European Economic
and Social Committee
Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE
“Inkunu reqdin sakemm insiru nħobbu!” Leo Tolstoy jikteb dan b’mod brillanti fil-kapulavur etern tiegħu “Il-Gwerra u l-Paċi”.
Vladimir Putin messu qara xogħol il-kompatrijott tiegħu biex jifhem li l-Ewropa jaf kienet rieqda meta r-Russja annessat il-Krimea, iżda li kontinent magħqud li esperjenza żewġ gwerer dinjija fuq artu ma setgħax jibqa’ rieqed għal dejjem.
U hekk ġara: l-Ewropa saret tħobb lill-Ukrajna u stenbħet. Dawn l-aħħar ġranet rajna kontinet li beda jsir iħobb pajjiż li qed jiġġieled kontra l-aggressjoni, jiġġieled għall-awtodeterminazzjoni, il-libertà u l-valuri demokratiċi tiegħu.
Eżatt wara l-bidu tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, l-UE għaddiet miżuri li kienu inkonċepibbli ftit xhur ilu. Il-gwerra fl-Ukrajna qed toħroġ fid-dieher l-umanità tal-UE u taċ-ċittadini tagħha, li qed ipoġġu l-libertà u l-paċi qabel l-interessi u l-kummerċ.
Mal-ħakka t’għajn, l-UE adottat l-akbar pakkett ta’ sanzjonijiet fl-istorja tal-Unjoni, li jolqot lis-sistema finanzjarja tar-Russja, l-industriji ta’ teknoloġija avvanzata u l-elit korrott tagħha. Dawn is-sanzjonijiet se jkollhom impatt qawwi fuq l-ekonomija Russa u fuq il-Kremlin. Se jkunu ta’ spiża wkoll għall-ekonomija Ewropea.
Il-qawmien tal-Ewropa jidher fl-ispettru politiku kollu. Jekk l-Ewropa trid tkompli tgħix fil-paċi, fl-aħħar trid tibni politika barranija b’saħħitha u politika ta’ difiża komuni. It-tabù għeb hekk kif erġajna rajna l-gwerra fil-kontinent tagħna.
L-UE kellha terġa’ tiskopri x-xewqa tagħha għall-paċi biex tkompli tibni l-viżjoni tagħha. Putin, aktar milli qasam l-Ewropa, għaqqadna lkoll fit-triq lejn din il-missjoni.
Aqra l-artikolu kollu f’https://timesofmalta.com/articles/view/the-awakening-of-a-new-europe-stefano-mallia.938838 (dv/kr)