Fir-rokna “Mistieden sorpriża” nilqgħu personalitajiet distinti mill-oqsma tax-xjenza, tal-ġurnaliżmu u tal-kultura. Il-mistieden tagħna dan ix-xahar huwa d-direttur tal-films, produttur u ċinematografu Amerikan Evgeny Afineevsky, li għamel dokumentarji dwar il-gwerer fl-Ukrajna u s-Sirja.

Il-film tiegħu “Winter on fire: Ukraine's fight for freedom”, li jkopri l-proptesti Euromaidan fl-Ukrajna fl-2013 u l-2014, ġie nnominat għal premju Oscar u erba’ premji Emmy. Fl-2016, huwa qatta’ diversi xhur fis-Sirja, fejn ġibed rendikont komprensiv tal-gwerra permezz tad-dokumentarju rebbieħ tiegħu “Cries from Syria”, li ġie inkluż bħala selezzjoni uffiċjali tal-Festival tal-Films Sundance tal-2017. Fl-2022, huwa għamel film ieħor dwar l-Ukrajna: “Freedom on fire: Ukraine's fight for freedom” Il-film jiddokumenta l-istadji bikrin tal-invażjoni reċenti, u juri l-konsegwenzi devastanti tal-gwerra fuq il-ħajja taċ-ċittadini normali Ukreni.

KESE Info intervistah dwar xogħolu bħala produttur tal-films li jiddokumenta l-gwerer.