European Economic
and Social Committee
Il-KESE jżur mudell ta’ villaġġ ta’ enerġija sostenibbli fin-Nofsinhar tal-Ġermanja
Il-membri osservaw mill-qrib ekosistema sofistikata li tipproteġi lill-ambjent, tippromovi s-suċċess ekonomiku, tħeġġeġ prattiki ta’ ekonomija ċirkolari fl-agrikoltura, u trawwem il-koeżjoni soċjali.
Fil-5 ta’ Mejju, delegazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew żaru Wildpoldsried, villaġġ ta’ enerġija sostenibbli fir-reġjun Ġermaniż ta’ Allgäu.
Il-villaġġ huwa magħruf għas-suċċess tiegħu fl-produzzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli, u għall-parteċipazzjoni pubblika b’saħħitha.
Il-membri tal-KESE baqgħu impressjonati bl-infrastruttura tal-villaġġ, li tinkludi turbini eoliċi, impjant tal-bijogass, impjant ta’ koġenerazzjoni b’network għat-tisħin lokali, u sistema fotovoltajka b’batterija.
L-approċċ innovattiv u sostenibbli ta’ Wildpoldsried huwa ta’ eżempju ewlieni ta’ ekosistema sofistikata li tipproteġi lill-ambjent, tippromovi s-suċċess ekonomiku, tħeġġeġ prattiki ta’ ekonomija ċirkolari fl-agrikoltura, u trawwem il-koeżjoni soċjali permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini.
Din iż-żjara kienet ta’ interess partikolari għall-KESE, peress li huwa jagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar kwistjonijiet li jolqtu lis-soċjetà ċivili u jfittex li jnaqqas id-distakk bejn l-involviment tas-soċjetà u l-politiki tal-UE. (ks)