Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

MARCH 2023 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Għeżież qarrejja,

Iż-żgħażagħ għandhom rwol vitali fit-tiswir tal-futur tas-soċjetà. L-enerġija, l-entużjażmu u l-perspettivi ġodda tagħhom huma imprezzabbli fl-indirizzar tal-isfidi kumplessi ta’ żminijietna, b’mod partikolari fir-rigward tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima. Għandna nkunu grati sew għaIl-moviment taż-żgħażagħ għad-dedikazzjoni, il-ħidma iebsa u l-għarfien espert tagħhom espress b’mod elokwenti dwar dawn il-kwistjonijiet.

Read more in all languages

Għeżież qarrejja,

Iż-żgħażagħ għandhom rwol vitali fit-tiswir tal-futur tas-soċjetà. L-enerġija, l-entużjażmu u l-perspettivi ġodda tagħhom huma imprezzabbli fl-indirizzar tal-isfidi kumplessi ta’ żminijietna, b’mod partikolari fir-rigward tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima. Għandna nkunu grati sew għaIl-moviment taż-żgħażagħ għad-dedikazzjoni, il-ħidma iebsa u l-għarfien espert tagħhom espress b’mod elokwenti dwar dawn il-kwistjonijiet.

Rajt mill-ewwel il-passjoni u d-dedikazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima waqt li pparteċipajt fis-summit tan-NU dwar il-klima fi New York, fejn immarċjajt tul Wall Street u Manhattan ma’ Greta Thunberg u l-moviment taż-żgħażagħ. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħi meta ħadt ir-rwol bħala l-Viċi President għall-Komunikazzjoni kien li ngħin biex namplifikaw leħinhom.

Matul is-snin, il-Kumitat ħadem mill-qrib maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u jirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-iżvilupp ta’ soċjetà aktar sostenibbli u ekwa permezz ta’ inizjattivi bħall-Premju tas-Soċjetà Ċivili 2022 dwar iż-żgħażagħ u L-Ewropa Tiegħek, Leħnek

L-14-il edizzjoni li jmiss ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, iddedikata għad-Djalogi dwar id-Demokrazija taż-Żgħażagħ, hija xhieda tal-impenn tal-KESE lejn il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ. Ninsab eċitat nara r-rakkomandazzjonijiet u l-għarfien tal-istudenti għall-futur tal-Ewropa u nistenna bil-ħerqa li nilqagħhom Brussell f'Marzu.

Jien kburi li kelli rwol, bl-Opinjoni li ktibt, fit-twaqqif tar-Round Tables taż-Żgħażagħ dwar il-Klima u s-Sostenibbiltà, li jiġbru flimkien iż-żgħażagħ u l-istituzzjonijiet tal-UE. Għal-laqgħa tal-bidu f’Lulju 2021 attendew 11-il rappreżentant taż-żgħażagħ u l-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Frans Timmermans. Din l-inizjattiva tat liż-żgħażagħ pjattaforma biex jaqsmu l-ideat u s-soluzzjonijiet tagħhom biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u għenet biex timmobilizza ġenerazzjoni ġdida ta’ attivisti.

Il-KESE jiżgura wkoll li l-vuċijiet taż-żgħażagħ jinstemgħu fit-tfassil tal-politika globali billi jibagħat delegat/a żagħżugħ/a għal-laqgħat tal-UNFCCC bħala membru addizzjonali tad-delegazzjoni tal-KESE. Sophia Wiegand kienet id-delegata żagħżugħa tal-KESE għall-COP26 u l-COP27.

Meta nħares lura lejn iż-żmien tiegħi bħala Viċi President tal-KESE, nimpressjona ruħi bid-determinazzjoni u l-enerġija taż-żgħażagħ li kelli l-privileġġ naħdem magħhom. It-trainees żgħażagħ tagħna, b’mod partikolari, kienu sors ta’ ispirazzjoni. Il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-KESE kienet ta’ vantaġġ siewi għall-Kumitat, u aħna kburin li nkunu parti mill-vjaġġ tagħhom lejn il-kisba tal-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex isiru ċittadini u mexxejja attivi fil-komunitajiet tagħhom. Huwa permezz ta’ inizjattivi bħas-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 li nistgħu nkomplu nrawmu u niżviluppaw it-talenti tal-ġenerazzjoni li jmiss u nipprovdulhom l-għodod u l-għarfien li jeħtieġu biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-futur.

Ninsab kuntent bil-progress li għamilna fl-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni ekoloġika. Madankollu, għad hemm ħafna xogħol xi jsir. Ninsab fiduċjuż li se nkomplu nibnu fuq dawn l-isforzi biex niżguraw li l-vuċijiet taż-żgħażagħ jinstemgħu u li nieħdu azzjoni urġenti biex nindirizzaw il-kriżi klimatika. Il-futur tal-pjaneta tagħna u s-soċjetajiet tagħna jiddependu minn dan.

Cillian Lohan

Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni

Dati tad-Djarju

23-24 ta’ Marzu 2023, Brussell

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2023

26-27 ta’ April 2023, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

19 ta’ Lulju 2023, Brussell

L-indirizzar tal-faqar enerġetiku għal tranżizzjoni ġusta

Dritt għall-punt

F’din il-kolonna l-membri tal-KESE jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet jaħarqu li jikkontribwixxu għall-aġenda tal-UE. Din id-darba, il-membru tal-KESE Rudolf Kolbe jispjega kif l-użu tal-injam fil-kostruzzjoni jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-industrija tal-bini. Is-Sur Kolbe huwa r-relatur ta’ rapport dwar dan is-suġġett li tfassal mill-KESE fuq talba mill-Presidenza Żvediża tal-UE. Ir-rapport ser jiġi diskuss fil-plenarja ta’ Marzu tal-KESE.

Read more in all languages

F’din il-kolonna l-membri tal-KESE jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet jaħarqu li jikkontribwixxu għall-aġenda tal-UE. Din id-darba, il-membru tal-KESE Rudolf Kolbe jispjega kif l-użu tal-injam fil-kostruzzjoni jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-industrija tal-bini. Is-Sur Kolbe huwa r-relatur ta’ rapport dwar dan is-suġġett li tfassal mill-KESE fuq talba mill-Presidenza Żvediża tal-UE. Ir-rapport ser jiġi diskuss fil-plenarja ta’ Marzu tal-KESE.

L-injam jista’ joffri bini f’armonija kemm mal-prinċipji tagħna kif ukoll mal-istandards tal-għajxien tagħna

Minn Rudolf Kolbe

Is-settur tal-bini għandu impatt konsiderevoli fuq l-emissjonijiet tas-CO2 fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja. Huwa essenzjali li titnaqqas l-impronta tiegħu; il-promozzjoni tal-kostruzzjoni bl-injam huwa lieva importanti biex dan jinkiseb u biex tiġi xprunata t-tranżizzjoni ekoloġika.

Read more in all languages

Minn Rudolf Kolbe

Is-settur tal-bini għandu impatt konsiderevoli fuq l-emissjonijiet tas-CO2 fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja. Huwa essenzjali li titnaqqas l-impronta tiegħu; il-promozzjoni tal-kostruzzjoni bl-injam huwa lieva importanti biex dan jinkiseb u biex tiġi xprunata t-tranżizzjoni ekoloġika.

L-injam jissekwestra l-karbonju qabel ma jintuża bħala materjal tal-bini – siġra tikkonsisti f’madwar 50 % ta’ karbonju pur – u għandu prestazzjoni tajba ħafna fir-rigward ta’ diversi aspetti: l-injam mill-foresti ċċertifikati bħala sostenibbli jista’, f’ħafna pajjiżi, jinkiseb minn foresti li jinsabu f’distanzi tat-trasport relattivament qosra mis-siti ta’ kostruzzjoni; l-ipproċessar tiegħu rari jkunu problematiku jew jagħmel ħsara lill-ambjent; u l-injam jista’ jerġa’ jintuża faċilment. It-tqabbil ta’ binjiet ekwivalenti tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom juri li l-injam huwa alternattiva vijabbli f’termini ta’ enerġija inkorporata, emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tniġġis tal-arja u tal-ilma u indikaturi oħra tal-impatt.

