Sabiex jiċċelebra l-bidu tal-Presidenza Slovena tal-Kunsill tal-UE, il-KESE jippreżenta wirja online tal-fotografu Sloven ippremjat Ciril Jazbec, li rebaħ il-Premju Leica Oskar Barnack u rċieva l-premju World Press Photo fl-2021.

Il-wirja virtwali tar-ritratti “A decade of climate change” turi sensiela ta’ 25 ritratt li tagħmel parti mill-proġett fit-tul tal-artist “Climate Change Resilience”.

L-inawgurazzjoni uffiċjali se ssir fit-8 ta’ Lulju permezz ta’ Art Talk f'xandira diretta fuq Facebook u ospitata mill-Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni, Cillian Lohan, fil-preżenza tad-Deputat Rappreżentant Permanenti tas-Slovenia għall-UE, l-Ambaxxatur Tamara Weingerl Požar, tal-membru Sloven tal-KESE, Neža Repanšek, u tal-artist innifsu.

Il-wirja online se ddum mill-5 ta’ Lulju sat-30 ta’ Lulju 2021. Titlifx iċ-ċans li taraha hawnhekk. (ck)