European Economic
and Social Committee
Tikhon Dzyadko: Il-propaganda Russa għandha wiċċ il-kriminali tal-gwerra
Sir af il-mistieden sorpriża tagħna, Tikhon Dzyadko, f’intervista qasira iżda b’impatt kbir!
KESE Info: Meta ddeċidejt li ma stajtx tibqa’ taħdem f’Moska? Kienet deċiżjoni tiegħek li titlaq mir-Russja, jew ma kellekx għażla?
Tikhon Dzyadko: Bħal ħafna ġurnalisti oħra, konna mġiegħla nitilqu mill-pajjiż. Wara l-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, il-gvern Russu impona ċensura militari. Ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida li skontha wieħed jista’ jeħel15-il sena l-ħabs talli jsejjaħ il-gwerra b’isimha, pjuttost milli “operazzjoni militari speċjali”.
Għalhekk, biex ma nispiċċax il-ħabs u fl-istess ħin inkompli nagħmel xogħli bħala ġurnalist, kelli nitlaq mill-pajjiż.
Fejn qed taħdem issa?
L-istudios ta’ TV Dozhd jinsabu fi tliet postijiet differenti: f’Riga, fi Tbilisi u f’Amsterdam. Jien ibbażat f’Amsterdam.
Kif tiddeskrivi l-propaganda Russa?
Il-propaganda Russa hija perikoluża ħafna għax hija organizzata u kkontrollata mill-kriminali tal-gwerra. Il-propaganda Russa għandha wiċċ il-kriminali tal-gwerra. Ilhom snin jinstigaw din il-gwerra billi jxerrdu l-gideb fost in-nies.
X’tistenna mill-Unjoni Ewropea?
Naħseb li l-UE u l-poplu tagħha għandhom jifhmu li hemm ħafna Russi li jopponu din il-gwerra u jappoġġjaw lill-Ukrajna u l-Ewropa.
X’tixtieq tagħmel fil-futur u fejn?
Nixtieq immur lura Moska u nkompli naħdem minn hemm.