European Economic
and Social Committee
Il-“Jum għall-Pubbliku 2023” tal-UE: merħba lura mill-qalb lill-viżitaturi
Id-dar tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Ewropa reġgħet fetħet il-bibien tagħha lill-viżitaturi fis-sena li qed tiċċelebra l-65 anniversarju tagħha.
Wara tliet snin li matulhom Jum l-Ewropa ġie ċċelebrat online, il-KESE għal darb’oħra laqa’ lill-viżitaturi fil-bini tiegħu nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju għall-Jum il-Pubbliku annwali interistituzzjonali.
Bħala d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Ewropa u bl-2023 tkun il-65 anniversarju tal-KESE, il-ftuħ mill-ġdid tal-bibien tiegħu għall-pubbliku kienet okkażjoni tassew ta’ ċelebrazzjoni.
Fost il-ħafna affarijiet li l-viżitaturi setgħu jgawdu minnhom bejn l-10 a.m. u s-6 p.m. kien hemm mużika live, kwiżżijiet diġitali, rota tal-fortuna, attività għas-sajd tal-papri, karikaturist, rokna ta’ animazzjoni għat-tfal, attività ta’ simulazzjoni ta’ votazzjoni rapida mal-membri, taħdita rapida mal-membri u kien hemm anke l-President il-ġdid tal-KESE li ltaqa’ u tkellem maċ-ċittadini u l-voluntiera.
Aktar minn 2 300 viżitaturi għaddew mill-bibien tal-Kumitat biex igawdu minn dawn l-attivitajiet, spettakoli u ospitalità mill-qalb mill-membri u aktar minn 60 persunal tal-KESE li kienu voluntiera dakinhar .
Afgħas fuq il-link biex tara xi ritratti ta’ dakinhar. (sp)