European Economic
and Social Committee
Il-KESE jappella għal strateġija sostenibbli dwar il-proteini u ż-żjut tal-pjanti
F’Opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) enfasizza l-ħafna benefiċċji ta’ strateġija ekoloġika tal-UE għall-espansjoni tal-produzzjoni tal-proteini u taż-żjut tal-pjanti u jipproponi deskrizzjoni ta’ din l-istrateġija. Dawn il-benefiċċji jinkludu t-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet u l-kontribut għall-iżvilupp taż-żoni rurali.
Ir-rakkomandazzjonijiet prattiċi tal-KESE għal strateġija proposta huma konformi mal-għan tal-UE li tilħaq l-awtonomija strateġika tal-provvista, il-KESE stqarr fl-Opinjoni, li ġiet approvata waqt il-plenarja tiegħu f’Ottubru.
Ir-relatur tal-Opinjoni, Lutz Ribbe, qal fil-plenarja: “L-UE tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-għalf, b’75% tal-pjanti b’livell għoli ta’ proteini tagħha ġejjin minn barra. Il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-UE ta’ uċuħ ta’ proteini hija essenzjali u ser ikollha wkoll impatt pożittiv fuq il-bijodiversitrà u fuq l-ambjent kollu kemm hu, kif ukoll tgħin lill-bdiewa jnaqqsu l-użu tagħhom ta’ fertilizzanti minerali.”
Il-ħafna benefiċċji tal-espanzjoni tal-kultivazzjoni tal-proteini u taż-żjut tal-pjanti fl-UE u ż-żieda fir-rwol tal-art bil-ħaxix fl-għalf għall-annimali huma: rotazzjoni miżjuda tal-uċuħ, awtosuffiċjenza fil-fjuwil tat-tratturi u disponibbiltà akbar ta’ solidi tal-pjanti wara l-ipproċessar, peress li dawn għandhom potenzjal ta’ għalf tal-proteini eċċellenti għall-bhejjem.
Ġeneralment, strateġija tal-UE għandha tqis l-interessi tal-komunitajiet rurali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli f’konformità mal-viżjoni fit-tul tal-UE.
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn il-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Agrikoltura stabbilita mill-gvern federali Ġermaniż u jikkunsidra jekk dan il-format huwiex adatt ukoll għall-iżvilupp ta’ strateġija Ewropea dwar il-proteini. (ks)