Madankollu, biex il-kostruzzjoni bl-injam tiġi promossa bħala mod kif jintlaħqu l-objettivi klimatiċi, huwa essenzjali li l-akkwist ikun ibbażat fuq kriterji ta’ kwalità, li jinkludu l-kriterji tas-sostenibbiltà u taċ-ċiklu tal-ħajja, kif ukoll li jintgħażlu proċeduri adatti ta’ akkwist li jippermettu soluzzjonijiet innovattivi. Għandna bżonn obbligi legali aktar stretti għal kompetizzjoni bbażata fuq il-kwalità u akkwist pubbliku li ma jagħmilx ħsara lill-klima. Neħtieġu wkoll miżuri biex l-awtoritajiet kontraenti jitħarrġu dwar kif japplikaw tali kriterji u obbligi.

Barra minn hekk, neħtieġu standards minimi għall-emissjonijiet tal-karbonju tal-bini tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu u jinħtieġ rekwiżit korrispondenti ta’ rappurtar tal-karbonju fis-settur kollu tal-kostruzzjoni, kif ukoll ambjent legali u tekniku li jippermetti l-innovazzjoni b’mod ġenerali u, b’mod aktar partikolari, fis-settur tal-kostruzzjoni bl-injam.

Il-bini bl-injam jista’ jipprovdi spazji sostenibbli, inklużivi u sbieħ għan-nies li jgħixu f’tali binjiet u li jużawhom.

“Mistoqsija waħda lil...”

Mistoqsija lil…

Għall-edizzjoni ta’ Marzu staqsejna lill-membru tal-KESE Nicoletta Merlo twieġeb mistoqsija li tinsab fil-qalba tal-Opinjoni l-ġdida tagħha dwar Ir-rwol taż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni ekoloġika. L-Opinjoni ser tiġi adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Marzu.

Read more in all languages

Għall-edizzjoni ta’ Marzu staqsejna lill-membru tal-KESE Nicoletta Merlo twieġeb mistoqsija li tinsab fil-qalba tal-Opinjoni l-ġdida tagħha dwar Ir-rwol taż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni ekoloġika. L-Opinjoni ser tiġi adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Marzu.

Nicoletta Merlo: “Isimgħu l-vuċi taż-żgħażagħ”

KESEInfo jistaqsi: Xi rwol għandu jkollhom iż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni ekoloġika?

Nicoletta Merlo: Iż-żgħażagħ jistgħu u jeħtiġilhom ikollhom rwol kruċjali fit-tranżizzjoni ekoloġika għal mill-inqas żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, tajjeb li niftakru li d-deċiżjonijiet li l-mexxejja politiċi jieħdu llum dwar it-tibdil fil-klima u l-kwistjonijiet ambjentali se jaffettwaw fuq kollox liż-żgħażagħ u lill-ġenerazzjonijiet futuri, li għalhekk għandhom id-dritt li jsemmgħu leħinhom.

Read more in all languages

KESEInfo jistaqsi: Xi rwol għandu jkollhom iż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni ekoloġika?

Nicoletta Merlo: Iż-żgħażagħ jistgħu u jeħtiġilhom ikollhom rwol kruċjali fit-tranżizzjoni ekoloġika għal mill-inqas żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, tajjeb li niftakru li d-deċiżjonijiet li l-mexxejja politiċi jieħdu llum dwar it-tibdil fil-klima u l-kwistjonijiet ambjentali se jaffettwaw fuq kollox liż-żgħażagħ u lill-ġenerazzjonijiet futuri, li għalhekk għandhom id-dritt li jsemmgħu leħinhom.

Aspett sinifikanti ieħor li għandu jitqies huwa li l-ġenerazzjoni żagħżugħa hija l-aktar sensittiva għall-isfida tat-tranżizzjoni ekoloġika u konxja tal-ħtieġa li nilqgħuha u li naġixxu biex niksbu s-sostenibbiltà ambjentali. F’dawn l-aħħar snin, l-azzjoni klimatika mmobilizzat għadd kbir ta’ żgħażagħ fl-Ewropa. Fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew nibtu għadd ta’ movimenti ambjentali u soċjali magħmula minn żgħażagħ, li organizzaw dimostrazzjonijiet u talbu lill-gvernijiet u lil dawk li jfasslu l-politika biex jieħdu miżuri tanġibbli favur il-protezzjoni tal-ambjent u l-kisba tan-newtralità klimatika.

Għalkemm ir-rwol taż-żgħażagħ fil-bini ta’ dinja aktar sostenibbli, inklużiva u ekoloġika qed jiġi rikonoxxut dejjem aktar, u l-2022 ġiet iddikjarata bħala s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, huwa ċar li ż-żgħażagħ għadhom isibuha diffiċli biex isemmgħu leħinhom u jsibu posthom fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet – mhux biss fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika.

Fil-fehma tiegħi, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom jingħataw l-opportunità li jsemmgħu leħinhom fi ħdan l-istituzzjonijiet b’mod sistematiku u strutturat, mhux biss darba kultant, sabiex ikunu jistgħu jagħtu kontribut kwalifikat u sinifikattiv għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha, u jkunu jistgħu jimplimentaw ideat u proġetti relatati mas-sostenibbiltà ambjentali.

Sabiex dan ikun jista’ jsir, l-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel u qabel kollox jadottaw Test taż-Żgħażagħ, jipprovdu appoġġ finanzjarju adegwat (u strutturali) lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u jwettqu valutazzjonijiet sistematiċi tal-impatti ekonomiċi, politiċi u soċjali tal-investimenti fil-ġenerazzjoni żagħżugħa, biex b’hekk jagħtu liż-żgħażagħ idea ċara ta’ kif u sa liema punt il-politiki pubbliċi jaffettaw ħajjithom.

Żewġ aspetti ewlenin oħra li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’rabta mar-rwol taż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni ekoloġika huma l-edukazzjoni u l-impjieg.

F’kuntest ta’ emerġenza klimatika u ambjentali, l-edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha ssir prijorità għall-iskejjel. L-edukazzjoni tat-tfal dwar is-sostenibbiltà u l-protezzjoni ambjentali għandha tibda mill-iżgħar età u tkompli tul il-perkors skolastiku kollu. Huwa meħtieġ approċċ transsettorjali, li jipprovdi ħiliet teoretiċi u prattiċi, inkluż permezz ta’ perkorsi mill-iskola għax-xogħol u apprendistati vokazzjonali. It-tagħlim tul il-ħajja huwa wkoll importanti, peress li s-suċċess tat-tranżizzjoni ekoloġika se jiddependi wkoll mill-kapaċità tal-iskejjel li jikkollaboraw mal-awtoritajiet lokali u fir-rigward ta’ attivitajiet barra mill-iskola, speċjalment mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mas-soċjetà ċivili organizzata, sabiex iżidu s-sensibilizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

L-2023 ġiet iddikjarata bħala s-Sena Ewropea tal-Ħiliet, u mingħajr ħiliet ma sseħħ l-ebda tranżizzjoni. Huwa kruċjali li ż-żgħażagħ jiġu mgħammra bil-ħiliet biex jaħkmu l-innovazzjoni li se tirriżulta mit-tranżizzjoni ekoloġika, li inevitabbilment qed ikollha u se tkompli jkollha impatt sinifikanti fuq id-dinja tax-xogħol. Għaldaqstant, jeħtieġ li jsir investiment fi prattiki ta’ taħriġ u tagħlim li jseħħu f’kuntesti tax-xogħol, b’mod partikolari fil-forma ta’ apprendistati u traineeships.

It-tranżizzjoni ekoloġika trid tkun tranżizzjoni ġusta, li tiżgura taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema u impjiegi ta’ kwalità għal kulħadd, u li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Għalhekk huwa essenzjali li l-politiki ta’ taħriġ jiġu integrati mal-politiki industrijali, ikkoordinati ma’ strateġiji oħra ta’ żvilupp, u ppjanati fid-dettall fil-livell reġjonali u lokali, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.

Fl-aħħar nett, l-innovazzjoni hija kruċjali għas-suċċess tat-tranżizzjoni ekoloġika. Għalhekk, aspett ewlieni fil-kisba tal-objettivi stabbiliti huwa li ż-żgħażagħ b’ħiliet intraprenditorjali jiġu mħeġġa jissieħbu fil-proċess ta’ innovazzjoni bl-użu ta’ taħriġ speċifiku u appoġġ għal proġetti innovattivi, kif ukoll billi jiġi żgurat appoġġ finanzjarju adegwat.

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistieden sorpriża

Fir-rokna “Mistieden sorpriża” nilqgħu personalitajiet distinti mill-oqsma tax-xjenza, tal-ġurnaliżmu u tal-kultura. Il-mistieden tagħna dan ix-xahar huwa d-direttur tal-films, produttur u ċinematografu Amerikan Evgeny Afineevsky, li għamel dokumentarji dwar il-gwerer fl-Ukrajna u s-Sirja.

