L-istorja traġika tal-Ukrajna qed tiżvolġi quddiem għajnejna, bis-saħħa tal-ħidma bla heda u erojka tal-ġurnalisti, il-fotografi u l-operaturi tal-kameras li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna.

Wieħed minn dawn, il-fotografu Pollakk Sławek Kaminski, bagħatilna r-ritratti tiegħu mill-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja, mill-belt Pollakka ta’ Rzeszów u minn Medyka-Shehyni fil-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Polonja.

Illum qed nippubblikaw it-tieni ritratt mill-fruntiera Pollakka-Ukrajna. Grazzi tal-mumenti maqbuda fir-ritratt. (ehp)

Ritratt: Sławek Kaminski/GW