Fit-taqsima tagħna “Mistoqsija lil...”, nistaqsu lill-membri tal-KESE biex iwieġbu mistoqsija dwar suġġett jaħraq li huwa, jew li għandu jkun, fuq quddiem fl-aġenda Ewropea.

Fl-edizzjoni ta’ Lulju, tkellimna ma’ José Antonio Moreno Diaz, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni dwar Il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa. Staqsejnieh x’azzjoni tista’ tieħu l-UE biex tiġġieled l-epidemija tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, li huwa jiddeskrivi bħala forma ta’ terroriżmu li jħalli eluf ta’ vittmi kull sena.