Read more in all languages

Fir-rokna “Mistieden sorpriża” nilqgħu personalitajiet distinti mill-oqsma tax-xjenza, tal-ġurnaliżmu u tal-kultura. Il-mistieden tagħna dan ix-xahar huwa d-direttur tal-films, produttur u ċinematografu Amerikan Evgeny Afineevsky, li għamel dokumentarji dwar il-gwerer fl-Ukrajna u s-Sirja.

Il-film tiegħu “Winter on fire: Ukraine's fight for freedom”, li jkopri l-proptesti Euromaidan fl-Ukrajna fl-2013 u l-2014, ġie nnominat għal premju Oscar u erba’ premji Emmy. Fl-2016, huwa qatta’ diversi xhur fis-Sirja, fejn ġibed rendikont komprensiv tal-gwerra permezz tad-dokumentarju rebbieħ tiegħu “Cries from Syria”, li ġie inkluż bħala selezzjoni uffiċjali tal-Festival tal-Films Sundance tal-2017. Fl-2022, huwa għamel film ieħor dwar l-Ukrajna: “Freedom on fire: Ukraine's fight for freedom” Il-film jiddokumenta l-istadji bikrin tal-invażjoni reċenti, u juri l-konsegwenzi devastanti tal-gwerra fuq il-ħajja taċ-ċittadini normali Ukreni.

KESE Info intervistah dwar xogħolu bħala produttur tal-films li jiddokumenta l-gwerer.

Eugene Afineevsky: “Individwalment aħna qatra ilma, iżda lkoll flimkien oċean”

KESE info: Bdejt taħdem dwar l-Ukrajna xi snin ilu bil-film innominat għall-Oscars “Winter on Fire: Ukraine’s Fight for Freedom”, u issa rritornajt b’film ieħor “Freedom on Fire: Ukraine’s Fight for Freedom”. Dan il-film huwa t-tieni parti tal-ewwel storja?

Eugene Afineevsky: “Winter on Fire” kien kampanja għall-paċi. Fi Frar 2022, ħassejt l-urġenza bħala direttur tal-films li mmur lura għal dik l-istorja u nuri kif hija marbuta mal-gwerra tal-lum. Għalhekk ma nistax ngħid li “Freedom on Fire” huwa sequel. Dak li jagħmel huwa li jagħti l-istampa kollha minn Maidan sa fejn ninsabu issa. Biex tkun taf, din il-gwerra ilha għaddejja tmien snin. Hija ġlieda għad-dinjità, għal-libertà u għad-drittijiet tal-bniedem.

Read more in all languages

KESE info: Bdejt taħdem dwar l-Ukrajna xi snin ilu bil-film innominat għall-Oscars “Winter on Fire: Ukraine’s Fight for Freedom”, u issa rritornajt b’film ieħor “Freedom on Fire: Ukraine’s Fight for Freedom”. Dan il-film huwa t-tieni parti tal-ewwel storja?

Eugene Afineevsky: “Winter on Fire” kien kampanja għall-paċi. Fi Frar 2022, ħassejt l-urġenza bħala direttur tal-films li mmur lura għal dik l-istorja u nuri kif hija marbuta mal-gwerra tal-lum. Għalhekk ma nistax ngħid li “Freedom on Fire” huwa sequel. Dak li jagħmel huwa li jagħti l-istampa kollha minn Maidan sa fejn ninsabu issa. Biex tkun taf, din il-gwerra ilha għaddejja tmien snin. Hija ġlieda għad-dinjità, għal-libertà u għad-drittijiet tal-bniedem.

X’ġiegħlek tagħmel dak l-ewwel film dwar l-Ukrajna?

Ikolli ngħid Maidan u meta skoprejt il-qlubija tal-poplu Ukren. Iddefendew drittijiethom, twemminhom. Iddefendew futur indipendenti għall-Ukrajna bħala pajjiż magħqud li jagħmel parti minn nazzjonijiet Ewropej ħielsa. Huwa dak li rajt u dak li wassalni biex nerġa’ naqbad l-istorja s-sena l-oħra u nkompli bis-saga.

Hemm xi storja partikolarment memorabbli mill-esperjenza tiegħek mal-Ukreni f’pajjiżhom li tixtieq taqsam magħna?

Daqs kemm hemm. Imma hemm waħda li nirrakkonta meta nisma’ lin-nies jgħidu li ma nistgħux nibdlu l-istorja. Meta kont f’Maidan, dik ix-xitwa kiesħa tal-2013-2014, kien hemm poster b’qatra kbira ilma, li kien jgħid “Individwalment aħna qatra ilma, iżda lkoll flimkien oċean”. Rajt lill-poplu Ukren jingħaqad flimkien, u juri lill-gvern li kellu l-vuċi, is-setgħa u r-rieda li jibdel l-istorja tiegħu bħala nazzjon – u li jagħmel dan. Fi 93 jum, persuni minn gruppi soċjali differenti, sinjuri u foqra, żgħażagħ u anzjani, laħqu l-għanijiet tagħhom billi aġixxew flimkien u rrispettaw lil xulxin. Naħseb li llum il-ġurnata dak li huwa importanti huwa li nkunu magħqudin.

X’tistenna mill-UE, mill-pajjiżi Ewropej u mis-soċjetà ċivili biex jgħinu lill-Ukreni f’din il-gwerra?

L-UE tfisser għaqda, unifikazzjoni. Naħseb li issa huwa l-waqt li nwaqqfu t-tielet gwerra dinjija milli ssir realtà. Aktar ma naċċettaw dan malajr, aktar ma d-dinja tkun magħquda malajr. L-Ukreni mhumiex qed jitolbu lin-nies minn pajjiżi oħra biex imorru jiġġieldu magħhom, iżda biex jgħinuhom jirbħu din il-gwerra. U din hija xi ħaġa sabiħa – id-dinja, ilkoll kemm aħna li nappoġġjaw lill-Ukrajna biex intemmu din il-gwerra.

Iddedikajt dan il-film lill-ġurnalisti li qed jirriskjaw ħajjithom illum. Ir-reporters u l-attivisti kemm huma importanti fi żmien ta’ gwerra?

Għamilt din l-istqarrija fl-ewwel film tiegħi u nkompli nirrepetiha, għax ħdimt ma’ ġurnalisti fuq il-post u xi wħud minnhom m’għadhomx magħna. L-istatistika turi li kien hemm ġurnalisti, diretturi tal-films Ukreni u reporters li mietu fl-ewwel xhur tal-gwerra, li kienu l-aktar krudili. Madankollu, din il-gwerra mhijiex qed tiġi miġġielda biss fuq il-post, iżda wkoll fil-media. L-arma prinċipali hija l-propaganda: jekk gidba tirrepetiha biżżejjed drabi, issir il-verità, biex nirrepeti l-filosofija ta’ Joseph Goebbels.

L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna litteralment tinsab fuq l-għatba tal-Ewropa, b’impatt qawwi fuq il-pajjiżi Ewropej. Xi ngħidu dwar l-Istati Uniti? Kif irreaġixxew in-nies hemmhekk? Kien hemm xi mobilizzazzjoni mill-NGOs u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili?

Il-Gvern Amerikan qed jgħin kemm jista’, iżda hawnhekk, f’Hollywood, ma tantx jitkellmu dwar l-Ukrajna. Xi networks għadhom qed ikopru l-gwerra iżda mhux il-media ewlenija. L-NGOs ilhom fuq il-post mill-bidu nett jgħinu lin-nies, iżda s-soċjetà inġenerali għandha fehmiet differenti u din hija r-realtà tal-gwerra. Aħna ffukati fuq ħafna affarijiet oħra u għalija, bħala direttur tal-films, ninsab imnikket meta nara li ma tantx hemm films politiċi. Jidher li Hollywood qed tipprova tastjeni ruħha minn sitwazzjonijiet politiċi. Imma fl-aħħar mill-aħħar, jekk fl-Ukrajna jintlaqat impjant nukleari, dan huwa prezz li jkollu jħallas kulħadd.

Iddiriġejt ukoll “Cries from Syria” fl-2017, film ieħor iddedikat għall-gwerra u l-kunflitt. X’wasslek biex tagħmel dak id-dokumentarju? Irnexxielek tiġbed l-attenzjoni għal din it-traġedja?

