Hekk kif bdiet is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, staqsejna lil tliet mexxejja x’iridu l-aktar minn din is-sena. It-tlieta li huma qablu li s-suċċess jitkejjel ġenwinament meta jkun hemm siġġu għaż-żgħażagħ mal-mejda fejn l-adulti jieħdu d-deċiżjonijiet li jkissru jew le l-klima. Adélaïde Charlier, waħda mill-mexxejja tal-moviment School Strike for Climate, m’għandhiex dubbji: is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ ma tistax tfalli f’dan, filwaqt li l-Viċi President tal-KESE, Cillian Lohan, u l-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Virginijus Sinkevičius, taw ġieħ liż-żgħażagħ Ewropej għall-protesti li fetħu l-imħuħ u li poġġew din il-kwistjoni taħraq fuq nett tal-aġenda tal-UE.