European Economic
and Social Committee
Breadcrumb
- Home
- Current: Il-mistieden sorpriża
Il-mistieden sorpriża
Kull xahar aħna nippreżentaw mistieden sorpriża – personalità li tagħtina l-fehmiet tagħha dwar il-ġrajjiet kurrenti u ġġibilna arja friska biex twessa’ l-orizzonti tagħna, tispirana u tiġbdilna l-attenzjoni għad-dinja tal-lum. Għal din l-edizzjoni ta’ Frar, għandna l-pjaċir nilqgħu żewġ personalitajiet minn sferi differenti – il-kultura u l-midja – li jistgħu jgħinuna nifhmu aħjar x’qed jiġri madwarna u joffrulna nifs ġdid. Dawn huma élène Theunissen, mara tat-teatru u taċ-ċinema Belġjan, u Nicolas Gros-Verheyde, osservatur u kummentatur b’għarfien fil-fond tal-politika Ewropea.
L-attriċi, direttur u adattatur, Hélène Theunissen, f’dawn l-aħħar tletin sena rreċtat madwar mitt rwol fil-biċċa l-kbira tat-teatri frankofoni fil-Belġju. Reċtat ukoll fi Franza. Hija dderiġiet u adattat madwar tnax-il spettaklu, l-aħħar wieħed kien “A Midsummer Night’s Dream” ta’ William Shakespeare fit-Théâtre des Martyrs, u “Les Murs murent” flimkien mal-istess awtriċi ta’ dan ix-xogħol, Babetida Sadjo, fit-Théâtre Le Public fi Brussell. Hija dehret f’diversi films, bħal “Girl” ta’ Lukas Dhont, u kellha rwol fis-sensiela “Unité 42”, prodott minn RTBF fil-Belġju.
Ġurnalist Franċiż, korrispondent fin-NU/NATO, Nicolas Gros-Verheyde huwa magħruf fl-isfera Ewropea għall-għarfien kbir tiegħu ta’ affarijiet Ewropej u l-politika barranija. Korrispondent għal-Sud-Ouest (li qabel kien Ouest France u France-Soir), fl-2008 waqqaf il-pjattaforma online B2-Bruxelles2, l-ewwel webnews frankofonu dwar l-affarijiet Ewropej, kwistjonijiet strateġiċi u ta’ difiża tal-UE u l-ħidma tad-diplomazija Ewropea. Huwa wkoll l-awtur tal-manwal “La politique européenne de sécurité et de défense commune. Parce que l'Europe vaut bien une défense” (Il-politika Ewropea tas-sigurtà u tad-difiża komuni. Għax l-Ewropa teħtieġ difiża”. (ehp)