Bid-dokumentarju tiegħi “Cries from Syria” ippruvajt nixħet dawl fuq x’ġara fis-Sirja mill-bidu nett sal-kriżi kbira tar-refuġjati. Ħafna min-nies fi “Cries from Syria” issa huma mejta. L-istess ġara bil-films dwar l-Ukrajna. Ippruvajt nispjega lid-dinja li ma kinitx kunflitt lokali iżda gwerra. Ippruvajt ukoll inlaqqa’ attivisti u voluntiera, iżda l-aktar importanti, ippruvajt inlaqqa’ lill-ġurnalisti mal-ġurnalist tal-ewwel linja li għandu r-rwol ewlieni fil-film. Fl-aħħar film tiegħi, urejt l-aktar ħaġa importanti – il-gwerra tal-media – peress li qattajt ħafna żmien fil-bliet u fl-isfera tal-media li turi x’inhi l-propaganda. F’ċertu sens, irrid nirrakkonta l-istejjer importanti ta’ żminijietna u nippermetti lil dawk li qed jgħixuhom isemmgħu leħinhom b’mod qawwi u ċar, biex jedukaw lid-dinja u jibagħtu sejħa għall-azzjoni. Għalija kull film għandu tliet għanijiet: sensibilizzazzjoni, attiviżmu u azzjoni.

Taħseb li ksibt l-għanijiet tiegħek bil-films tiegħek?

Dażgur! Naħseb li dan huwa dak li jħeġġiġni nkompli. Rajt id-differenza li għamlu l-films tiegħi, kull darba li ispiraw azzjoni politika. Rajt kif in-nies bidlu fehmiethom wara li raw il-films tiegħi dwar is-Sirja u l-Ukrajna. Matul is-sessjonijiet pubbliċi, in-nies dejjem jistaqsu: “Għidilna kif nistgħu ngħinu! X'nistgħu nagħmlu?” Din hija mistoqsija li nisma’ kważi kull darba. Xi ħaġa li verament tispirani u nħossni kburi.

X’se jkun il-proġett li jmiss tiegħek? Għandek xi ħaġa f’moħħok?

Le, mhux bħalissa. L-ewwel jeħtieġ li ntemmu din il-gwerra. Għax jekk din il-gwerra tkompli tikber, mhux se jkun hemm bżonn ta’ diretturi tal-films, u Hollywood mhux se tibqa’ teżisti. Magħqudin biss nistgħu nirbħu din il-gwerra ibrida, fuq il-post fl-Ukrajna u fil-media, minħabba li l-propaganda u l-gideb jistgħu faċilment jaqsmu l-fruntieri tal-UE jew tal-Istati Uniti; ma għandhomx bżonn viża. Jivvjaġġaw b’mod ħieles, u dan qiegħed jintnesa minn kulħadd f’Hollywood, fl-Istati Uniti, u fid-dinja kollha.

It-trailer għal “Freedom on Fire”.
Aqra aktar dwar il-film hawnhekk.

Aħbarijiet tal-KESE

Wasal iż-żmien għal Patt Blu tal-UE: il-KESE jniedi ħidma dwar l-ilma

Peress li l-iskarsezza tal-ilma u t-tniġġis qed ikomplu joħolqu sfidi globali, il-qafas ta’ politika attwali tal-UE jidher li mhuwiex biżżejjed. Biex jindirizzaw dan, għadd ta’ esperti tal-ogħla livell dwar l-ilma ltaqgħu fil-KESE fis-27 ta’ Frar biex jidentifikaw soluzzjonijiet potenzjali. Is-seduta tinawgura l-ħidma tal-KESE dwar l-ilma. 

Read more in all languages

Peress li l-iskarsezza tal-ilma u t-tniġġis qed ikomplu joħolqu sfidi globali, il-qafas ta’ politika attwali tal-UE jidher li mhuwiex biżżejjed. Biex jindirizzaw dan, għadd ta’ esperti tal-ogħla livell dwar l-ilma ltaqgħu fil-KESE fis-27 ta’ Frar biex jidentifikaw soluzzjonijiet potenzjali. Is-seduta tinawgura l-ħidma tal-KESE dwar l-ilma. 

Il-KESE qed iħejji sensiela ta’ Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja u, fil-ħarifa, se jaqsam ir-rakkomandazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-futur tal-ilma fl-UE.

Fis-sajf tal-2022, l-Ewropa esperjenzat l-aktar nixfiet severi f’dawn l-aħħar 500 sena. Minkejja li l-Patt Ekoloġiku tal-UE għandu proposti li jindirizzaw kwistjonijiet dwar l-ilma, dawn l-objettivi mhumiex integrati sew fil-politiki kollha tal-UE. Hemm bżonn ta’ bidla fl-iskala biex jiġu evitati l-iżbalji li saru qabel fil-politika tal-enerġija. 

Il-President tal-KESE, Christa Schweng, qalet: “L-UE għandha l-opportunità li tkun minn ta’ quddiem nett fil-qasam tal-ilma.”

Barra minn hekk, dan l-aħħar il-Parlament Ewropew talab strateġija komprensiva tal-UE dwar l-ilma Pernille Weiss, President tal-Grupp ta’ Membri tal-Parlament Ewropew dwar l-Ilma, qalet: “Nittama li l-Ewropa ssir xempju ta’ kif nieħdu ħsieb ir-riżorsi tal-ilma.”

Il-KESE se jħabrek favur strateġija komprensiva tal-UE dwar l-ilma permezz ta’ sensiela ta’ Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, inklużi proposti dwar il-ħarsien tar-riżorsi ta’ ilma nadif; l-antiċipazzjoni u l-mitigazzjoni tal-effetti tal-kunflitti internazzjonali kkawżati minn kwistjonijiet relatati mal-ilma; u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma.

Pietro Francesco De Lotto, President tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), ġibed l-attenzjoni għad-dimensjoni industrijali tal-ilma: “It-teknoloġija effiċjenti fl-użu tal-ilma tagħmel parti importanti mis-soluzzjoni li neħtieġu, mhux biss għall-industrija, iżda għas-soċjetà kollha kemm hi.”

Salla Saastamoinen, Deputat Direttur Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), qalet: “Il-JRC jikkondividi l-ambizzjoni tal-KESE favur approċċ olistiku għall-ġestjoni tal-ilma.”

Oliver Röpke, President tal-Grupp tal-Ħaddiema fil-KESE, saħaq fuq l-importanza tal-ilma bħala dritt tal-bniedem: “Is-solidarjetà u s-sostenibbiltà għandhom ikunu fil-qalba tas-soluzzjonijiet tagħna.” (gb)

Sviatlana Tsikhanouskaya fil-KESE: “Il-Belarussja ma għandhiex tkun il-premju ta’ konsolazzjoni ta’ Putin”

Fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Frar, Sviatlana Tsikhanouskaya, mexxejja tal-oppożizzjoni demokratika Belarussa, appellat lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jappoġġjaw lill-poplu Belarussu fil-ġlieda tiegħu kontra l-awtoritarjaniżmu. Il-Belarussja jistħoqqilha tkun parti mill-familja Ewropea, hija qalet, u dan jista’ jkun possibbli biss permezz tal-appoġġ attiv tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE. 

Read more in all languages

Fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Frar, Sviatlana Tsikhanouskaya, mexxejja tal-oppożizzjoni demokratika Belarussa, appellat lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jappoġġjaw lill-poplu Belarussu fil-ġlieda tiegħu kontra l-awtoritarjaniżmu. Il-Belarussja jistħoqqilha tkun parti mill-familja Ewropea, hija qalet, u dan jista’ jkun possibbli biss permezz tal-appoġġ attiv tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE. 

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qed tmur għall-agħar fil-Belarussja, b’madwar 1,500 ċittadin jinżammu detenuti għal raġunijiet politiċi, u kuljum medja ta’ 17-il persuna jintbagħtu l-ħabs. 

Il-President tal-KESE Christa Schweng qalet: “Il-politiċi kollha b’tendenzi awtoritarji jibżgħu mill-poplu tagħhom. Huma jibżgħu mis-soċjetà ċivili u r-rwol tagħha biex jiġu involuti forzi kreattivi ġodda sabiex ikunu jistgħu jfeġġu u jwettqu l-bidla”.

Is-Sinjura Tsikhanouskaya enfasizzat il-konnessjoni diretta bejn il-liberazzjoni tal-Belarussja u tal-Ukrajna: “Il-futur tal-Ewropa qed tiġi deċiża fil-kampijiet tal-battalja tal-Ukrajna, fir-reżistenza klandestina tal-Belarussja, u naturalment fil-bliet kapitali Ewropej”. Hija appellat lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jappoġġjaw lin-nies li qed jiġġieldu fuq il-post u li jinsabu eżiljati, u ssuġġeriet li s-Sħubija tal-Lvant terġa’ tingħata l-ħajja li, li l-gvern Belarussu kien irtira minnha fl-2021, bil-kooperazzjoni mal-oppożizzjoni Belarussja. 

