F’Jannar 2022, il-KESE adotta Opinjoni li ndirizzat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2022, waqt li tqiesu ċ-ċirkostanzi attwali.

Ir-relatur Juraj Sipko kkumenta: “Waħda mill-isfidi ewlenin għall-ekonomija taż-żona tal-euro hija kif għandna nindirizzaw l-akkumulazzjoni ta’ livelli għoljin ta’ dejn pubbliku, il-livell għoli ta’ inflazzjoni u kif għandna nkomplu bil-proċess ta’ trasformazzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali, filwaqt li niffukaw ukoll fuq l-istabilità soċjali”.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir tal-UE m’għadux adatt għal dawn il-kundizzjonijiet. Il-proġett tal-unjoni bankarja jrid javvanza aktar malajr u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali jeħtieġ li titlesta. Il-KESE jinsab imħasseb ukoll dwar l-approfondiment tal-instabilità soċjali u jappella għal indikaturi ġodda u aktar adatti għall-inugwaljanza u l-faqar. (tk)