“Il-vjaġġ tal-euro” hija serje ta’ immaġni li juru l-istorja tal-euro, li tlaqqa’ flimkien materjal mill-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea, informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea u esibiti mill-Bank Nazzjonali Kroat.

Filwaqt li jinsabu għaddejjin id-diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni possibbli ta’ euro diġitali, iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-20 anniversarju tal-euro jikkoinċidu ma’ żieda fl-għadd ta’ Stati Membri tal-UE li qed jużaw l-euro bħala l-munita tagħhom, peress li l-Kroazja hija mistennija li tingħaqad maż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2023.

Il-proġett jistieden lil dawk preżenti għall-wirja biex isegwu l-vjaġġ mill-kunċett inizjali sal-introduzzjoni tal-muniti u l-karti tal-flus tal-euro, u jisfida lill-udjenza biex tirrifletti u tifhem aktar bis-sħiħ il-kobor tas-sinifikat ta’ munita waħda. Isservi kemm bħala rappreżentazzjoni tal-paċi kif ukoll bħala l-aktar eżempju tanġibbli tal-integrazzjoni Ewropea.

Il-wirja qed tittella’ fil-KESE mill-5 sal-31 ta’ Ottubru 2022. (ck)