“Nappellaw lill-awtoritajiet biex jirrilaxxaw minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-persuni u lit-trejdjunjonisti arrestati ”, qal il-President tal-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE Oliver Röpke.

“Bħala rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, aħna ninsabu lesti biex inkunu l-vuċi tagħkom fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex nippromovu l-ideat tagħkom li fil-fehma tagħkom jistgħu jgħinu s-sitwazzjoni fil-Belarussja”, enfasizza Stefano Mallia, President tal-Grupp ta' Min Iħaddem tal-KESE.

Il-Viċi President tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili Simo Tiainen qal: “Sinjura Tsikhanouskaya, inti mara b’saħħitha u kuraġġuża. Inti taħdem bla biża’ għal futur aħjar għall-pajjiżek. Aħna ninsabu viċin tiegħek. Il-futur tal-Belarussja mhuwiex id-dittatorjat, iżda d-demokrazija. (mt)
 

L-appoġġ għas-soċjetà ċivili Ukrena għandu jkompli “sakemm ikun hemm bżonn”

Jum biss qabel l-anniversarju tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, il-KESE adotta Riżoluzzjoni li tappella għall-adeżjoni rapida tal-Ukrajna mal-UE b’rispett dovut għall-prinċipji tat-tkabbir. Il-KESE appoġġja l-istabbiliment ta’ tribunal internazzjonali speċjali dwar id-delitti ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, u enfasizza li s-soċjetà ċivili trid tkompli tappoġġja lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ.

Read more in all languages

Jum biss qabel l-anniversarju tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, il-KESE adotta Riżoluzzjoni li tappella għall-adeżjoni rapida tal-Ukrajna mal-UE b’rispett dovut għall-prinċipji tat-tkabbir. Il-KESE appoġġja l-istabbiliment ta’ tribunal internazzjonali speċjali dwar id-delitti ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, u enfasizza li s-soċjetà ċivili trid tkompli tappoġġja lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ.

Il-KESE adotta t-tielet Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Ukrajna, bl-isem L-Ukrajna: Sena wara l-invażjoni Russa – il-perspettiva tas-soċjetà ċivili Ewropea, waqt is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Frar. Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata waqt dibattitu ma’ Oleksandra Matviichuk, kap taċ-Ċentru tal-Libertajiet Ċiviċi tal-Ukrajna u rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi għall-2022, u Lora Pappa, president tal-NGO Griega METAdrasi – Azzjoni għall-Iżvilupp tal-Migrazzjoni, dwar l-impatt tal-gwerra fuq in-nies fl-Ukrajna u fl-UE.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu, il-KESE saħaq favur l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Unjoni Ewropea. “Nappellaw għal proċess ta’ adeżjoni rapidu għall-Ukrajna mal-UE b’rispett dovut għall-prinċipji tat-tkabbir. Is-soċjetà ċivili Ukrajna u l-poplu Ukren jibqgħu l-ogħla prijorità għall-KESE,” qalet il-President tal-KESE Christa Schweng.

Ir-Riżoluzzjoni tappella biex jiġi stabbilit tribunal internazzjonali speċjali għad-delitti ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. F’diskors emozzjonali, is-Sinjura Matviichuk irrapportat in-numru bla preċedent ta’ delitti tal-gwerra mwettqa mit-truppi Russi: “Sinjura Matviichuk irrapportat in-numru bla preċedent ta’ delitti tal-gwerra mwettqa mit-truppi Russi: “Wasal iż-żmien li l-kliem nibdluh f’deċiżjonijiet u li tingħata s-setgħa lill-proċeduri legali, għaliex il-paċi dejjiema hija impossibbli mingħajr ġustizzja."

Seamus Boland, il-president tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, qal li “Aħna wkoll nappoġġjaw is-sejħa biex jiġi stabbilit tribunal internazzjonali speċjali għad-delitti ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna”.

Sena wara l-invażjoni, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili taw l-appoġġ tagħhom lil 8 miljun refuġjat u 6 miljun persuna spostata internament. Madankollu, “l-għeja qed tibda tidher,” ilmentat is-Sinjura Pappa.

Oliver Röpke, president tal-Grupp tal-Ħaddiema, qal li “Is-soċjetà ċivili Ukrena m’għandhiex tkun mistiedna hawn, għandha tkun minn ta’ ġewwa,” mentri Stefano Mallia, president tal-Grupp ta’ Min Iħaddem, żied jgħid li “Is-soċjetà ċivili lesta tagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn u sakemm ikun hemm bżonn biex tappoġġja lill-Ukrajna fit-triq lejn l-irkupru”. (mt)

Il-kumpaniji Ewropej qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex isibu ħaddiema kwalifikati

Fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-22 ta’ Frar, il-KESE kellu dibattitu li wissa dwar id-diffikultà dejjem akbar tal-kumpaniji biex isibu forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati, u enfasizza l-ħtieġa urġenti għal strateġija komprensiva dwar il-ħiliet fil-livelli kollha. 

Read more in all languages

Fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-22 ta’ Frar, il-KESE kellu dibattitu li wissa dwar id-diffikultà dejjem akbar tal-kumpaniji biex isibu forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati, u enfasizza l-ħtieġa urġenti għal strateġija komprensiva dwar il-ħiliet fil-livelli kollha. 

Id-dibattitu ġie organizzat fil-kuntest tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet u b’rabta mal-adozzjoni tal-Opinjoni tal-KESE dwar “Appoġġ għall-iżviluppi fis-suq tax-xogħol”. Fost il-parteċipanti għad-dibatititu kien hemm id-Direttur għall-Impjiegi, ix-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tal-OECD Stefano Scarpetta, il-Viċi President ta’ SMEunited Marianna Panebarco, u l-President ta’ Social Economy Europe, Juan Antonio Pedreño.

Il-President tal-KESE Christa Schweng fetħet id-dibatittu, u qalet li: “Id-diġitalizzazzjoni, l-ekoloġizzazzjoni, u l-bidla fl-organizzazzjoni tax-xogħol li ġew aċċellerati b’konsegwenza tal-pandemija, urew li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema huma importanti biex jinżammu l-impjegabbiltà u l-produttività tal-ħaddiema, speċjalment fis-soċjetà tagħna li qed tixjieħ”.

Il-kelliema esprimew it-tama tagħhom li s-Sena Ewropea tal-Ħiliet ma tisfax fix-xejn, iżda minflok turi li hija strument biex jiġu promossi t-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid.

Huma enfasizzaw diversi problemi dwar it-taħriġ, fosthom il-parteċipazzjoni limitata tal-ħaddiema għat-taħriġ minħabba, fost oħrajn, in-nuqqas ta’ ħin jew finanzjament, jew li t-taħriġ ma jkunx jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tal-kumpaniji. 

Saret enfasi fuq ir-rwol vitali li l-imsieħba soċjali jista’ jkollhom biex jippromovu r-rikonoxximent tal-ħiliet biex jgħinu lin-nies jibqgħu impjegabbli. Ġie enfasizzat ukoll ir-rwol tad-djalogu soċjali bħala strument ewlieni biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet u jiġu żviluppati l-ħiliet fil-postijiet tax-xogħol.

Saret enfasi speċjali fuq l-SMEs, kemm fl-Opinjoni tal-KESE kif ukoll fid-dibattitu, peress li dawn diġà qed isibuha diffiċli biex isibu ħaddiema kwalifikati jew biex joffru programmi ta’ taħriġ mfassla apposta. 

“It-trasformazzjoni tas-suq tax-xogħol Ewropew teħtieġ fehim tajjeb ta’ liema tip ta’ ħiliet huma meħtieġa għat-trasformazzjonijiet futuri tas-suq tax-xogħol, inkluż fl-SMEs,” qalet Mariya Mincheva, relatur tal-Opinjoni tal-KESE. 

Fl-Opinjoni, il-KESE saħaq li t-tagħlim tul il-ħajja għandu jsir parti integrali minn strateġiji usa’ ta’ tkabbir ekonomiku u pjani għall-irkupru u r-reżiljenza. Huwa ssuġġerixxa wkoll li l-SMEs għandhom jiġu mħeġġa jaħdmu f’networks li jinteraġixxu u jiġbru flimkien il-kapaċitajiet tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni doppja.

