European Economic
and Social Committee
Sviatlana Tsikhanouskaya fil-KESE: “Il-Belarussja ma għandhiex tkun il-premju ta’ konsolazzjoni ta’ Putin”
Fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Frar, Sviatlana Tsikhanouskaya, mexxejja tal-oppożizzjoni demokratika Belarussa, appellat lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jappoġġjaw lill-poplu Belarussu fil-ġlieda tiegħu kontra l-awtoritarjaniżmu. Il-Belarussja jistħoqqilha tkun parti mill-familja Ewropea, hija qalet, u dan jista’ jkun possibbli biss permezz tal-appoġġ attiv tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE.
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qed tmur għall-agħar fil-Belarussja, b’madwar 1,500 ċittadin jinżammu detenuti għal raġunijiet politiċi, u kuljum medja ta’ 17-il persuna jintbagħtu l-ħabs.
Il-President tal-KESE Christa Schweng qalet: “Il-politiċi kollha b’tendenzi awtoritarji jibżgħu mill-poplu tagħhom. Huma jibżgħu mis-soċjetà ċivili u r-rwol tagħha biex jiġu involuti forzi kreattivi ġodda sabiex ikunu jistgħu jfeġġu u jwettqu l-bidla”.
Is-Sinjura Tsikhanouskaya enfasizzat il-konnessjoni diretta bejn il-liberazzjoni tal-Belarussja u tal-Ukrajna: “Il-futur tal-Ewropa qed tiġi deċiża fil-kampijiet tal-battalja tal-Ukrajna, fir-reżistenza klandestina tal-Belarussja, u naturalment fil-bliet kapitali Ewropej”. Hija appellat lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jappoġġjaw lin-nies li qed jiġġieldu fuq il-post u li jinsabu eżiljati, u ssuġġeriet li s-Sħubija tal-Lvant terġa’ tingħata l-ħajja li, li l-gvern Belarussu kien irtira minnha fl-2021, bil-kooperazzjoni mal-oppożizzjoni Belarussja.
“Nappellaw lill-awtoritajiet biex jirrilaxxaw minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-persuni u lit-trejdjunjonisti arrestati ”, qal il-President tal-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE Oliver Röpke.
“Bħala rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, aħna ninsabu lesti biex inkunu l-vuċi tagħkom fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex nippromovu l-ideat tagħkom li fil-fehma tagħkom jistgħu jgħinu s-sitwazzjoni fil-Belarussja”, enfasizza Stefano Mallia, President tal-Grupp ta' Min Iħaddem tal-KESE.
Il-Viċi President tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili Simo Tiainen qal: “Sinjura Tsikhanouskaya, inti mara b’saħħitha u kuraġġuża. Inti taħdem bla biża’ għal futur aħjar għall-pajjiżek. Aħna ninsabu viċin tiegħek. Il-futur tal-Belarussja mhuwiex id-dittatorjat, iżda d-demokrazija. (mt)