European Economic
and Social Committee
The Grassroots View - It-3 Staġun, Episodju 25 – Ewropa diġitali: bejn regolamentazzjoni u innovazzjoni
L-innovazzjoni diġitali għandha s-setgħa li tittrasforma l-industriji, is-soċjetajiet u l-ħajja tagħna. Tista’ wkoll tkun ta’ theddida jekk ma tkunx regolata kif suppost. F’dan l-episodju ta’ The Grassroots View, aħna nieħdu kont tat-trasformazzjoni diġitali fl-Ewropa. L-UE fejn tinsab meta mqabbla mal-bqija tad-dinja? X’inhuma l-isfidi u l-opportunitajiet li għandna quddiemna? Kif tista’ l-Ewropa tiżgura u żżomm pożizzjoni kompetittiva, u fl-istess ħin tissalvagwardja d-drittijiet u l-benesseri tal-poplu tagħha?
Nesploraw il-kwistjonijiet u nfittxu tweġibiet ma' Tanya O'Carroll, esperta fit-teknoloġija u d-drittijiet tal-bniedem, Jennifer Baker, ġurnalista bbażata fi Brussell li tispeċjalizza fit-teknoloġija, il-politika u l-leġiżlazzjoni diġitali, u l-membri tal-KESE Gonçalo Lobo Xavier (Grupp ta' Min Iħaddem), direttur ġenerali fil-Konfederazzjoni tal-Intrapriżi tal-Portugall (APED), Franca Salis-Madinier (Grupp tal-Ħaddiema), viċi-president tal-Osservatorju tat-Tranżizzjoni Diġitali u tas-Suq Uniku tal-KESE, u Giuseppe Guerini (Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili), president tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Kooperattivi Industrijali u tas-Servizzi. (tk)