L-istimi juru li 128 miljun Ewropew se jkollhom itejbu l-ħiliet tagħhom jew jagħmlu taħriġ mill-ġdid sabiex jibqgħu attivi fis-suq tax-xogħol. Il-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, li l-impjiegi tagħhom huma l-aktar f’riskju li jiġu awtomatizzati ħafna, huma l-inqas li jipparteċipaw fit-taħriġ, b’4 % biss jieħdu sehem fl-UE27 matul il-perjodu ta’ żmien osservat. 

Il-parteċipazzjoni tal-adulti b’mod ġenerali hija baxxa wkoll, bi 11 % biss jieħdu sehem f’perjodu partikolari. Il-ħaddiema ta’ bejn il-25 u l-34 sena huma l-aktar probabbli li jattendu taħriġ, bir-rata ta’ attendenza tagħhom hija ta’ 22 %, meta mqabbla mar-rata ta’ 8 % biss għall-gruppi ta’ età kollha. (ll)
 

Kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien: Il-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tgħin biex iżomm ’il bogħod l-impatt ta’ dawn fuq il-ħajja u n-negozji lokali

F’Rapport ta’ Opinjoni fi Frar, il-KESE jenfasizza li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom jiġu mħeġġa jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt biex jaraw kif il-kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien permezz ta’ pjattaformi online qed jaffettwa l-ħajja tar-residenti u n-negozji lokali, bħal lukandi u faċilitajiet oħra ta’ ospitalità.

Read more in all languages

F’Rapport ta’ Opinjoni fi Frar, il-KESE jenfasizza li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom jiġu mħeġġa jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt biex jaraw kif il-kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien permezz ta’ pjattaformi online qed jaffettwa l-ħajja tar-residenti u n-negozji lokali, bħal lukandi u faċilitajiet oħra ta’ ospitalità.

Ir-rapport jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-KESE dwar ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea dwar kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien . Il-KESE jixtieq li l-Kummissjoni tirrakkomanda li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jivvalutaw perjodikament kif l-attivitajiet ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien qed ikollhom impatt, direttament jew indirettament, fuq il-potenzjal tat-turiżmu lokali, il-ħajja tar-residenti lokali, l-akkomodazzjoni disponibbli għall-kiri fit-tul, is-suq lokali tal-akkomodazzjoni, l-għoli tal-ħajja fiż-żona, l-impjiegi, it-tniġġis, ir-rispett tat-tradizzjonijiet u n-negozji lokali.

L-isplużjoni riċenti fil-kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien permezz ta’ pjattaformi online, li issa jammonta għal madwar kwart tal-akkomodazzjoni turistika kollha fl-UE, poġġiet pressjoni fuq bosta komunitajiet. Filwaqt li xi reġjuni u bliet inqas magħrufa ggwadanjaw mill-iżvilupp tat-turiżmu lokali permezz tal-kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien aktar affordabbli, destinazzjonijiet turistiċi aktar popolari qed jilħqu punt kruċjali. F’Venezja u Firenze jew Barċellona, biex insemmu wħud minn dawn, il-kompetizzjoni poġġiet lil lukandi u stabbilimenti konvenzjonali oħra f’pożizzjoni ta’ kunflitt ma’ Airbnb u pjattaformi online oħra, u l-ħajja lokali kważi nbidlet f’waħda ta’ konġestjoni.

“Dak li sibna interessanti huma l-effetti sekondarji potenzjali tar-Regolament”, qalet Marinel Dănuț Mureșan, ir-relatur tal-Opinjoni. “Għalkemm ir-Regolament innifsu huwa biss dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data dwar l-akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien fil-livell tal-UE, indirettament, jekk l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jiksbu din id-data mill-pjattaformi, nistgħu niksbu iktar riżultati sostanzjali. Il-valutazzjonijiet tal-impatt ikunu għodda ewlenija għal dawk li jfasslu l-politika.”

Il-KESE ssuġġerixxa wkoll sistema ta’ poloz ta’ assigurazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-ospitanti. Dawn jistgħu jissostitwixxu proċeduri ta’ awtorizzazzjoni onerużi, li r-Regolament jgħid li l-awtoritajiet lokali għandhom jevitaw li jimponuhom fuq in-negozji tal-kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien, iżda ma jgħidx kif. Dawn il-poloz tal-assigurazzjoni jkopru l-biċċa l-kbira tar-riskji li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien, u jħallu f’idejn l-assiguraturi biex jivverifikaw il-konformità tal-ospitant mar-regoli.

Proposti oħra tal-KESE biex jittejjeb ir-Regolament jinkludu proċess ta’ reġistrazzjoni semplifikat b’format uniformi madwar l-UE kollha u approċċ standardizzat għal-livell ta’ informazzjoni meħtieġ għall-attivitajiet kollha tal-kiri ta’ akkomodazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien. (dm)

Hemm bżonn urġenti ta’ ftehim dwar ir-riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika

Matul is-sessjoni plenarja tiegħu tal-24 ta’ Frar, il-KESE adotta Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tiddeskrivi l-proposti tagħha għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika. Hemm bżonn ta’ ftehim rapidu, iżda l-pjan huwa nieqes mid-dettall, jenfasizza l-KESE.

Read more in all languages

Matul is-sessjoni plenarja tiegħu tal-24 ta’ Frar, il-KESE adotta Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tiddeskrivi l-proposti tagħha għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika. Hemm bżonn ta’ ftehim rapidu, iżda l-pjan huwa nieqes mid-dettall, jenfasizza l-KESE.

Mill-Ftehim ta’ Maastricht fl-1992, il-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE għen jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-istabbiltà ekonomika, it-tkabbir u livell ogħla ta’ impjiegi fl-Ewropa. Madankollu, filwaqt li evolva maż-żmien, il-qafas sar dejjem aktar kumpless u mhux l-istrumenti u l-proċeduri kollha tiegħu għadhom rilevanti llum il-ġurnata. 

Filwaqt li l-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa għal ftehim rapidu qabel il-proċessi baġitarji tal-Istati Membri għall-2024, huwa jenfasizza wkoll li ħafna dettalji għad iridu jiġu ffinalizzati. Il-“pjani strutturali fiskali” jridu jiżguraw li l-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG jitbaxxew jew jibqgħu f’livelli prudenti. Fl-istess ħin, ir-regoli jridu jħallu biżżejjed spazju fiskali għall-investimenti relatati mat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. B’mod aktar importanti, biex qafas riformat jirnexxi, is-sjieda mtejba tar-regoli hija kruċjali. 

“Huwa urġenti li jiġi riformat il-qafas fiskali. Ħafna Stati Membri ma kkonsolidawx biżżejjed il-finanzi pubbliċi tagħhom matul żminijiet tajbin,” qal ir-relatur tal-KESE Krister Andersson. “In-nuqqas ta’ politiki prudenti jagħmel ħsara lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. It-tnaqqis fil-livelli tad-dejn u s-sostenibbiltà tad-dejn huma kruċjali. Naqblu dwar il-ħtieġa għal ftehim rapidu qabel il-proċessi baġitarji tal-Istati Membri għall-2024.” (tk)

Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli 2023: Komunikazzjoni tajba għandha turi l-benefiċċji tal-proġett Ewropew

F’Opinjoni adottata fit-23 ta’ Frar, il-KESE kkummenta dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli 2023, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti fil-komunikazzjoni tal-isfidi li qed tiffaċċja l-UE, u x’jeħtieġ li jsir biex dawn jingħelbu. 

Read more in all languages

F’Opinjoni adottata fit-23 ta’ Frar, il-KESE kkummenta dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli 2023, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti fil-komunikazzjoni tal-isfidi li qed tiffaċċja l-UE, u x’jeħtieġ li jsir biex dawn jingħelbu. 

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli 2023, li jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-politika ekonomika u tal-impjiegi għall-UE għat-12 sa t-18-il xahar li ġejjin, għandu l-għan li jtaffi l-impatt negattiv tax-xokkijiet fl-enerġija fuq terminu qasir, irawwem tkabbir sostenibbli u inklużiv u jżid ir-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-UE fit-terminu medju. 

Fl-Opinjoni tiegħu, il-Kumitat laqa’ l-prijoritajiet stabbiliti fir-rigward tas-sostenibbiltà kompetittiva, kif ukoll l-attenzjoni mogħtija lit-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-UE. Barra minn hekk, il-KESE enfasizza l-importanza ta’ komunikazzjoni tajba u appella lill-Kummissjoni biex tinvesti fiha. Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, il-KESE appella għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, kompetizzjoni effettiva u kunsiderazzjoni aħjar tat-tħassib tas-soċjetà ċivili. Il-Kumitat ħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jadottaw approċċ realistiku, moderat u bbilanċjat meta jindirizzaw l-inflazzjoni. 

