Olga Chaiko, ġurnalista tal-aħbarijiet Ukrena minn Kiev li f’xogħolha tkopri l-ħajja soċjali u politika, u attwalment l-avvenimenti tal-gwerra fl-Ukrajna, tikkummenta esklużivament għal KESE Info dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 li jagħti lill-Ukrajna status ta’ pajjiż kandidat tal-UE. Agħti ħarsa wkoll lejn ir-ritratt li għażlet li jurina dan il-mument storiku.

“L-istatus ta’ kandidat huwa kisba kbira iżda diffiċli ħafna għal pajjiżna. Qed inħallsu prezz imdemmi għall-aspirazzjonijiet demokratiċi tagħna, iżda dan huwa l-uniku mod biex ninqatgħu mill-passat post-Sovjetiku tagħna u l-influwenza tar-Russja. Irridu nirbħu din il-gwerra biex il-ġenerazzjonijiet il-ġodda tagħna jkunu jistgħu jgħixu ħajja kuntenta u indipendenti”.