Wirja ta’ filmati fil-bini tal-KESE tenfasizza r-realtà inkwetanti tas-superstiti nisa tal-vjolenza fl-Ewropa.

Il-wirja virtwali, intitolata “Vuċijiet tal-Vjolenza”, tikkonsisti minn serje ta’ għaxar filmati qosra mill-Istitut Kulturali Daniż li fihom atturi Daniżi, Estonjani, Latvjani,u Litwani jagħtu vuċi lil stejjer anonimi u juru l-marki u l-feriti li dawn l-esperjenzi ħallew fuq nisa minn pajjiżi differenti. L-idea hija li s-smigħ u l-komprensjoni huma l-ewwel passi lejn it-teħid ta’ azzjoni u l-bidla.

Il-wirja se ddum mit-13 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu. It-tnedija ser issir online waqt is-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Lulju, b’rabta mal-adozzjoni tal-Opinjoni tiegħu dwar Il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa

Kelma ta’ twissija: ċerti spettaturi jistgħu jsibu l-kontenut tal-filmati xokkanti jew skonvolġenti.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fis-sit web tagħna.