“Diskors b’saħħtu, affidabbli u konġunt dwar l-isfidi tagħna u kif l-UE mmobilizzat biex tegħlibhom huwa fundamentali għaċ-ċittadini, u se jevita nuqqas ta’ fehim dwar il-proġett Ewropew u jagħti spinta lill-idea ta’ ‘Ewropa għal Kulħadd’”, ikkummenta r-relatur tal-KESE Gonçalo Lobo Xavier. (tk)

Tazza nofsha mimlija: l-atturi tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili jinsabu mħassbin iżda wkoll kunfidenti dwar il-futur tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa

Il-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2023 tal-KESE, mill-1 sat-3 ta’ Marzu, ressqu sett ta’ proposti biex mhux biss jipproteġu iżda wkoll jwessgħu l-ispazju ċiviku tal-UE u jiżguraw li l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ ikollhom pedament sod biex jibnu fuqu soċjetà ċivili vibranti.

Read more in all languages

Il-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2023 tal-KESE, mill-1 sat-3 ta’ Marzu, ressqu sett ta’ proposti biex mhux biss jipproteġu iżda wkoll jwessgħu l-ispazju ċiviku tal-UE u jiżguraw li l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ ikollhom pedament sod biex jibnu fuqu soċjetà ċivili vibranti.

L-avveniment ta’ tlett ijiem sar mill-1 sat-3 ta’ Marzu bit-titolu “L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili: pilastru tad-demokrazija u attur ewlieni biex jingħelbu l-isfidi attwali”. L-avveniment fetaħ b’sejħa biex l-ispazju ċivili fl-UE jissaħħaħ kontra theddid intern u estern, u għalaq bil-preżentazzjoni ta’ sett ta’ konklużjonijiet imfassla minn tmien workshops interattivi. Il-proposti jkopru kwistjonijiet ewlenin għall-futur tas-soċjetà ċivili, u jvarjaw mill-elezzjonijiet tal-UE tal-2024, sal-futur tal-panels taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-UE, is-Semestru Ewropew, u l-finanzjament tas-soċjetà ċivili u temi oħrajn.

Fil-ftuħ, il-President tal-KESE Christa Schweng enfasizzat li l-KESE kemm-il darba ġibed l-attenzjoni għat-theddid li qed jifni s-soċjetà ċivili. “Huwa għalhekk li aħna ċari daqs il-kristall fir-rispons tagħna dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea tal-Kummissjoni. Stedinna lill-Kummissjoni tistabbilixxi pilastru speċifiku għas-soċjetà ċivili u wassalna l-appell tal-organizzazzjonijiet u n-networks tas-soċjetà ċivili Ewopea għal Strateġija tas-Soċjetà Ċivili Ewropea.”

Dubravka Šuica, Kummissarju Ewropew għad-Demokrazija u d-Demografija, qablet li “ma nistgħux nieħdu d-demokrazija bħala fatt. Ma nistgħux nissottovalutaw is-soċjetà ċivili tagħna.” Hija enfasizzat l-azzjoni tal-Kummissjoni b’reazzjoni għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, bi 80 % tal-inizjattivi leġiżlattivi din is-sena li huma riżultat dirett tal-proposti taċ-ċittadini fil-Konferenza. “Ħadna l-impenn tagħkom bis-serjetà. Aħna ħadna bis-serjetà l-proposti tal-Konferenza.”

Madwar 500 parteċipant ħadu sehem f’dan l-avveniment, li sar b’attendenza fiżika biss għall-ewwel darba minn meta bdiet il-pandemija tal-COVID-19.

Il-konklużjonijiet sħaħ dalwaqt ser jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-KESE. Il-KESE ser jiżgura wkoll li jaslu għand l-istituzzjonijiet l-kbar tal-UE.

L-avvenimenti tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili huma organizzati mill-KESE f’kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Kuntatt tiegħu, li jlaqqa’ flimkien l-organizzazzjonijiet u n-networks tas-soċjetà ċivili pan-Ewropej.

Aħbarijiet mill-Gruppi

Triq ġdida għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Sena wara l-invażjoni mhux ġustifikata tal-Ukrajna mir-Russja, il-Grupp ta’ Min Iħaddem iltaqa’ mal-mexxejja tal-organizzazzjonijiet Ukreni tan-negozju għal diskussjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozju fl-Ukrajna u biex jikseb informazzjoni diretta dwar dak li għandhom bżonn attwalment il-kumpaniji Ukreni biex jissopravivu, kif ukoll fid-dawl tar-rikostruzzjoni.

Read more in all languages

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Sena wara l-invażjoni mhux ġustifikata tal-Ukrajna mir-Russja, il-Grupp ta’ Min Iħaddem iltaqa’ mal-mexxejja tal-organizzazzjonijiet Ukreni tan-negozju għal diskussjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozju fl-Ukrajna u biex jikseb informazzjoni diretta dwar dak li għandhom bżonn attwalment il-kumpaniji Ukreni biex jissopravivu, kif ukoll fid-dawl tar-rikostruzzjoni.

Tul din l-aħħar sena, il-PDG tal-Ukrajna naqas bi 30-35 %. Il-kost totali tat-telf dirett huwa vvalutat għal kważi USD 130 biljun.  Skont diversi stimi, bejn 2,5 u 5 miljun persuna tilfu xogħolhom u l-inflazzjoni hija ta’ 26,6 %.

“Peress li ħafna impjegati, klijenti u imsieħba telqu mill-pajjiż, tilfu l-kumpaniji tagħhom fil-bombardamenti u l-attakki bil-bombi, jew marru jiġġieldu fiż-żona tal-ewwel linja, huwa diffiċli li jinżammu livelli għoljin ta’ introjtu, speċjlament għall-SMEs” qalet Kateryna Glazkova, Direttur Eżekuttiv tal-Union tal-Intraprendituri Ukreni. 

Il-kumpaniji jiffaċċjaw għadd ta’ sfidi: ma jistgħux jirbħu lura l-klijenti li tilfu minħabba tfixkil fil-ktajjen tal-provvista, delokalizzazzjoni jew kwistjonijiet oħra; in-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji; is-sens ġenerali ta’ insigurtà u l-fatt li ma jistgħux jesportaw l-oġġetti u s-servizzi tagħhom huma ta’ tħassib għall-biċċa l-kbira tas-CEOs.

Kważi nofs il-kumpaniji membri tal-Assoċjazzjoni tan-Negozji Ewropej huma ottimisti dwar l-iżvilupp tan-negozju tagħhom fl-2023. Dawn huma l-konklużjonijiet tal-istudju Business Forecast 2023 li sar mill-Assoċjazzjoni tan-Negozji Ewropej u l-bank Raiffeisen, bl-appoġġ analitiku ta’ Gradus Research. Ir-riżultati ta’ din is-sena juru deterjorament mistenni fis-sentimenti u l-previżjonijiet tal-maniġment superjuri. Għal finijiet ta’ tqabbil, is-sena l-oħra 83 % tas-CEOs għamlu previżjonijiet pożittivi.

Biex tittejjeb is-sitwazzjoni, il-President tal-Kamra Ukrena tal-Kummerċ, Gennadiy Chyzhykov, enfasizza l-fatt li hemm bżonn li n-negozji jerġgħu jibdew jesportaw. “Din hija kwistjoni ta’ sopravivenza”, qal.

“Huwa kruċjali li nistimolaw l-attivitajiet ta’ esportazzjoni biex nirrestawraw il-ktajjen tal-provvista li ġew interrotti, niksbu imsieħba Ewropej u nitgħallmu mill-esperjenza Ewropea. Għal dan, jeħtieġ li jitkomplew u jittejbu l-Korsiji Ħodor”, qablet Anna Derevyanko, Direttur Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tan-Negozji Ewropej.

“Is-sħubija fil-programm tas-suq uniku wittiet it-triq għan-negozji Ukreni biex jaċċessaw is-suq tal-UE u ħolqot opportunitajiet ġodda potenzjali, iżda l-kummerċ B2B irid jittejjeb sabiex in-negozji Ukreni jkunu jistgħu jiksbu l-assistenza, il-konsultazzjoni u l-kuntatti meħtieġa biex isiru operattivi”, żiedet tgħid Anna Derevyanko.  “Mhijiex tiġrija sprint, iżda maratona”, kompliet tgħid.

