Ara lil Antje Gerstein mill-Ġermanja hekk kif tiddeskrivi l-għajnuna tabilħaqq konkreta li s-soċjetà ċivili Ġermaniża qed tagħti lir-refuġjati Ukreni.

“Il-mobilizzazzjoni rapida tagħna biex nappoġġjaw l-Ukrajna, il-poplu tagħha, in-negozji u s-soċjetà ċivili tagħha b’azzjonijiet konkreti tagħmilni kburija. Diversi kumpaniji Ġermaniżi tal-bejgħ bl-imnut u tal-ikel ikkonsenjaw 4000 tunnellata ta’ ikel lill-Ukrajna. Din hija s-solidarjetà Ewropea fl-azzjoni.