazzjonijiet huma magħluqa u l-għażla tal-iskejjel li se jipparteċipaw se ssir fid-9 ta' Diċembru.

Iż-żjajjar fl-iskejjel mill-membri tal-KESE se jsiru f'Jannar u Frar 2022. Jekk jogħġobkom xerrdu l-aħbarijiet u ibqgħu aġġornati! (ck)