Il-KESE qed jospita wirja tar-ritratti sena wara t-terremot katastrofiku li heżżeż lill-Kroazja f’Diċembru 2020.

Intitolata “Ibqgħu magħna”, din il-ġabra ta’ 25 ritratt hija sejħa għal sensibilizzazzjoni dwar l-impatt devastanti tad-diżastri naturali fuq kull tip ta’ attività umana, soċjali u kummerċjali.

Ir-ritratti juru ħaddiema tas-sengħa li tilfu l-ħwienet tagħhom u li ma kellhom l-ebda mezz ieħor biex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom, però baqgħu jispiraw lin-nies bl-eżempju li taw, billi baqgħu magħquda u pożittivi.

Ir-ritratti jiffokaw fuq ir-regjuni ta’ Sisak, Petrinja, Glina u ż-żoni tal-madwar, il-fdalijiet u l-ħafna kwistjonijiet li għad iridu jiġu indirizzati biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal, sena wara t-terremot.

Il-wirja se tibda fil-15 ta’ Frar u tibqa’ għaddejja sal-15 ta’ Marzu 2022 u se tkun kompletament online fuq is-sit web tal-KESE. (ck)