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem ilu japoġġja bis-sħiħ l-azzjoni tal-UE biex tassisti lill-Ukrajna fiż-żmien ta’ bżonn tagħha u biex tibda tibni l-Ukrajna mill-ġdid, anke qabel ma tintemm il-gwerra. Impenjajna ruħna mal-kontropartijiet tal-impjegaturi tagħna fl-Ukrajna u ħeġġejna lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE biex jagħmlu dak kollu li hemm bżonn biex jgħinu lill-Ukrajna l-ewwel tissopravivi u mbagħad telgħeb l-aggressjoni tar-Russja. Hekk kif qal il-President Stefano Mallia: “Li nappoġġjaw lill-intrapriżi tal-Ukrajna, pereżempju billi niffaċilitaw l-aċċess għas-suq, huwa ta’ interess fundamentali għall-Ewropa. Dawn l-aħħar xhur urew li l-Ukrajna u l-UE huma msieħba loġiċi. Ejjew nibnu fuq dan il-pedament.”

It-tiswir ta’ Ewropa Soċjali: Il-Parlament Ukren jgħaddi liġi li tipproteġi d-drittijiet soċjali u n-negozjar kollettiv

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Parlament Ukren ivvota favur liġi li ssaħħaħ id-drittijiet soċjali billi tipproteġi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Pass importanti fil-protezzjoni tal-ħaddiema Ukreni u l-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE. 

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Parlament Ukren ivvota favur liġi li ssaħħaħ id-drittijiet soċjali billi tipproteġi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Pass importanti fil-protezzjoni tal-ħaddiema Ukreni u l-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE. 

Il-liġi tistipula li l-ftehimiet kollettivi huma vinkolanti, tiggarantixxi d-dritt tat-trade unions li jinnegozjaw u jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-preferenzi tagħhom fin-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali. Dan jirrikjedi wkoll li l-impjegaturi jipprovdu appoġġ materjali u tekniku għall-attivitajiet tat-trade unions fi ħdan il-kumpanija, u l-finanzjament tal-attivitajiet u l-ispejjeż tal-ftehim kollettiv huwa inkluż fost l-ispejjeż obbligatorji u protetti tal-kumpanija. Il-liġi tagħti wkoll rwol qawwi lit-trade unions fir-rigward ta’ bidliet possibbli fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż id-dritt ta’ veto fuq tkeċċija ta’ attivisti tat-trade unions.

Il-liġi ġiet adottata minn partiti fil-Parlament Ukren fl-ispettru politiku kollu, b’appoġġ importanti miċ-ċentru u l-lemin ċentrali. Il-Grupp tal-Ħaddiema jappoġġja lill-poplu, t-trade unions u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ukreni hekk kif ifittxu li jiksbu l-paċi u l-ġustizzja soċjali f’pajjiż maħkum mill-gwerra. Il-kontribut tagħhom biex titwassal l-għajnuna umanitarja u biex l-ekonomija tibqa’ għaddejja, f’kundizzjonijiet diffiċli u ta’ spiss f’riskju personali, huwa imprezzabbli. Dawn għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, li għandha tibbaża fuq ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u taċ-ċittadini. Dan huwa pass importanti ħafna mhux biss għall-protezzjoni tal-ħaddiema fl-Ukrajna iżda wkoll għall-proċess ta’ adeżjoni mal-UE.  

Il-grupp tal-OSĊ jistiednek tattendi l-konferenza dwar “L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu u jsaħħu d-demokrazija Ewropea”

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea? X’inhi s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet? Għaliex huwa importanti u x’nistgħu nitgħallmu mill-prattiki tajbin fl-Istati Membri tal-UE?

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea? X’inhi s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet? Għaliex huwa importanti u x’nistgħu nitgħallmu mill-prattiki tajbin fl-Istati Membri tal-UE?

Fit-30 ta’ Marzu, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (Grupp OSĊ) tal-KESE se jipprova jwieġeb dawn il-mistoqsijiet u aktar flimkien ma’ membri oħra tal-panel minn istituzzjonijiet Ewropej u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-konferenza tiegħu dwar “L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu u jsaħħu d-demokrazija Ewropea”.

Dan l-avveniment ibridu se jseħħ qabel il-pubblikazzjoni tal-pakkett dwar id-Difiża tad-Demokrazija tal-Kummissjoni Ewropea u r-rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, sabiex jagħti kontribut dwar dawn it-temi.

Il-konferenza fit-30 ta’ Marzu se ssir mid-9:15 a.m. sas-1 p.m. (Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali). Il-parteċipanti jistgħu jingħaqdu mal-avveniment fil-bini tal-KESE fi Brussell jew online permezz tal-pjattaforma tal-vidjokonferenzi Interactio. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fis-26 ta’ Marzu.

Xandira diretta fuq l-internet se tkun disponibbli mill-paġna tal-avveniment, bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż mingħajr bżonn ta’ reġistrazzjoni minn qabel.

Għal aktar informazzjoni u r-reġistrazzjoni, żur il-paġna tal-avveniment: https://europa.eu/!9gPYcm

Għal mistoqsijiet oħrajn, jekk jogħġbok ikteb lil: EU-Democracy@eesc.europa.eu

Soon in the EESC/Cultural events

“Hemm, ’il bogħod mill-għajn”: l-avveniment taż-żgħażagħ tal-KESE jagħlaq b’għoti ta’ ġieħ mużikali lill-Ukrajna

Il-KESE se jospita spettaklu mużikali fl-24 ta’ Marzu bħala parti miċ-ċerimonja tal-għeluq tal-avveniment taż-żgħażagħ tiegħu “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!”. L-ispettaklu se jagħti ġieħ lill-ġlieda tal-Ukrajna għad-demokrazija u l-libertà permezz ta’ kanzunetti li jirrakkontaw stejjer ta’ eroiżmu ordinarju.

Read more in all languages

Il-KESE se jospita spettaklu mużikali fl-24 ta’ Marzu bħala parti miċ-ċerimonja tal-għeluq tal-avveniment taż-żgħażagħ tiegħu “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!”. L-ispettaklu se jagħti ġieħ lill-ġlieda tal-Ukrajna għad-demokrazija u l-libertà permezz ta’ kanzunetti li jirrakkontaw stejjer ta’ eroiżmu ordinarju.

L-ispettaklu, intitolat “Svit za ochi” (Hemm, ’il bogħod mill-għajn), se jittella’ mill-kumpanija teatrali Pollakka Theatre Navpaky. Se jinkludi kompilazzjoni ta’ disa’ kanzunetti li jirrakkontaw l-istejjer ta’ żgħażagħ li qed jiffaċċjaw esperjenzi differenti tal-ħajja f’ambjent li jirrifletti l-avvenimenti attwali fl-Ukrajna.

L-għan tal-ispettaklu huwa li juri li n-nies li qed jiġġieldu b’mod erojku għal-libertà tagħhom mhumiex statwi majestużi tal-bronż, iżda nies ordinarji tad-demm u l-laħam, bil-ħajja tagħhom stess, bil-ferħ u n-niket tagħhom.

Il-kanzunetti se jitkantaw bl-Ukren u se jkunu sottotitolati bl-Ingliż. L-ispettaklu joffri opportunità unika lit-telespettaturi mhux Ukreni biex jesperjenzaw il-kultura Ukrena.

L-ispettaklu se jittella’ matul is-sessjoni finali tal-avveniment annwali taż-żgħażagħ tal-KESE, “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!”, li dis-sena se jsir mit-23 sal-24 ta’ Marzu. Mija u ħames studenti minn 35 skola sekondarja fl-UE u l-pajjiżi kandidati, inklużi l-Ukrajna u l-Moldova, se jiġu Brussell biex jiddibattu dwar id-demokrazija u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika. Se jużaw il-metodi tad-demokrazija parlamentari biex jissuġġerixxu modi biex itejbu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika tal-UE. Il-KESE mbagħad se jiżgura li l-proposti tagħhom jitressqu quddiem l-istituzzjonijiet u dawk li jfasslu l-politiki tal-UE.

L-attendenza għall-ispettaklu hija biss bi stedina, iżda r-reġistrazzjoni tal-ispettaklu se tkun disponibbli fis-sit web tal-KESE.

Ara l-programm sħiħ tal-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!”. (ck/dm)

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Millie Tsoumani (mt)
Chrysanthi Kokkini (ck)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
Joris Vanderlinden (jv)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

March 2023
04/2023

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram